RAZZJON ġ L.S.117.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.08
REGOLAMENTI DWAR IR-RAZZJON
15 ta’ Settembru, 1956
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 556 ta’ l-1956, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 298 u 696 ta’ l-1958; u bl-Avviżi Legali 6 ta’
l-1959, 39 ta’ l-1960, 24 ta’ l-1963, 15 ta’ l-1964, 99 ta’ l-1971, 10 u 30 ta’
l-1972, 85 ta’ l-1973, 97 u 117 ta’ l-1974, 107 ta’ l-1975, 10 u 98 ta’ l-
1976.
Titolu.
Razzjon.
L-EWWEL PARTI
Tifsir
Tifsir.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 24 ta’ l-1963;
A.L. 15 ta’ l-1964;
A.L. 10 ta’ l-1972;
A.L. 85 ta’ l-1973;
A.L. 117 ta’ l-
1974;
A.L. 107 ta’ l-
1975;
A.L. 10 ta’ l-1976;
A.L. 98 ta’ l-1976.
2. F’dawn ir-Regolamenti:
"furnar" ifisser persuna kemm jekk tirċievi d-dqiq għall-ħami tal-
ħobż u kemm jekk le, li għandha forn proprjetà  tagħha jew li tikri
forn u l-persuna li jkollha l-liċenza mill-Kummissarju tal-Pulizija
biex ikollha forn;
"ħobż" ifisser ħobż, barra l-ħobż fancy, magħmul minn dqiq,
melħ u ilma, biż-żieda, jekk meħtieġ, ta’ ħmira u/jew xi ingredjent
ieħor biex itejjeb il-kwalità  tal-ħobż kif jista’ jagħti l-permess id-
Direttur minn żmien għal żmien;
"bejjiegħ tal-ħobż" ifisser persuna illi tbigħ il-ħobż bl-imnut lill-
parruċċani reġistrati skond dawn ir-Regolamenti u tkun qed tirċievi
dqiq għall-ħami ta’ ħobż skond dawn ir-Regolamenti;
"burdnar" ifisser persuna li taħdem fis-sengħa li ġġorr id-dqiq;
"butir" tfisser butir maħruġ għal skopijiet ta’ razzjon;
"distributur" ifisser bniedem nominat mid-Direttur biex iqassam
oġġett jew aktar minn oġġett wieħed razzjonat lill-bejjiegħa bl-
imnut u persuni oħra;
"oġġett" tfisser kull ħaġa li soltu tinbiegħ lill-pubbliku iżda ma
tinkludix oġġett razzjonat;
"Direttur" ifisser id-Direttur tal-Kummerċ u jinkludi kull uffiċjal
tad-Dipartiment tal-Kummerċ li lilu d-Direttur minn żmien għal
żmien jista’ jagħti xi setgħa jew dmir skond dawn ir-Regolamenti;
"żejt ta’ l-ikel" tfisser zejt ta’ l-ikel maħruġ għal skopijiet ta’
razzjon;
"familja" tfissser in-nies kollha illi soltu għal mhux inqas minn
ħamest ijiem fil-ġimgħa jorqdu f-istess dar u jieklu flimkien, jew
illi jorqdu fi djar separati fl-istess area u jieklu flimkien, kif ukoll
nies inklużi fit-tifsiriet ta’ hawn fuq għal dak li hu rqad għalkemm
jieħdu xi ikla jew l-ikliet kollha tagħhom xi mkien ieħor;
"ħobż fin" (fancy) ifisser ħobż magħmul minn dqiq mhux
sussidjat;
"dqiq" ifisser id-dqiq kollu tal-qamħ, ħlief dawk il-biċċiet minnu
2 L.S.117.08 ħ RAZZJON
illi l-awtoritajiet sanitarji jiċċertifikaw illi m’humiex tajbin għall-
konsum tal-bnedmin;
"kap tal-familja" jfisser il-membru tal-familja li jkollu tiegħu jew
