BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA ġ L.S.117.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.04
REGOLAMENTI DWAR IL-BEJGĦ
TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
22 ta’ Lulju, 1952
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 360 ta’ l-1952, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 553 ta’ l-1953, 431 ta’ l-1954, 377 ta’ l-1955,
84 ta’ l-1956, 559 ta’ l-1957 u 298 ta’ l-1958; u bl-Avviżi Legali 39 u 85
ta’ l-1959, 8 u 68 ta’ l-1966, 1 ta’ l-1968, 43 ta’ l-1970, 64 ta’ l-1972, 21
ta’ l-1973, 29 u 69 ta’ l-1974, 25 ta’ l-1975, 129 ta’ l-1977, 121 ta’ l-1981,
63 ta’ l-1982 u 25 ta’ l-1998.
TAQSIMA I
Titolu.
Bejgħ tal-Prodotti tal-Biedja.
Tifsir.
Emendat:
N.G. 559 ta’ l-
1957;
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 68 ta’ l-1966;
A.L. 43 ta’ l-1970;
A.L. 25 ta’ l-1975.
2. F’dawn ir-Regolamenti ħlief jekk il-kuntest ma jitlobx
xort’oħra -
"bidwi" tfisser kull persuna li tiżra’ jew tkabbar prodotti tal-
biedja l-aktar biex tiddisponi minnhom kif jidhrilha;
"bejjiegħ tal-ħaxix" tfisser persuna li tbigħ prodotti tal-biedja bl-
imnut minn ħanut jew mit-triq;
L.S. 117.20
"ċentri tal-bejgħ" tfisser iċ-ċentri tas-swieq tal-prodotti tal-biedja
mwaqqfin bir-Regolamenti dwar iċ-Ċentri tas-Swieq ta’ Prodotti
tal-Biedja;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura;
"pitkal" tfisser persuna li xogħolha jkun li tbigħ lil ħaddieħor bl-
ingrossa akkont ta’ sidhom prodotti tal-biedja kif imfisser fir-
regolament 4;
"post tan-negozju" tfisser ukoll ħanut jew bini ieħor, kull
karrettun bil-bhima, karrettun ta’ l-idejn, truck jew vettura oħra,
kull qoffa, bixkilla, xkora jew dugħ ieħor, u kull post jew mezz
ieħor li fih jew minnu jsir il-bejgħ tal-prodotti tal-biedja;
"xiri" tfisser l-akkwist ta’ kull prodott tal-biedja kif imfisser fir-
regolament 4 b’titolu onerus;
"bejgħ" tfisser ukoll kull trasferiment b’titolu onerus, u "tbigħ"
tiftiehem fuq din it-tifsira;
Kap. 278.
"għaqda" tfisser għaqda kooperativa bejn bdiewa reġistrata
skond l-Att dwar l-Għaqdiet Kooperativi.
Nomina u dmirijiet 
ta’ l-ispetturi.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 68 ta’ l-1966.
3. Il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura jista’ minn
żmien għal żmien jinnomina spetturi li d-dmir tagħhom ikun li
jaraw illi d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti jew ta’ xi
ordnijiet li jinħarġu bis-saħħa tagħhom qegħdin jitwettqu. Għal dan
il-fini, dawn l-ispetturi għandhom jkollhom il-poter, fil-ħinijiet
kollha xierqa, li jidħlu u jispezzjonaw kull post tan-negozju fejn
ikun qiegħed isir jew fejn ikollhom għalfejn jaħsbu li jkun qiegħed
isir negozju ta’ prodotti tal-biedja kif imfisser fit-Taqsima III, u li
jispezzjonaw kull kotba u dokumenti tan-negozju miżmumin
2 L.S.117.04 ħ BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
hemmhekk, u li jaqbdu kull ħaġa, oġġett jew dokument li għandu
x’jaqsam jew li jista’ jinġieb bħala prova fl-egħmil ta’ reat.
TAQSIMA II
Tifsir ta’ prodotti 
tal-biedja u 
Direttur.
Emendat:
A.L. 43 ta’ l-1970.
4. F’din it-Taqsima "prodotti tal-biedja" tfisser kull prodott li
hu miżrugħ jew imkabbar minn bidwi jew hu miksub mit-torbija ta’
annimali lokali, prodott li soltu jinbiegħ b’mezz ta’ pitkal, u
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd.
Liċenza tal-pitkali 
u bejjiegħa tal-
ħaxix u drittijiet li 
jitħallsu għalihom.
Emendat:
A.L. 25 ta’ l-1998.
5. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ pitkal jew ta’ bejjiegħ tal-
ħaxix mingħajr liċenza mingħand id-Direttur:
Iżda liċenza maħruġa mid-Direttur skond dan ir-
regolament ma teħlisx lil min jeħodha mill-ħtieġa ta’ xi liċenza
skond xi liġi oħra.
(2) Il-liċenza tkun tiswa sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha
tkun ingħatat u wara tkun tista’ tiġġedded minn sena għal sena:
Iżda ebda tiġdid bħal dan ma għandu jsir wara l-31 ta’
Marzu tas-sena li għaliha t-tiġdid jirriferixxi,iżda tista’ tingħata
liċenza ġdida wara dik id-data.
(3) Id-dritt li jitħallas għall-ħruġ u għal kull tiġdid tal-liċenza
ta’ pitkal għandu jkun ta’ għoxrin lira, u d-dritt li jitħallas għall-
ħruġ u kull tiġdid tal-permess ta’ dħul ta’ pitkal għandu jkun ta’
tliet liri.
(4) Id-dritt li jitħallas għall-ħruġ tal-liċenza ta’ bejjiegħ tal-
ħaxix għandu jkun ta’ tnax-il ċenteżmu u ħames milleżmi, u d-dritt
li jitħallas għal kull tiġdid tagħha jkun ta’ ħames ċenteżmi, bla ma
jitqies il-ħlas għall-pjanċa tan-numru preskritta fir-regolament
10(3).
Restrizzjonijiet fil-
bejgħ ta’ prodotti 
tal-biedja.
Emendat:
A.L. 68 ta’ l-1966;
A.L. 64 ta’ l-1972.
6. Ebda persuna jew korp ta’ nies barra minn pitkal, bidwi
jew għaqda ma jistgħu jbigħu jew jiddisponu xort’oħra minn
prodotti tal-biedja lill-bejjiegħ tal-ħaxix; u ebda bejjiegħ tal-ħaxix
ma jista’ jixtri jew jikseb xort’oħra prodotti tal-biedja ħlief
mingħand pitkal, bidwi jew għaqda.
Il-konsenja għall-
bejgħ.
7. Ebda bidwi ma għandu jikkonsenja għall-bejgħ f’ċentru
tal-bejgħ prodotti tal-biedja f’dugħ ħlief jekk il-prodott li jidher fil-
wiċċ ta’ dan id-dugħ ikun kampjun tajjeb ta’ kull ma jinsab fid-
dugħ.
Restrizzjonijiet fil-
ħidma kummerċjali 
tal-pitkali.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 25 ta’ l-1975.
8. Ebda pitkal ma għandu -
(a) jagħmilha ta’ sensal jew irkantatur barra mil-limiti taċ-
ċentri tal-bejgħ; jew
(b) jixtri prodotti tal-biedja sabiex jerġa’ ibigħhom akkont
tiegħu nnifsu; jew
(ċ) iżomm għal aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa
prodotti tal-biedja li jġib għall-bejgħ, bla ma
joħroġhom għall-bejgħ; jew
(d) jirrifjuta li iżomm għall-bejgħ prodotti tal-biedja:
Iżda meta pitkal juri għas-sodisfazzjon tad-Direttur
jew rappreżentant tiegħu illi bidwi jew bdiewa
speċifikati minnu għax riedu u għal kemm-il darba u
BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA ġ L.S.117.04 3
konsistentement ikkonsenjaw għall-bejgħ prodotti tal-
biedja mhux inqegħdin f’dugħ skond ma jitlob ir-
regolament 7, dak il-pitkal ikun jista’ jirrifjuta, għal
dak iż-żmien li jkun ordnat mid-Direttur, li jbigħ il-
prodotti tal-biedja ta’ dak il-bidwi jew bdiewa; jew
(e) ibigħ prodotti tal-biedja ħlief b’irkant pubbliku li
għandu jsir skond id-disposizzjonijiet tar-regolament
12; jew
(f) jitlob, iżomm jew jilqa’ mingħand xi bidwi,
direttament jew indirettament, xi kummissjoni jew xi
ħlas dwar il-bejgħ tal-prodotti tal-biedja; jew
(g) jitħallas tal-prodotti tal-biedja mibjugħin minnu; jew
(h) mingħajr permess speċjali bil-miktub tad-Direttur,
ibigħ jew iżomm għall-bejgħ fil-limiti ta’ ċentru tal-
bejgħ kif ingħad qabel, frott jew ħxejjex importati.
Regoli li jgħoddu 
għaċ-ċentri tal-
bejgħ.
Emendat:
N.G. 559 ta’ l-
1957;
A.L. 121 ta’ l-
1981.
