KONTROLL TAL-BEJGĦ TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ ġ L.S.117.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.05
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TAL-BEJGĦ 
TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ
25 ta’ Novembru, 1955
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 649 ta’ l-1955, kif emendata bl-
Avviżi Legali 9 u 53 ta’ l-1964.
Titolu.
Kontroll tal-Bejgħ tal-Patata taż-Żrigħ.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 9 ta’ l-1964.
2. F’dawn ir-Regolamenti, ħlief jekk il-kuntest ma jitlobx
xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura;
"importatur" tfisser kull min jirċievi patata taż-żrigħ minn kull
post barra minn dawn il-Gżejjer;
"aġent" tfisser kull persuna li tixtri patata taż-żrigħ mingħand
importatur f’isem bdiewa jew f’isem persuni li jistgħu juru għas-
sodisfazzjon tad-Direttur li l-patata taż-żrigħ tkun ser tiġi wżata
esklużivament għal skopijiet ta’ żergħa;
L.S. 64.01
"patata taż-żrigħ" tfisser patata importata f’dawn il-Gżejjer u li
tkun skond il-ħtiġiet tar-Regolamenti dwar l-Importazzjoni tal-
Patata taż-Żrigħ;
"ibigħ" tfisser kull mod biex tiddisponi mill-proprjetà  jew
pussess b’kull titolu;
"bidwi" tfisser persuna reġistrata bħala hekk mad-Dipartiment
ta’ l-Agrikoltura.
Bejgħ ta’ patata 
taż-żrigħ.
Sostitwit:
A.L. 53 ta’ l-1964.
3. Ebda importatur ma għandu jbigħ patata taż-żrigħ ħlief lil
bidwi u meta dan juri l-biljett tiegħu tal-bdiewa, u ebda bejjiegħ
tal-ħaxix u ebda bejjiegħ bl-imnut ma għandu jkollu fil-post tan-
negozju tiegħu xi patata taż-żrigħ ikun xi jkun l-iskop:
Iżda bidwi biex jinnegozja ma’ importatur jista’ jaġixxi
sew personalment jew permezz ta’ aġent.
Rapport lid-
Direttur.
4. Kull importatur għandu, fi żmien tliet ijiem mid-data li fiha
jirċievi l-patata taż-żrigħ minn xi post barra minn dawn il-Gżejjer,
jibgħat rapport lid-Direttur u fih isemmi -
(a) il-varjetajiet tal-patata li jkun irċieva;
(b) il-kwantità  ta’ kull varjetà ;
(ċ) l-isem tal-bastiment li bih inġarret il-patata sa dawn il-
Gżejjer.
L-importatur 
għandu jagħti l-
fattura.
5. (1) Kull importatur għandu, kull meta ibigħ patata taż-
żrigħ, jagħti lill-bidwi jew lill-aġent fattura li ssemmi l-varjetà  jew
varjetajiet mibjugħin, il-kwantità  ta’ kull varjetà  mibjugħa, il-prezz
relativ u l-isem, l-indirizz u n-numru tal-biljett tal-bdiewa tal-bidwi
li lilu tkun inbiegħet il-patata. Huwa għandu ukoll fi żmien tliet
ijiem mill-bejgħ jibgħat kopja tal-fattura lid-Direttur.
2 L.S.117.05 ħ KONTROLL TAL-BEJGĦ TAL-PATATA TAŻ-ŻRIGĦ
(2) Meta tingħata fattura lil aġent, dan għandu, meta
jikkonsenja l-patata taż-żrigħ lill-bidwi li jkun xtraha għalih, li
jagħti ukoll lill-bidwi l-fattura ta’ dik il-patata.
Partikolaritajiet 
foloz jew nieqsa, 
eċċ.
Emendat:
A.L. 9 ta’ l-1964.
6. Kull importatur li jbigħ patata taż-żrigħ lil min mhux bidwi
jew li f’rapport jew fattura jew f’kopja tagħhom apposta jew bi
traskuraġni jdaħħal partikolaritajiet foloz jew jonqos li jdaħħal xi
partikolarità  mitluba minn dawn ir-Regolamenti, jew li b’xi mod
ieħor jonqos li joqgħod għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti u kull aġent li jonqos li joqgħod għad-
disposizzjonijiet tar-regolament 5(2) u kull dettaljatur li jbiegħ
patata taż-żrigħ bħala patata ta’ l-ikel jkun ħati ta’ reat skond dawn
ir-Regolamenti u meta jinsab ħati jista’ jeħel ammenda ta’ mhux
inqas minn għoxrin lira iżda mhux iżjed minn mitt lira ta’ kull
kontravvenzjoni.