li jkollu b’self jew b’kiri d-dar li fiha tgħix il-familja;
"taħħan" ifisser kull taħħan li xogħlu jkun li jieħu d-dqiq mill-
qmuħ minn qmugħ miġjubin minn barra, u jfisser ukoll il-Malta
Millers Association, u kull soċjetà  oħra ta’ nies li jagħmlu dawn il-
funzjonijiet;
"għaġin" ifisser għaġin magħmul minn dqiq issussidjat;
"persuni" tinkludi għaqda ta’ nies;
"ktieb tar-razzjon" ifisser kull dokument maħruġ mid-Direttur
biex jirregola x-xiri jew bejgħ ta’ oġġetti razzjonati, u jinkludi
dokumenti jew permessi li jkunu jiswew biss għal xirja waħda jew
bejgħ wieħed;
"oġġett razzjonat" ifisser kull oġġett imsemmi fl-Iskeda ta’ dawn
ir-Regolamenti;
"perijodu tar-razzjon" ifisser kull perijodu li jiġi preskritt mid-
Direttur b’ordni pubblikat fil-Gazzetta dwar it-tqassim perjodiku
ta’ oġġetti tar-razzjon;
"bejjiegħ bl-imnut" tfisser kull persuna awtorizzata biex tbiegħ
lill-pubbliku bl-imnut kull oġġett razzjonat jew mhux;
"ross" tfisser ross maħruġ għal skopijiet ta’ razzjon;
"zokkor" tfisser zokkor sussidjat;
"jipprovdu" tinkludi, fil-każ ta’ furnara u/jew bejjiegħa tal-ħobż,
li jqassmu skond dawk id-direttivi li minn żmien għal żmien jistgħu
jingħataw mid-Direttur;
"ħalib tal-bott" tfisser ħalib tal-bott maħruġ għal skopijiet ta’
razzjon.
IT-TIENI PARTI
Kontroll ta’ Dokumenti tar-Razzjon u Liċenzi
Liċenza, ktieb tar-
razzjon, eċċ.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
3. Kull liċenza, ktieb tar-razzjon, permess, applikazzjoni tar-
reġistrazzjoni jew kull dokument ieħor maħruġ mid-Direttur skond
dawn ir-Regolamenti, li bih jew bil-permess tiegħu jista’ jittieħed
kull oġġett tar-razzjon, għandu jkun personali għall-persuna jew
familja li għaliha jinħareġ, u m’għandux jiġi trasferit sakemm ma
jkunx hemm provdut għal hekk fid-dokument stess.
Bejgħ jew tibdil.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
4. Ħadd ma jista’ jbiegħ jew jibdel jew inkella jittraferixxi
wieħed mid-dokumenti riferiti fir-regolament 3 maħruġ f’ismu jew
lilu jew lil xi ħadd tal-familja mid-Direttur, u ħadd ma jista’ jixtri
jew jibdel, jew inkella jiddobba jew ikollu xi dokument bħal dan li
ma ġiex maħruġ f’ismu jew lilu jew lil xi ħadd tal-familja tiegħu.
Użu ta’ dokumenti 
foloz.
Kap. 9.
5. Kull persuna li tagħmel użu jew tittanta li tuża xi dokument
falz ta’ l-għamla riferita fir-regolament 3 tkun għall-finijiet kollha
tal-Kodiċi Kriminali jew ta’ xi liġi oħra li hija xjentement għamlet
jew ittantat tagħmel użu minn dak id-dokument, kemm-il darba,
mill-provi dwar kif u minn fejn dak id-dokument ġie f’idejn dik il-
persuna, il-Qorti ma tarax illi dik il-persuna ma kinetx taf illi d-
RAZZJON ġ L.S.117.08 3
dokument kien falsifikat.
Għoti ta’ liċenza 
jew permess.