9. (1) Ebda persuna jew persuni ma jistgħu jixtru jew ibigħu
prodotti tal-biedja minn ċentru tal-bejgħ ħlief f’irkant pubbliku.
(2) Ebda persuna li tkun xtrat prodotti tal-biedja minn ċentru
tal-bejgħ ma għandha ġġorr jew iġġiegħel li jinġarru dawn il-
prodotti mill-post fejn isir l-irkant qabel ma tieħu kont jew kontijiet
tax-xiri u qabel ma tħallas tal-prodotti tal-biedja mixtrijin minnha.
Dan il-kont jew kontijiet tax-xiri għandhom jirreġistraw l-isem tax-
xerrej, ix-xorta tal-prodotti tal-biedja, l-użin jew kwantità  tagħha,
il-prezz tax-xiri ta’ kull sehem ta’ użin jew kwantità  u l-ammont
kollu mħallas.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jispeċifika -
(a) liema dugħ standardizzati jkunu ġew approvati għal
użu f’ċentri tal-bejgħ; u
(b) liema prodott tal-biedja li jidħol jew joħroġ miċ-ċentri
tal-bejgħ għandu jinġarr biss fl-imsemmija dugħ
standardizzati.
(4) Kull persuna li volontarjament tkisser, tagħmel ħsara jew
teqred dugħ standardizzat speċifikat fis-subregolament (3)(a) jew li
tuża xi dugħ bħal dak għal xi għan barra minn dak li jitqiegħed fih
prodott tal-biedja, tkun ħatja ta’ reat.
Restrizzjonijiet tal-
ħidma kummerċjali 
tal-bejjiegħa tal-
ħaxix.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1959;
A.L. 63 ta’ l-1982.
10. (1) Ebda bejjiegħ tal-ħaxix ma għandu -
(a) ibigħ lil pitkal prodotti tal-biedja barra minn prodotti
tal-biedja mkabbrin mill-bejjiegħ tal-ħaxix nnifsu; jew
(b) ibigħ, jew jixtri prodotti tal-biedja mingħand bejjiegħ
tal-ħaxix ieħor; jew
(ċ) ibigħ prodotti tal-biedja ħlief bl-imnut lill-
konsumaturi bona fidi; jew
(d) iżomm milli jqiegħed għall-bejgħ prodotti tal-biedja li
jkollu fil-pussess tiegħu; jew
(e) jixtri prodotti tal-biedja jekk ma jingħatalux kont tax-
xiri li juri d-dettalji kollha speċifikati fir-regolament
9(2).
4 L.S.117.04 ħ BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
Kap. 117.
(2) Kull bejjiegħ tal-ħaxix għandu juri, meta jkun mitlub, lid-
Direttur jew lir-rappreżentant tiegħu jew lil kull spettur nominat
skond dawn ir-Regolamenti jew lil kull membru tal-Korp tal-
Pulizija, jew lil kull persuna maħtura skond l-artikolu 4 ta’ l-Att
dwar is-Servizzi u l-Provvisti, jew lil kull membru ta’ xi korp ta’
persuni maħtur għall-iskop, il-kont jew kontijiet tax-xiri li
jkollhom x’jaqsmu mal-prodotti tal-biedja meta akkwistahom
mqegħdin għall-bejgħ.
(3) Kull bejjiegħ fit-triq tal-ħaxix, waqt li jkun qiegħed
jaħdem għandu jqiegħed, fejn tidher sewwa fil-post tan-negozju
tiegħu, pjanċa tan-numru li għandha tinkiseb bil-ħlas mid-
Dipartiment tal-Biedja.
Applikabbiltà  tar-
regolamenti għall-
bajd.
Miżjud:
A.L. 29 ta’ l-1974.
11. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 10 għandhom japplikaw
għall-bajd lokali l-istess kif japplikaw għal prodotti tal-biedja.
Regoli li jgħoddu 
għall-bejgħ 
f’irkant f’ċentri 
tal-bejgħ.
12. Fil-bejgħ f’irkant pubbliku fiċ-ċentri tal-bejgħ japplikaw
ir-regoli li ġejjin:
(a) il-ħinijiet sewwa meta għandu jsir il-bejgħ bl-irkant
għandhom ikunu avżati mid-Direttur kull tant żmien u
jistgħu jkunu differenti għaċ-ċentri differenti tal-
bejgħ;
(b) kull offerta milqugħa bħala offerta finali minn dak li
jkun qed imexxi l-irkant f’isem għaqda jew pitkal
għandha tkun imħabbra b’leħen għoli hekk illi kull
min ikun hemm ikun jista’ jisimgħu. L-offerti finali
ma jitqisux jiswew kemm-il darba ma jkunux
imħabbrin hekk. Kull min jidhirlu li l-offerta mhix
valida għandu jagħmel protesta fil-ħin li tkun
imħabbra din l-offerta finali;
(ċ) għandhom jintużaw biss l-użin u l-kejl uffiċjalment
aċċettati.
