RAZZJON TAL-ĠWIEŻ TA’ L-ANNIMALI ġ L.S.117.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.03
REGOLAMENTI DWAR IR-RAZZJON TAL-ĠWIEŻ 
TA’ L-ANNIMALI
31 ta’ Diċembru, 1948
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 832 ta’ l-1948, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 66 ta’ l-1957.
Titolu.
Razzjon tal-Ġwież ta’ l-Annimali.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ, eċċ.
2. Ħadd ma jista’ jibigħ, joffri għall-bejgħ jew b’xi mod
jiddisponi minn, ġwież ta’ l-annimali li għalih jirriferixxu dawn ir-
Regolamenti, sew bl-ingrossa kemm bl-imnut -
(a) kemm-il darba ma jkollux permess maħruġ mid-
Direttur tal-Biedja; u
(b) ħlief lill-persuni li għandhom biljett jew kupun kif
hemm imsemmi fir-regolament 3 u skond kull
kundizzjoni miktuba f’dak il-biljett jew kupun.
Projbizzjoni ta’ 
xiri, eċċ.
3. (1) Ħadd ma jista’ jixtri, jew b’xi mod ieħor jikseb, jew
joffri jew jipprova li jixtri jew jikseb xi ġwież ta’ l-annimali li
għalih jirriferixxu dawn ir-Regolamenti, sew bl-ingrossa kemm bl-
imnut -
(a) kemm-il darba ma jkollux biljett jew kupun mid-
Direttur tal-Biedja u skond kull kundizzjoni miktuba
f’dak il-biljett jew kupun; u
(b) ħlief minn persuni li lilhom ikun ingħata permess mid-
Direttur tal-Biedja.
(2) Fil-biljett imsemmi fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament għandu jkun hemm imniżżel:
(a) l-isem, il-kunjon u l-laqam, jekk ikollha, tal-persuna li
għaliha jkun ħareġ il-biljett;
(b) in-numru u x-xorta ta’ bhejjem li għalihom l-persuna
interessata għandha dritt għar-razzjon;
(ċ) id-dati li bejniethom il-biljett għandu jiswa.
(3) Il-kupuni għandhom jiswew għal dawk ir-rati ta’ razzjon li
jkun hemm avżati fl-istampa minn żmien għal żmien.
Id-Direttur tal-
Biedja jista’ 
jirrifjuta li jagħti 
permess.
4. Id-Direttur tal-Biedja jista’, għal raġuni ġusta, jirrifjuta li
jagħti lil xi persuna permess, biljett jew kupun meħtieġ għal xi skop
skond dawn ir-Regolamenti u jista’, meta jagħti xi permess jew
joħroġ xi biljett jew kupun bħal dan, jagħmel dawk il-
kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Tagħrif.
Sostitwit:
N.G. 66 ta’ l-1957.
5. Id-Direttur tal-Biedja jista’, permezz ta’ ordni skond ma
jkun jidhirlu minn żmien għal żmien, jitlob mingħand xi persuna
jew persuni jew klassi jew aktar ta’ persuni li jimmaniġġaw jew
jinnegozjaw fil-ġwież ta’ l-annimali li għalih japplikaw dawn ir-
Regolamenti, li jagħti tagħrif skond ma jkun meħtieġ li jispeċifika
l-kwalitajiet li huwa jkollu fil-pussess tiegħu jew li jkollhom fil-
2 L.S.117.03 ħ RAZZJON TAL-ĠWIEŻ TA’ L-ANNIMALI
pussess tagħhom jew taħt il-kontroll tiegħu jew taħt il-kontroll
tagħhom u billi jagħti kull tagħrif ieħor li d-Direttur tal-Biedja
jista’ jispeċifika.
L-ordni jista’ 
jintbagħat lill-
persuna jew jiġi 
pubblikat fil-
Gazzetta.
Sostitwit:
N.G. 66 ta’ l-1957.
6. L-ordni li jkun jitlob li jingħata t-tagħrif imsemmi fir-
regolament 5 jista’ jintbagħat individwalment lill-persuna jew
persuni li jkunu meħtieġa li jagħtu t-tagħrif jew jista’ jiġi mxandar
fil-Gazzetta u, f’kull każ, ikun jista’ jitlob li t-tagħrif jiġi mogħti
darba jew aktar minn darba, dwar xi data speċifikata jew dwar dati
u perijodi speċifikati.
Kif japplikaw ir-
Regolamenti.
Sostitwit:
N.G. 66 ta’ l-1957.
7. Dawn ir-Regolamenti japplikaw għall-ġwież ta’ l-annimali
speċifikati fl-Iskeda ta’ hawn taħt.
Reati u pieni.
Sostitwit:
N.G. 66 ta’ l-1957.
8. (1) Kull min jonqos li jagħti t-tagħrif mitlub skond ir-
regolament 5 jew li meta jagħti t-tagħrif għax ikun irid jew bi
traskuraġni jagħti tagħrif li jkun falz f’xi parti partikolari jew
jonqos li jagħti tagħrif materjali jkun ħati ta’ reat skond dawn ir-
Regolamenti u jkun jista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn għaxar
liri iżda mhux iktar minn ħamsin lira u barra minn hekk il-Qorti li
tkun ikkundannat ir-reat għandha tordna barra minn hekk il-
konfiska tal-ġwież li dwaru jkun sar ir-reat.
(2) Kull persuna li b’xi mod ieħor tmur kontra jew tonqos li
timxi skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti tkun
soggetta kif jingħad:
(a) għall-ewwel kundanna skond dawn ir-Regolamenti,
għal multa ta’ mhux inqas minn żewġ liri u mhux iżjed
minn għaxar liri;
(b) fuq it-tieni kundanna jew kundanni skond dawn ir-
Regolamenti, għal multa ta’ mhux inqas minn għaxar
liri u mhux iżjed minn ħamsin lira, u l-Qorti li tkun
ikkundannat ir-reat għandha tordna l-konfiska tal-
ġwież li dwaru jkun sar ir-reat.
Miżjuda:
N.G. 66 ta’ l-1957.
SKEDA
1. Smida ta’ Malta
2. Nuħħala
3. Xgħir
4. Fażola
5. Żerriegħa tal-Qoton
6. Ikel ippressat miż-żerriegħa tal-qoton
7. Ċiċri
8. Qaramboċċ
9. Qamħirrum
10. Skalora
