BORDIJIET TA’ INKJESTA DWAR IL-MANTENIMENT 
U L-KONTROLL TA’ PROVVISTI U SERVIZZI  ġ L.S.117.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.07
REGOLAMENTI DWAR IL-BORDIJIET TA’ 
INKJESTA DWAR IL-MANTENIMENT U 
L-KONTROLL TA’ PROVVISTI U SERVIZZI
30 ta’ Ġunju, 1956
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 387 ta’ l-1956.
Titolu.
Bordijiet ta’ Inkjesta dwar il-Manteniment u l-Kontroll ta’
Provvisti u Servizzi.
Tifsir.
mod ieħor -
"Bord" tfisser Bord ta’ inkjesta nominat skond dawn ir-
Regolamenti;
Kap. 117.
"provvisti essenzjali" u "servizzi essenzjali" għandhom it-
tifsiriet mogħtija lilhom fl-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi, u
jinkludu b’mod partikolari l-provvista, l-importazzjoni, il-
produzzjoni, it-tqassim, l-użu jew il-konsum ta’ qamħ, dqiq,
prodotti li jsiru minnhom inkluż il-ħobż;
Kap. 117.
"intrapriża" għandha t-tifsira mogitija lilha mill-Att dwar il-
Provvisti u s-Servizzi.
Nomina ta’ Bord 
ta’ inkjesta.
Kap. 117.
3. Fejn Bord ta’ inkjesta jkun nominat skond l-Att dwar il-
Provvisti u s-Servizzi, sabiex jiġu aċċertati l-fatti u ċ-ċirkostanzi
dwar xi provvisti jew servizzi essenzjali, japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti.
Għamla tal-Bord.
jkun iċ-Chairman, minn numru ta’ persuni oħra, skond kif ikun
meħtieġ, u minn Segretarju.
Ġurament tal-
kariga.
5. Qabel ma jieħu konjizzjoni ta’ kull kwistjoni li tmur għand
il-Bord, kull membru (barra miċ-Chairman) u s-Segretarju
għandhom jieħdu ġurament tal-kariga quddiem iċ-Chairman tal-
Bord fil-forma kkwotata fl-Iskeda ta’ dawn ir-Regolamenti.
Investigazzjoni-
jiet.
6. Il-Bord għandu jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu in
camera, u għandu jirregola l-proċedura tiegħu skond kif jidhirlu
xieraq u jista’ l-istess jgħarraf dwar kif jaħsiba f’kull manjera li
jidhirlu xieraq.
Setgħat tal-Bord.
(a) li jsejjaħ persuni biex jidhru u jagħtu tagħrif bil-
ġurament f’kull post, ġurnata u ħin li jista’
jiddetermina;
(b) li jġiegħel kull persuna li jkollha kotba, kontijiet jew
dokumenti li jistgħu jkollhom x’jaqsmu ma’ l-
investigazzjonijiet biex jippreżentaw dawn il-kotba,
kontijiet jew dokumenti oħra, jew li jġiegħel lil dik il-
persuna minn li tagħtih stimi, estratti jew returns
skond kif ikollu bżonn;
2 L.S.117.07 ħ
BORDIJIET TA’ INKJESTA DWAR IL-MANTENIMENT 
U L-KONTROLL TA’ PROVVISTI U SERVIZZI 
(ċ) li jġiegħel kull persuna li jkollha oġġetti jew affarijiet
li jista’ jkollhom x’jaqsmu ma’ l-investigazzjonijiet
biex jippreżentaw kampjuni ta’ oġġetti jew affarijiet
bħal dawn, u/jew speċifikazzjonijiet tagħhom, bi ħlas
ta’ kumpens xieraq u raġjonevoli; 
(d) li fil-ħinijiet kollha raġjonevoli jidħol f’kull post fejn
ikun qed isir xi negozju jew intrapriża li jkollhom
x’jaqsmu ma’ l-investigazzjonijiet jew fejn ikollu
raġuni li jifhem li xi oġġetti jew affarijiet li għalihom
jirreferu jkunu miżmuma jew maħżuna jew fejn jkollu
raġuni li jaħseb li xi kotba, kontijiet, jew dokumenti li
jistgħu jkunu rilevanti għall-inkjesta jkunu miżmuma;
kif ukoll f’kull post jew postijiet użati minn persuni
jew taħt il-kontroll ta’ persuni li jkollhom x’jaqsmu
man-negozju jew intrapriża li jkunu qed isiru:
Iżda l-Bord ma għandux, kemm-il darba ma jkunx
jidhirlu xieraq li dan ikun meħtieġ li jsir, jidħol f’xi
post li jintuża bħala residenza mingħajr ma jagħti lil
dawk li joqgħodu f’dak il-post mill-inqas avviż ta’
erba’ u għoxrin siegħa ta’ l-intenzjoni tiegħu li
jagħmel hekk;
(e) li jieħu kampjuni ta’ xi oġġetti jew affarijiet
imsemmija fil-paragrafu (d) ta’ dan ir-regolament
filwaqt li jagħti kumpens xieraq u raġjonevoli;
(f) li jeżamina, jipprova u janalizza jew iġiegħel li jiġu
eżaminati, ppruvati u analizzati xi kampjuni, oġġetti
jew affarijiet filwaqt li jagħti fejn ikun meħtieġ
kumpens xieraq u raġjonevoli;
(g) li jispezzjona b’kull mod u f’kull post li jista’
jiddetermina u jieħu estratti minn kotba, kontijiet jew
dokumenti imsemmija fil-paragrafi (b) u (d);
Kap. 12.