Notamenti li jridu 
jinżammu mill-
pitkal.
Emendat:
A.L. 8 ta’ l-1966;
A.L. 63 ta’ l-1982.
Kap. 117.
13. (1) Kull pitkal għandu iżomm notament tat-
transazzjonijiet magħmulin minnu, fuq formula jew ktieb, li jkun
ordnat u approvat mid-Direttur. Dawn in-notamenti għandhom juru
l-kwantità  u x-xorta tal-prodotti li jaslu għand il-pitkal mingħand
kull bidwi, meta u lil min biegħ il-prodotti, u l-prezz li jkun ġieb
fil-bejgħ. Dan in-notament għandu jkun lest għall-ispezzjon meta
jitlob id-Direttur jew xi ħaddminnu awtorizzat bil-miktub, jew xi
persuna maħtura skond l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Provvisti u s-
Servizzi, jew xi membru ta’ xi korp ta’ persuni hekk awtorizzat, li
jkun jista’ ukoll jikkopja min-notament xi estratti li jkun jidhirlu
xierqa.
(2) Kull pitkal jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jagħmel
reġistrazzjoni inizjalata kif imiss fi ktieb ta’ notamenti li jinkiseb
mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura li għandu jinżamm mill-bidwi
sabiex juri n-numru ta’ dugħ konsenjati lill-pitkal u ritornat minnu
kif ukoll dak li jkun baqagħlu fid-dati rispettivi.
BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA ġ L.S.117.04 5
Nomina u dmirijiet 
ta’ skrivani mal-
pitkali.
Emendat:
N.G. 53 ta’ l-1953;
N.G. 431 ta’ l-
1954.
14. Id-Direttur jista’ -
(a) jinnomina skrivani biex joħorġu kontijiet u biex jiġbru
u jħallsu l-flus kemm lis-sidien kif ukoll lix-xerrejja
tal-prodotti tal-biedja mibjugħin minn pitkal;
(b) jordna lill-pitkali sabiex iħallu lil dawn l-iskrivani
jidħlu f’kull bini jew post fejn jinbiegħu prodotti tal-
biedja mill-pitkali u jibqgħu f’dan il-bini jew post
sabiex jaqdu x-xogħol speċifikat fil-paragrafu (a) u
kull xogħol ieħor li għandu x’jaqsam ma’ hekk;
(ċ) jordna lill-pitkali biex iżommu notament ta’ kull
transazzjoni, minnufih kif issir, skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 13 u biex jagħmlu dan
in-notament minnufih disponibbli għal kull skrivan
imsemmi fil-paragrafu (a);
(d) jiġbor dritt ta’ mhux iżjed minn sitta punt ħamsa fil-
mija li jitnaqqas mill-kontijiet tas-sidien tal-prodotti
ta’ l-agrikoltura mibjugħin minn kull pitkal u jħallas
il-flus li jinġabru skond dan id-dritt bħala kummissjoni
lill-pitkal li jkun, imnaqqas minnhom l-ammont totali
ta’ kwalunkwe djun li ma nġabrux li jirriżultaw mill-
bejgħ magħmul minn dak il-pitkal; u huwa jista’ jħalli
li soċjetajiet kooperativi li jiġbru u jżommu dritt ta’
mhux iżjed minn erbgħa punt ħamsa tmienja fil-mija li
jitnaqqas mill-kontijiet tas-sidien tal-prodotti ta’ l-
agrikoltura mibjugħin minn dawn is-soċjetajiet
kooperativi, bla preġudizzju għall-kummissjoni ta’
tlieta punt sebgħa ħamsa fil-mija lilhom dovuta jew ta’
kwalunkwe perċentaġġ ieħor li l-Gvern jista’ jkun
qiegħed iħallashom minn żmien għal ieħor;
(e) juża l-poteri speċifikati fil-paragrafi ta’ qabel ta’ dan
ir-regolament dwar il-klassijiet kollha ta’ prodotti tal-
biedja jew ta’ klassijiet ta’ prodotti tal-biedja u mhux
ta’ klassijiet oħra.
Flus li ma nġabrux.
Miżjud:
A.L. 129 ta’ l-
1977.