6. L-għoti ta’ liċenza jew permess skond dawn ir-
Regolamenti ma jeżentax negozjant milli jieħu liċenza jew permess
ieħor skond il-liġi għas-sengħa tiegħu.
Piena.
suġġett għal multa ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda mhux iżjed
minn ħamsin lira.
IT-TIELET PARTI
Kontroll tar-Reġistrazzjoni għall-Oġġetti Razzjonati
Ktieb tar-razzjon.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
8. Ktieb tar-razzjon maħruġ mid-Direttur lill-kap tal-familja
jew lil xi persuna oħra awtorizzata jkun jiswa għax-xiri ta’ kull
oġġett razzjonat skond il-kwantitajiet imdaħħla fil-ktieb tar-razzjon
fiż-żmien li jkun ħareġ jew bid-direzzjonijiet mogħtija minn żmien
għal żmien mid-Direttur u pubblikati fil-Gazzetta.
Id-Direttur jista’ 
jitlob 
informazzjoni.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
9. Id-Direttur jista’ jitlob xi kap ta’ familja jew rappreżentant
tiegħu biex jagħti informazzjoni u biex jiffirma dikjarazzjoni fuq xi
oġġett li għandha x’taqsam ma’ l-oġġetti reġistrati.
Ktieb tar-razzjon 
mitluf.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
10. (1) Kull persuna li tirraporta li xi ktieb tar-razzjon li jkun
ħareġ lilha intilef jew inqered għal kollox tista’ tapplika lid-
Direttur li jagħtiha ktieb ieħor u jista’ kif jagħtiha ktieb ieħor
jimponi l-ħlas ta’ mhux aktar minn lira.
(2) Kull persuna li, jkollha l-ktieb tar-razzjon mibdul, issib l-
oriġinal u ma tmurx tagħti lura l-oriġinal lid-Direttur fi żmien sebat
ijiem jew li tuża jew tipprova tużah, tkun ħatja ta’ reat kontra dawn
ir-Regolamenti.
Projbizzjoni li tkun 
reġistrat għal 
oġġetti razzjonati.
11. L-ebda persuna li tkun fil-Forzi Armati jew ma’ xi persuna
oħra jew awtorità  u li tiġbed oġġetti tar-razzjon in kind jew li
tiddobba ikel mill-post ta’ l-impieg għandha tkun reġistrata għall-
oġġetti razzjonati taħt dawn ir-Regolamenti.
Persuni li ma 
jkunux ċittadini ta’ 
Malta.
Miżjud:
A.L. 30 ta’ l-1972.
Kap. 217.
12. Id-Direttur jista’ b’ordni pubblikat fil-Gazzetta jipprovdi li
kull persuna li ma tkunx ċittadin ta’ Malta (jew klassi ta’ persuni li
ma jkunux ċittadini ta’ Malta) u li jkollha permess tirrisjedi f’Malta
skond l-Att dwar l-Immigrazzjoni tkun tista’ tiġi reġistrata għal
dawk l-oġġetti tar-razzjon biss li jiġu speċifikati fl-ordni:
Iżda d-Direttur ma jistax jirrifjuta r-reġistrazzjoni għal xi
oġġett jekk dak l-oġġett ma jkunx jista’ jinkiseb ukoll fis-suq
miftuħ.
Turista ma jistax 
jiġi reġistrat għal 
oġġetti razzjonati.
Miżjud:
A.L. 97 ta’ l-1974.
13. Ebda persuna li tkun qed iżżur dawn il-Gżejjer bħala
turista ma għandha tiġi reġistrata għal oġġetti razzjonati skond
dawn ir-Regolamenti.
Persuni reġistrati 
għal oġġetti 
razzjonati.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
14. Għall-fini ta’ dawn ir-Regolamenti l-persuni kollha jitqiesu
li jkunu reġistrati għall-oġġetti razzjonati skond ir-records
miżmuma mid-Direttur fid-data li fiha dawn ir-Regolamenti jibdew
iseħħu.