(h) biex jordna b’kull mod li jidhirlu xieraq li jattendu
quddiemu għall-finijiet ta’ dan ir-regolament xi
persuni u li ssir xi ħaġa skond dan ir-regolament; u
sabiex dan jista’ jsir il-Bord għandu jkollu l-istess
setgħat bħall-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew il-Qorti
tal-Maġistrati (Għawdex) kif hemm fil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ħlief li ma jkollu
fl-ebda każ setgħa li jordna d-detenzjoni ta’ xi
persuna.
Kull ordni għandu 
jingħata bil-miktub 
u jkun iffirmat 
miċ-Chairman tal-
Bord.
8. Kull ordni lill-persuni biex jidhru quddiem il-Bord ħalli
jagħtu tagħrif u/jew jippreżentaw kotba, kontijiet, dokumenti,
kampjuni u/jew speċifikazzjonijiet ta’ oġġetti jew affarijiet għandu
jingħata bil-miktub u jkun iffirmat miċ-Chairman.
Drittijiet.
Kap. 108.
9. Id-drittijiet li jitħallsu lill-persuni li jidhru quddiem il-Bord
biex jagħtu tagħrif ikunu l-istess li taħseb għalihom l-Ordinanza
dwar id-Drittijiet tax-Xhieda u fejn dik l-Ordinanza ma taħsibx
għal drittijiet xierqa, d-drittijiet għandhom jkunu dawk li jiġu
determinati miċ-Chairman f’kull każ partikolari.
Reati u pieni. 10. (1) Jekk xi persuna, dwar xi ħaġa skond dawn ir-
Regolamenti -
BORDIJIET TA’ INKJESTA DWAR IL-MANTENIMENT 
U L-KONTROLL TA’ PROVVISTI U SERVIZZI  ġ L.S.117.07 3
(a) ma thallix jew tfixkel liċ-Chairman, xi membru jew is-
Segretarju li jwettqu dmirijiethom; jew
(b) tagħti xi tagħrif li tkun taf li huwa falz f’xi ħaġa
partikolari, jew tagħti bi traskuraġni xi tagħrif li jkun
falz f’xi ħaġa rilevanti; jew
(ċ) bil-ħsieb li tqarraq tippreżenta, tagħti, tbiegħ jew
inkella tagħmel użu minn xi ktieb, kont, dokument jew
estratt, li jkun falz f’xi ħaġa rilevanti; jew
(d) bil-ħsieb li tqarraq tippreżenta, tagħti, turi, tibgħat jew
tagħmel użu minn affarijiet, oġġetti jew kampjuni li
ma jkunux ġenwini; jew
(e) bil-ħsieb li tqarraq jżżomm xi tagħrif rilevanti meta
tkun mitluba li tagħti tagħrif dwar xi investigazzjoni,
hija tkun ħatja ta’ offiża u tkun tista’ teħel multa ta’ mhux inqas
minn ħames liri iżda mhux iktar minn mitt lira għal kull offiża.
Kap. 9.
(2) Il-pieni li hemm maħsuba fid-disposizzjoni ta’ qabel
għandhom japplikaw kemm-il darba l-fatt jew l-ommissjoni ma
jikkostitwux offiża aktar serja skond il-Kodiċi Kriminali jew xi liġi
oħra, f’liema każ japplika dak il-Kodiċi jew dik il-liġi, iżda ebda
persuna ma tista’ tinsab ħatja darbtejn għall-istess offiża.
SKEDA
Forma ta’ Ġurament li għandu jittieħed mill-membri u mis-
Segretarju ta’ Bord ta’ inkjesta
Jiena ...................... li ġejt nominat membru/is-Segretarju ta’
Bord ta’ inkjesta biex nistħarreġ u nirrapporta fuq ........................
naħlef li, sakemm jiena membru/is-segretarju ta’ dak il-Bord,
fedelment, bil-qawwa kollha, imparzjalment u b’ħilti kollha naqdi
l-kariga u d-dmirijiet tiegħi bis-saħħa tan-nomina msemmija.
Alla jgħini
............................