15. Meta l-ammont ta’ flus li ma nġabrux dovuti minn pitkal
lid-Direttur ikun iżjed mill-ammont tal-kummissjoni dovuta lill-
pitkal, id-Direttur jista’ javża lill-pitkal biex iħallas dak l-ammont
ta’ flus fi żmien stabbilit mill-imsemmi Direttur, liema żmien ma
jkunx inqas minn ħmistax-il jum, u jekk il-pitkal jonqos li jagħmel
dak il-ħlas, id-Direttur jista’ jissospendi l-liċenza relattiva sakemm
isir dak il-ħlas, iżda jekk l-ammont ma jkunx tħallas fi żmien tliet
xhur mid-data ta’ dak l-avviż, il-liċenza relattiva titqies li ġiet
revokata, salv id-dritt tad-Direttur li jitlob l-ammont involut.
Lista ta’ l-ismijiet 
ta’ pitkali bil-
liċenza.
Emendat:
A.L. 25 ta’ l-1975.
16. Id-Direttur għandu, mhux iżjed tard mill-31 ta’ Jannar ta’
kull sena, jippubblika fil-Gazzetta lista ta’ l-ismijiet tal-pitkali bil-
liċenza.
TAQSIMA III
Tifsir.
Emendat:
A.L. 1 ta’ l-1968;
A.L. 43 ta’ l-1970.
17. F’din it-Taqsima -
"prodott tal-biedja" tfisser kull prodott li hu miżrugħ jew
imkabbar fil-pajjiż minn bidwi jew li jinkiseb minn annimali lokali,
u tfisser ukoll frottijiet, ħxejjex u għalf importati;
6 L.S.117.04 ħ BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Kummerċ;
"negozjant" tfisser kull min jinnegozja jew għandu x’jaqsam jew
jagħmel kull att ta’ kummerċ dwar l-importazzjoni, il-bejgħ, tibdil
jew disponiment ta’ prodotti tal-biedja, iżda ma tfissirx bidwi jew
min irabbi l-annimali.
L-ogħla prezzijiet 
tal-prodotti tal-
biedja.
Emendat:
N.G. 464 ta’ l-
1956;
A.L. 69 ta’ l-1974;
A.L. 63 ta’ l-1982.
18. (1) Id-Direttur jista’, minn żmien għal żmien, b’ordni fil-
Gazzetta, jiffissa l-ogħla prezz li bih kull prodott tal-biedja jista’
jinbiegħ.
(2) Il-prezzijiet jistgħu jkunu ffissati hekk mid-Direttur billi
juża wieħed iew aktar mill-metodi li ġejjin: jiffissa ċerti prezzijiet
bħala l-ogħla, jiffissa l-ogħla marġini ta’ qligħ, jiffissa l-ogħla
perċentaġġi ta’ qligħ.
Kap. 117.
(3) Kull negozjant għandu, jekk ikun hekk meħtieġ mid-
Direttur jew minn xi membru tal-Pulizija jew minn xi persuna
nominati skond l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Provvisti u Servizzi
jew minn xi membru ta’ xi korp ta’ persuni hekk nominat
jipproduċi meta hekk mitlub biex jiġi eżaminat kull ktieb u
dokument li jkunu fil-pussess tiegħu u jagħtih kull tagħrif f’dik il-
forma u f’dak iż-żmien kif jiġi speċifikat fit-talba.
(4) Id-Direttur jista’, dwar kull prodott tal-biedja, jimponi
kwalunkwe kundizzjoni kif jidhirlu xieraq dwar il-bejgħ, il-
limitazzjoni u l-projbizzjoni tal-bejgħ.
Wiri ta’ xorta 
differenti ta’ 
prodotti tal-biedja 
għall-bejgħ u l-
prezz tagħhom.
19. (1) Kull negozjant għandu jqiegħed fejn tidher sewwa fil-
post tan-negozju tiegħu kull xorta ta’ prodott tal-biedja li jkollu:
Iżda jista’, dwar xorta waħda jew iżjed, iqiegħed kampjun
tagħhom.
(2) Il-prodotti tal-biedja jew il-kampjun tagħhom li jkunu
murijin għandhom ikollhom tikketta bil-prezz li bih dik ix-xorta ta’
prodott tal-biedja tinsab għall-bejgħ u l-kwantità  li għalihom
jgħodd il-prezz.
(3) Meta xi xorta ta’ prodott tal-biedja tinżamm fi qfief jew
dugħ ieħor, it-tikketta għandha titqiegħed fuq kull qoffa jew dugħ.
(4) Iċ-ċifra jew ċifri li juru l-prezz fuq dawn it-tikketti
għandhom ikunu stampati b’mod ċar, jew miktubin kbar, bil-linka
sewda fuq sfond ċar u għandhom ikunu mill-inqas tlieta punt sitta
ċentimetri kbar minbarra l-figura ta’ żewġ milleżmi li għandha
mill-inqas tkun tlieta punt ħamsa ċentimetri għolja.