4 L.S.117.08 ħ RAZZJON
Obbligu ta’ kap ta’ 
familja li 
jirrapporta lid-
Direttur.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
15. Meta xi membru tal-familja jmut jew ma jibqax
temporanjament membru tal-familja msemmija, il-kap ta’ dik il-
familja jkollu d-dmir li jirrapporta l-fatt lid-Direttur fi żmien sebat
ijiem. Il-kap tal-familja jkun obbligat li jirrapporta lid-Direttur l-
isem ta’ xi persuna li tiżdied mal-familja, jew xi tibdil fl-indirizz
ta’ xi membri jew tal-membri kollha tal-familja.
Kanċellament ta’ 
kotba tar-razzjon.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
16. Meta xi membru tal-familja jkun ser jitlaq minn dawn il-
Gżejjer, il-kap tal-familja għandu jippreżenta lid-Direttur id-
dokumenti tar-razzjon biex jitħassru jew biex ikunu rranġati, skond
kif ikun meħtieġ, u jingħata mingħand id-Direttur imsemmi
ċertifikat li l-obbligu ġie milqugħ jew li qed isir. Ċertifikat bħal dan
għandu jiġi muri lill-Pulizija tal-Passaport qabel it-tluq minn dawn
il-Gżejjer, u jekk dan ma jsirx il-persuna interessata ma titħallix
titlaq.
Projbizzjioni li 
jitbiddel il-bejjiegħ 
bl-imnut, il-
bejjiegħ tal-ħobż, 
eċċ.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
17. L-ebda kap tal-familja ma jkun jista’ jibdel il-bejjiegħ bl-
imnut, bejjiegħ tal-ħobż jew il-manifattur ta’ l-għaġin li miegħu
jkun reġistrat għall-provvista ta’ xi oġġetti razzjonati sakemm il-
permess biex jagħmel hekk ma jkunx mogħti mid-Direttur taħt
dawk il-kundizzjonijiet skond kif ikunu magħmula minnu.
Reati. 18. Jitqies reat -
(a) għal xi kap tal-familja li jirreġistra xi membru tal-
familja aktar minn darba fl-istess żmien;
(b) għal xi persuna li tkun taf li tkun reġistrata aktar minn
darba fi żmien wieħed;
(ċ) għal xi kap tal-familja jew xi persuna fir-reġistrazzjoni
jew għall-iskop li jinkiseb oġġett razzjonat, li tagħmel
dikjarazzjoni jew tagħti xi informazzjonijiet li hi tkun
taf li tkun falza, jew li ma tagħtix informazzjoni li hi
tkun taf li hi rilevanti;
(d) għal xi persuna li tonqos li tagħti tagħrif jew tiffirma
dikjarazzjoni skond ir-regolament 9.
Multi. 19. Jekk xi ħadd jilser ir-regolament 10(2), jew xi wieħed mir-
regolamenti 11, 15, 16 u 18, min jagħmel l-offiża ikun soġġett għal
multa ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda mhux iżjed minn ħamsin
lira.
IR-RABA’ PARTI
Kontroll ta’ Produzzjoni, Tqassim, Użu jew Konsum
Projbizzjoni li 
wieħed jieħu 
oġġetti razzjonati 
minn persuna oħra.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
20. Ħadd ma jista’ jieħu oġġetti tar-razzjon mingħand xi
persuna jekk mhux skond dawn ir-Regolamenti u b’ordnijiet
mogħtija mid-Direttur.
Oġġetti razzjonati 
awtorizzati mid-
Direttur.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
21. Distributuri, furnara, bejjiegħa tal-ħobż, manifatturi ta’ l-
għaġin, bejjiegħa bl-imnut u burdnara għandhom jieħdu mingħand
il-persuni indikati mid-Direttur matul il-perijodu tar-razzjon jew
matul kull perijodu ieħor kif id-Direttur jordna, il-kwantità  kollha
ta’ oġġetti tar-razzjon awtorizzati minnu għal dak il-perijodu.