(5) Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jeħles lil
negozjant wieħed jew aktar jew klassi waħda jew aktar ta’
negozjanti b’mod ġenerali jew għal xorta ta’ prodotti tal-biedja
speċifikati minnu, mill-obbligi msemmija fis-subregolamenti (1) u
(2).
Il-prezzijiet 
immarkati ma 
għandhomx ikunu 
ogħla mill-ogħla 
prezz stabbilit.
20. Meta ikun hemm stabbilit l-ogħla prezz tal-bejgħ skond ir-
regolament 18, il-prezz li jkun hemm fuq it-tikketta msemmija fir-
regolament 19 ma għandux ikun ogħla mill-prezz stabbilit hekk.
Trekkin ta’ 
prodotti tal-biedja.
21. In-negozjant li jkollu ħażniet ta’ prodotti tal-biedja li huwa
ma jqegħidx għall-bejgħ fil-post tan-negozju tiegħu jew ma jaħżinx
hemm fi kwantitajiet li jkunu biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġiet tal-
BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA ġ L.S.117.04 7
ġurnata, jitqies li jkun qiegħed irekken jew jirrifjuta li jbigħ, u jkun
ħati ta’ reat.
Projbizzjoni ta’ xiri 
mingħand nies 
mhux magħżula.
22. Ebda negozjant ma għandu jixtri prodotti tal-biedja
mingħand nies li ma jafhomx.
Projbizzjoni ta’ 
rifjut ta’ bejgħ 
mingħajr raġuni 
tajba,
23. Ebda negozjant li jbigħ prodotti tal-biedja bl-ingrossa ma
għandu, mingħajr raġuni tajba, jirrifjuta li jbigħ f’kwantitajiet
raġjonevoli lil kull persuna li tinnegozja bl-imnut prodotti tal-
biedja meħtieġa għall-kummerċ tagħha, u ebda negozjant bl-imnut
ma għandu, mingħajr raġuni tajba, jirrifjuta li jbigħ lil kull
konsumatur prodotti tal-biedja bi kwantitajiet li raġjonevolment
ikunu meħtieġa għall-użu u konsum normali tal-konsumatur jew
tad-dar tiegħu jew ta’ l-istabbiliment tiegħu:
Iżda ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma żżomm lill-
konsumaturi li jixtru direttament mingħand negozjant li jbigħ bl-
ingrossa.
Projbizzjoni ta’ 
kundizzjonijiet 
minbarra l-prezz.
24. Ebda negozjant ma għandu, meta jbigħ jew joffri għall-
bejgħ prodotti tal-biedja, jimponi xi kundizzjoni dwar dak il-bejgħ,
ħlief illi jitlob il-prezz xieraq.
Għeluq bla raġuni 
ta’ post tan-
negozju.
25. Kull negozjant li jagħlaq il-post tan-negozju tiegħu
mingħajr raġuni tajba jitqies li jkun qiegħed jirrifjuta li jbigħ u jkun
ħati ta’ reat.
Bejgħ bi prezzijiet 
mhux xierqa.
26. (1) Ħadd ma għandu jimmarka, joffri għall-bejgħ jew
jbigħ jew jittanta li jbigħ xi prodotti tal-biedja bi prezz mhux xieraq
meta ma jkunx hemm iffissat l-ogħla prezz jew iżjed mill-ogħla
prezz iffissat dwar dawk il-prodotti tal-biedja.
(2) Kull qligħ li jaqbeż il-limiti jew perċentaġġ tal-qligħ
permess skond dawn ir-Regolamenti għandu konklużivament jitqies
li jagħmel il-prezz li jitħallas prezz żejjed.
Sospensjoni tal-
liċenza tan-
negozjanti.
27. (1) In-negozjant li l-liċenza tiegħu tkun ġiet sospiża ma
jkunx jista’ jinnegozja, sew b’mod ġenerali jew sa dak il-limitub li
jiġi speċfikat fl-ordni tas-sospensjoni.
(2) L-isem tan-negozjant li l-liċenza tiegħu tkun ġiet sospiża
għandu jkun ippublikat fil-Gazzetta u f’ġurnali lokali u għandu
jitwaħħal mal-bieb tal-post tan-negozju tiegħu avviż fis-sens illi l-
liċenza tiegħu ġiet sospiża u jingħataw r-raġunijiet ta’ dik is-
sospensjoni.
(3) Ħadd ma jkun jista’ jneħħi, jgħatti, ibiddel jew inkella
jisfigura l-avviż imwaħħal b’ordni tad-Direttur.