RAZZJON ġ L.S.117.08 5
Kwantitajiet u 
perijodi preskritti 
mid-Direttur.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
22. Id-distributuri u manifatturi ta’ l-għaġin għandhom
jipprovdu oġġetti tar-razzjon lill-bejjiegħa bl-imnut fi kwantitajiet
u f’dak il-perijodu preskritt għalihom mid-Direttur għal kull
perijodu ta’ razzjon u m’għandhomx jiddisponu minn oġġetti tar-
razzjon jekk mhux kif ordnat minnu.
Żieda f’oġġetti 
razzjonati.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
23. Bejjiegħa bl-imnut, furnara u bejjiegħa tal-ħobż għandhom
jipprovdu fiż-żmien ta’ kull razzjon, oġġetti tar-razzjon lil kull
familja reġistrata magħhom fil-kwantitajiet li hemm jidhru fuq il-
ktieb tar-razzjon, u huma ma għandhomx jipprovdu oġġetti tar-
razzjon ħlief skond u mhux iżjed, il-kwantitajiet fil-ktieb tar-
razzjon, sakemm dik iż-żieda tiġi awtorizzata mid-Direttur.
Ordni li jiffissa l-
perijodu taż-żmien.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
24. Id-Direttur jista’, b’ordni li jiġi pubblikat fil-Gazzetta,
jiffissa l-perijodu ta’ żmien li fih wieħed jew iżjed minn oġġett
wieħed speċifikat tar-razzjon għandhom jittieħdu mill-konsumaturi
mingħand il-bejjiegħa bl-imnut, il-furnara jew il-bejjiegħa tal-
ħobż. Din l-ordni tista’ tipprovdi wkoll li l-bejjiegħa bl-imnut,
furnara jew bejjiegħa tal-ħobż jistgħu jiddisponu mod ieħor milli
skond il-ktieb tar-razzjon mill-kwantitajiet li ma jittieħdux matul
il-perijodu taż-żmien speċifikat.
Returns li 
għandhom 
jingħataw mid-
distributuri u 
manifatturi ta’ l-
għaġin.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
Sostitwit:
A.L. 10 ta’ l-1972.
25. ld-Direttur jista’, b’ordni pubblikat fil-Gazzetta, jitlob lid-
distributuri u manifatturi ta’ l-għaġin li jagħtu returns dwar oġġetti
tar-razzjon f’dawk iż-żminijiet li jkunu speċifikati fl-ordni.
Returns li 
għandhom 
jingħataw minn 
furnara, bejjiegħa 
tal-ħobż u 
bejjiegħa bl-imnut.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
Sostitwit:
A.L. 10 ta’ l-1972.
26. Id-Direttur jista’, b’ordni pubblikat fil-Gazzetta, jitlob lill-
furnara, il-bejjiegħa tal-ħobż u l-bejjiegħa bl-imnut li jagħtu
returns dwar oġġetti tar-razzjon f’dawk iż-żminijiet li jiġu
speċifikati fl-ordni.
Disponiment ta’ 
oġġetti tar-razzjon.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
27. It-taħħana, id-distributuri, il-manifatturi ta’ l-għaġin, il-
burdnara, il-bejjiegħa bl-imnut, il-furnara u l-bejjiegħa tal-ħobż
għandhom ikunu responsabbli għad-disponiment sewwa ta’ l-
oġġetti tar-razzjon kollha maħruġa lilhom, u kull taħħan,
distributur, manifattur ta’ l-għaġin, burdnar, bejjiegħ bl-imnut,
furnar jew bejjiegħ tal-ħobż li ma jkunx jista’ jagħti spjegazzjoni
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti jew skond l-
ordni tad-Direttur ta’ l-oġġetti tar-razzjon kollha maħruġa lilu,
għandu jitqies li ddispona kontra l-liġi minn dawn l-oġġetti,
sakemm, skond il-provi, l-Qorti ma tkunx sodisfatta li hu ħa l-kura
kollha raġjonevoli biex iżomm u jiddisponi minn dawn l-oġġetti.
Oġġett razzjonat li 
ma jkunx tajjeb 
jew imħassar.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
28. (1) Fejn oġġett razzjonat ma jkunx tajjeb, imħassar jew
b’xi mod ieħor mibdul waqt li jkun fil-pussess tiegħu jew kontroll
jew waqt li jkun qed jiġi proċessat jew manifatturat, kull taħħan,
distributur, manifattur ta’ l-għaġin, burdnar, bejjiegħ bl-imnut,
furnar jew bejjiegħ tal-ħobż għandu jirrapporta malajr il-każ lid-
6 L.S.117.08 ħ RAZZJON
Direttur.
(2) Id-Direttur jista’ jordna lil dan it-taħħan, distributur,
manifattur ta’ l-għaġin, burdnar, bejjiegħ bl-imnut, furnar jew
bejjiegħ tal-ħobż biex jakkwista provvista friska biex iqiegħda
minflok l-oġġett razzjonat mhux tajjeb, imħassar jew mibdul taħt
dawk il-kundizzjonijiet, inter alia, skond il-kwantità  u l-prezz, li
jiddetermina hu.
Eċċess ta’ 
kwantitajiet ta’ 
oġġetti razzjonati.
29. L-ebda persuna ma għandu jkollha taħt il-kontroll tagħha
oġġett razzjonat aktar mill-kwantità  stabbilita minn jew skond
dawn ir-Regolamenti u/jew iżjed mill-kwantità  murija fuq ir-
returns magħmula skond ir-regolamenti 25 u 26.
Spezzjoni ta’ 
kotba, dokumenti, 
eċċ.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
30. Id-Direttur jista’ jawtorizza bil-miktub xi persuna jew
persuni biex tispezzjona, f’kull żmien raġjonevoli, il-kotba,
dokumenti, stocks jew bini tan-negozjant li għalih jew li minnu
oġġetti razzjonati jkunu maħruġa. Kull persuna li ma tħallix jew
tfixkel lil xi persuna jew persuni awtorizzati fil-qadi tad-dmirijiet
tiegħu jew tagħhom skond dawn ir-Regolamenti tkun ħatja ta’
offiża.
Projbizzjoni li 
wieħed jiddisponi 
minn oġġett 
razzjonat.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
31. L-ebda persuna mingħajr ma jkollha liċenza jew ktieb tar-
razzjon maħruġ mid-Direttur ma għandha tagħmel użu jew
tiddisponi b’xi mod ieħor minn xi oġġett razzjonat u ebda persuna
ma għandha żżomm, tagħmel użu minn jew tiddisponi minn xi
oġġetti tar-razzjon għal xi skop barra minn dak li għalih l-akkwist
ta’ xi oġġett razzjonat kien permess, jew b’xi kontravenzjoni ta’ xi
kundizzjoni magħmula fil-liċenza jew ktieb tar-razzjon maħruġ
għall-akkwist ta’ xi oġġett razzjonat:
Iżda l-kapijiet tal-familji ma jkunux jistgħu jiġu projbiti
milli jagħmlu użu jew jiddisponu xort’oħra barra minn b’bejgħ
oġġetti tar-razzjon li għalihom ikunu intitolati bħala kapijiet tal-
familji skond dawn ir-Regolamenti b’kull mod li jidhrilhom xieraq.
Projbizzjoni li 
wieħed 
jimmanifattura 
ħobż fin.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
32. Ebda persuna ma tista’ tagħmel ħobż fin (fancy) kemm-il
darba ma tingħatax liċenza speċjali mid-Direttur.
Dqiq irid jiġi 
mibgħut.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
33. Kull taħħan jew burdnar għandu jibgħat lill-persuna
awtorizzata b’permess maħruġ mid-Direttur l-kwantità  ta’ dqiq
speċifikata fih.