(4) Ħadd ma għandu, direttament jew indirettament, ifornixxi
lin-negozjant, li l-liċenza tiegħu tkun ġiet sospiża, xi prodotti tal-
biedja ħlief għall-użu personali ta’ dak in-negozjant u l-familja
tiegħu.
TAQSIMA IV
Pieni għal reati 
kontra dawn ir-
regolamenti.
Emendat:
A.L. 43 ta’ l-1970;
A.L. 21 ta’ l-1973;
A.L. 63 ta’ l-1982.
28. (1) Kull min jikser jew jonqos milli joqgħod għal kull
wieħed minn dawn ir-regolamenti jkun ħati ta’ reat.
(2) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, barra mid-
disposizzjonijiet li jinsabu fir-regolament 8(f) u (g), fir-regolament
8 L.S.117.04 ħ BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
9(2), fir-regolament 10, fir-regolament 13(1), fir-regolamenti 18 sa
27, tista’ teħel -
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba multa ta’ mhux inqas
minn ħames liri u mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin
lira;
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba multa ta’ mhux inqas
minn ħamsa u għoxrin lira u mhux iżjed minn ħamsin
lira, hekk iżda li jekk it-tieni reat isir fi żmien tnax-il
xahar minn meta tinsab ħatja l-ewwel darba, min
jagħmel ir-reat jista’ jeħel il-pieni li jinsabu fil-
paragrafu (ċ) ta’ dan is-sub-regolament;
(ċ) meta tinsab ħatja t-tielet darba u wara, multa ta’ mhux
inqas minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn mitt lira
u s-sospensjoni tal-liċenza tagħha għal perijodu ta’
mhux inqas minn xahar, iżda mhux iżjed minn sitt
xhur.
(3) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra d-disposizzjonijiet li
jinsabu fir-regolament 8(f) u (g), fir-regolament 9(2), fir-
regolament 10, fir-regolament 13(1), fir-regolamenti 18 sa 27, tista’
teħel -
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn mitejn u
ħamsin lira;
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba, multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira
hekk iżda li meta t-tieni reat isir fi żmien tnax-il xahar
minn meta tinsab ħatja l-ewwel darba min jagħmel ir-
reat ikun jista’ jeħel il-pieni li jinsabu fil-paragrafu (ċ)
ta’ dan is-sub-regolament;
(ċ) meta tinsab ħatja darb’oħra, multa ta’ elf lira:
Iżda meta r-reat ikun wieħed fejn il-kont jew dokument
ieħor murija jew prodotti għal eżami kif meħtieġ bir-regolament
10(2), bir-regolament 13(1) jew bir-regolament 18(3) jkunu foloz
jew qarrieqa jew ma jagħtux il-fatti veri f’xi ħaġa sostanzjali, il-
persuna li turihom jew tipproduċihom u kull persuna responsabbli
għal dak il-kont jew dokument jew għal dik il-kitba falza, qarrieqa
jew mhux vera fihom, jew ikun ta informazzjoni skorretta jew
qarrieqa kif provdut fir-regolament 18(3), il-qorti tista’, u fuq it-
talba tal-prosekuzzjoni għandha, b’żieda ma’ kull piena oħra
tikkundanna lil min jagħmel ir-reat għal prigunerija għal żmien ta’
mhux inqas minn għaxart ijiem u mhux iżjed minn sitt xhur.
(4) B’żieda mal-pieni stabbiliti fis-subregolament (3) ta’ dan
ir-regolament, il-qorti għandha, fuq it-talba tal-prosekuzzjoni -
(a) meta ssib lill-akkużat ħati t-tieni darba, tordna s-
sospensjoni tal-liċenza għal perijodu ta’ mhux inqas
minn ġimgħa u mhux iżjed minn tlett xhur; u
(b) meta ssib lill-akkużat ħati għal darb’oħra tordna t-
tħassir ta’ kull liċenza tiegħu li jkollha x’taqsam ma’
xi kummerċ jew negozju u ta’ kull liċenza li jkollha
x’taqsam mal-post li għalih jirreferi r-reat.
BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA ġ L.S.117.04 9
(5) Ir-reati kollha kontra dawn ir-Regolamenti għandhom
jitqiesu bħala kontravvenzjonijiet:
Iżda l-proċedimenti għal dawn ir-reati jistgħu jinbdew
f’kull żmien sa sena minn meta jkun sar ir-reat.
(6) Kull meta l-qorti ssib li sar reat hija tista’ tordna l-konfiska
ta’ l-oġġetti li dwarhom ikun sar ir-reat u dawn l-oġġetti jeħodhom
il-Gvern.