Xkejjer tad-dqiq. 34. Ebda taħħan ma għandu joħroġ jew iżomm biex joħroġ
xkejjer tad-dqiq ta’ piż nett ta’ anqas minn tmenin ratal. Xkejjer
bħal dawn għandu jħollhom tikketta ħoxna li ma titħassarx u ċara li
jkollha l-isem tal-fabbrika, u dawn jistgħu ukoll ikunu immarkati
ċar u b’mod li ma jitħassrux bl-isem tal-fabbrika fuq in-naħa ta’
barra ta’ l-ixkora. Din it-tikketta għandha tkun meħjuta sew jew
imwaħħla sew ma fejn tinfetaħ l-ixkora b’mod li ma tkunx tista’
tinqala’ kemm-il darba l-ixkora ma tinfetaħx għall-użu.
Ġarr tad-dqiq.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
35. Ebda burdnar ma għandu jaħdem fil-ġarr tad-dqiq kemm-il
darba ma jkollux liċenza speċjali mid-Direttur.
RAZZJON ġ L.S.117.08 7
Għamla tal-ħobż.
għamla ta’ ħobża magħmula għaliha (one piece oven bottom loaf)
jew ta’ ħobża fil-landa (tal-kaxxun).
Ħobż.
Waqfa tas-sengħa.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
38. Kull distributur, bejjiegħ bl-imnut, furnar, bejjiegħ tal-
ħobż jew manifattur ta’ l-għaġin li ma jkunx fi ħsiebu jkompli fis-
sengħa tiegħu għandu jgħarraf bil-miktub lid-Direttur mill-inqas
xahrejn qabel bil-ħsieb tiegħu li jagħmel hekk lid-Direttur u jsemmi
l-għala sejjer jagħmel hekk.
Rapport lid-
Direttur jekk furnar 
ma jistax jaħmi jew 
ibiegħ ħobż.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
39. Xi furnar li ma jkunx jista’ f’xi ġurnata jaħmi l-ħobż, jew
bejjiegħ tal-ħobż li ma jkunx jista’ f’xi ġurnata jqassam il-ħobż,
għandu qabel id-9 ta’ filgħodu ta’ l-istess jum jirrapporta l-
kwistjoni lid-Direttur, jew personalment jew permezz tar-
rappreżentant tiegħu.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ħlief lil 
parruċċani 
reġistrati.
40. Suġġett għal kull ordni mogħti skond ir-regolament 24, l-
ebda bejjiegħ bl-imnut, bejjiegħ tal-ħobż jew furnar ma jista’
jbiegħ il-ħobż ħlief lill-persuni li jkunu reġistrati bħala klijenti
tiegħu.
Ordnijiet mid-
Direttur.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
Sostitwit:
A.L. 117 ta’ l-1974.
41.  Id-Direttur jista’ joħroġ ordniijet lil kull taħħan,
distributur, burdnar, furnar, bejjiegħ tal-ħobż, bejjiegħ bl-imnut,
manifattur ta’ l-għaġin jew xi persuna oħra li tagħmel użu, jew li
għandna taħt il-kontroll tagħha xi oġġetti u/jew oġġetti razzjonati
kif hu jikkonsidra meħtieġa sabiex jinżammu u jiġu kontrollati l-
produzzjoni, tqassim, bejgħ, użu jew konsum ta’ oġġetti razzjonati.
Min jonqos li jimxi skond xi ordni bħal dan ikun qed jikser dawn ir-
Regolamenti.
Reati u pieni.