(7) Is-sospensjoni tal-liċenza ordnata mill-qorti għandha tibda
b’effet minn dik id-data, fi żmien tmint ijiem mis-sentenza, li
jispeċifika d-Direttur bil-miktub lir-Reġistratur tal-Qrati jew
verbalment waqt il-proċedimenti.
Kap. 446.
għandhomx japplikaw għal xi reat kontra d-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-Regolamenti.
(9) Il-qorti li ssib persuna ħatja ta’ reat kontra dawn ir-
Regolamenti talli biegħet xi prodotti tal-biedja bi prezz mhux
xieraq jew bi prezz ogħla mill-ogħla prezz ta’ dawk il-prodotti tal-
biedja għandha, jekk jkun jidhrilha xieraq, tordna lill-ħati sabiex
jirrifondi lill-persuna li tkun xtrat dawk il-prodotti tal-biedja dik il-
porzjon tal-prezz imħallas illi l-qorti tiffissa jew dak l-ammont li
kien iżjed mill-ogħla prezz iffissat mid-Direttur, fi żmien, li ma
jkunx iktar minn xahar, kif il-qorti tippreskrivi, taħt il-piena li jeħel
mhux inqas minn żewġ liri għal kull ġurnata li fiha jonqos milli
joqgħod għall-ordni fiż-żmien iffissat, u bla ħsara tal-jedd tal-
persuna li jkollha dritt għar-rimbors li tiġbor l-ammont bi
proċedura ċivili quddiem il-Qorti Ċivili kompetenti, u għal dan l-
iskop l-ordni għar-rimbors magħmul mill-qorti jikkostitwixxi titolu
esekuttiv u jista’ jiġi esegwit mill-kreditur wara jumejn minn-
notifika lid-debitur ta’ talba għall-ħlas magħmula b’att ġudizzjarju.
(10) Fis-sub-regolamenti (7) u (9) ta’ dan ir-regolament
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd fil-każ ta’
reat kontra d-disposizzjonijiet tat-Taqsima II ta’ dawn ir-
Regolamenti, jew id-Direttur tal-Kummerċ fil-każ ta’ reat kontra d-
disposizzjonijiet tat-Taqsima III ta’ dawn ir-Regolamenti.
Kap. 249.
Kap. 117.
(11) Meta reat kontra dawn ir-Regolamenti jsir minn individwu
li jaġixxi f’isem, jew minflok jew fl-interessi ta’ soċjetà  jew
assoċjazzjoni jew korp jew grupp ieħor ta’ persuni, jew meta
tittieħed azzjoni kontra individwu minħabba r-responsabbilità
tiegħu bħala direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor ta’ dak
il-korp, assoċjazzjoni jew grupp kif provdut fl-artikolu 13 ta’ l-Att
dwar l-Interpretazzjoni, jew minħabba xi responsabbiltà  skond l-
artikolu 10 ta’ l-Att dwar il-Provvisti u Servizzi, u jirriżulta li tkun
saret xi ħaġa li tammonta għal reat kontra dawn ir-Regolamenti, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar is-sospensjoni jew il-
kanċellament ta’ xi liċenza ta’ min jagħmel ir-reat jew minn xi
persuna oħra kif intqal qabel, għandhom japplikaw ukoll għal kull
liċenza miżmuma minn jew f’isem, jew minflok jew fl-interess tas-
soċjetà , assoċjazzjoni jew korp jew grupp ieħor ta’ persuni li tiegħu
min jagħmel ir-reat jew il-persuna l-oħra kif intqal qabel tkun
direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor jew li f’ismu jew fl-
interessi tiegħu jew minfloku dik il-persuna kienet qed taġixxi, u
10 L.S.117.04 ħ BEJGĦ TAL-PRODOTTI TAL-BIEDJA
dik il-liċenza tkun bl-istess mod sospiża jew imħassra.
Negozjant ikun 
responsabbli għal 
reati magħmula 
minn impjegati, 
eċċ.
Miżjud:
A.L. 63 ta’ l-1982.
29. Kull negozjant kif imfisser fit-Taqsima III ta’ dawn ir-
Regolamenti għandu jieħu dawk il-passi kollha li huma meħtieġa
sabiex jiżgura li d-disposizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-Regolamenti
jiġu osservati; u anke meta kull kontravvenzjoni tista’ tiġi
attribwita lil xi persuna fl-impieg ta’ dak in-negozjant jew bis-
saħħa ta’ xi egħmil jew funzjoni awtorizzata jew bil-permess tan-
negozjant, dak in-negozjant ikun ukoll ħati ta’ dak ir-reat sakemm
ma jippruvax li jkun ħa dawk il-passi kollha neċessarji biex dak ir-
reat ma jsirx.