(a) ta’ mhux anqas minn ħamsin lira iżda mhux aktar minn
mitejn u ħamsin lira fil-każ ta’ offiża kontra ir-
regolamenti 20, 21, 22, 30, 32, 33 u 38 u, fil-każ ta’
offiża kontra r-regolament 20, l-oġġetti razzjonati li
jkunu nkisbu b’mod irregolari għandhom jiġu ukoll
konfiskati;
(b) ta’ mhux anqas minn għaxar liri iżda mhux aktar minn
ħamsin lira fil-każ ta’ reat kontra xi wieħed mir-
regolamenti 23, 29, 31, 34 u 35 u, fil-każ ta’ reat
kontra r-regolament 29, l-oġġetti tar-razzjon li jkunu
fil-pussess jew kontroll ta’ dak li jkun b’mod irregolari
għandhom jiġu ukoll konfiskati;
(ċ) ta’ mhux anqas minn ħames liri u mhux aktar minn
għoxrin lira fil-każ ta’ reat kontra xi wieħed mir-
regolamenti 25, 26, 28(1), 36, 37 u 40;
(d) ta’ mhux anqas minn mitt lira u mhux aktar minn
ħames mitt lira fil-każ ta’ kull offiża kontra xi wieħed
mir-regolamenti 39 u 41;
(e) ta’ mhux inqas minn darbtejn u mhux aktar minn erba’
darbiet tal-profitt magħmul minn min jagħmel reat in
konnessjoni ma’ transazzjoni b’kontravenzjoni tar-
regolament 27 u jekk il-profitt magħmul minn min
jagħmel ir-reat b’kontravenzjoni tar-regolament 27 ma
8 L.S.117.08 ħ RAZZJON
jkunx jista’ jitqies mill-Qorti, min jagħmel ir-reat ikun
jista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda
mhux aktar minn elf lira.
IL-ĦAMES PARTI
Kontroll ta’ Stabbilimenti
Tifsir. 43. F’din it-taqsima -
"stabbiliment" ifisser kull stabbiliment tal-fornitura u jfisser
ukoll lukandi li jkollhom ristoranti tagħhom miftuħa għall-
pubbliku, ristoranti, kafejiet, bars u kull lokal ieħor ta’ rinfreski
miftuħa għall-pubbliku, każini, hostels, boarding houses, u
stabbilimenti oħra ta’ din ix-xorta, iżda ma ifissirx ukoll kull
stabbiliment taħt il-kontroll, direttament jew indirettament, tal-
Gvern Malti;
"ikel" ifisser kull oġġett ta’ l-ikel li jkun imsajjar jew imsawwar
u kull xorb minbarra l-inbid, il-birra, likuri spiritużi u ilma gassuż
jew xorb ieħor mingħajr alkohol;
"direzzjon" ifisser il-persuna jew persuni li jkollhom f’idejhom
ix-xogħol tal-fornitura ta’ xi stabbiliment sew għax ikollhom
tagħhom jew għax imexxu l-istabbilimenti jew għax ikunu
marbutin b’kuntratt bil-fomm jew bil-miktub li jfornixxu ikel fi
stabbiliment, u jfisser ukoll il-persuni li f’isimhom tkun ħarġet il-
liċenza;
"fornitura" tfisser iżżomm f’istabbiliment u toffri jew tittanta li
tfornixxi.
Projbizzjoni li xi 
oġġett ta’ l-ikel jiġi 
provdut għall-
konsum f’xi 
stabbiliment.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
44. Id-Direttur jista’ b’ordni ma jħallix li xi oġġett ta’ l-ikel
jiġi provdut għall-konsum f’xi stabbiliment u jispeċifika
kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu provduti oġġetti ta’ l-ikel.
Provvista ta’ ikel 
għall-manifattura u 
għall-konsum.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
45. Id-direzzjoni ta’ kull stabbiliment, in-nies li jagħmlu l-ħelu
u dawk li jagħmlu l-pastizzi, qassatat u galletti għandhom jieħdu l-
oġġetti tar-razzjon għall-iskop li jfornixxu ikel għall-manifattura u
għall-konsum mingħand dawk in-negozjanti biss li d-Direttur jista’
jispeċifika u taħt dawk il-kundizzjonijiet li jista’ jagħmel hu.
Prezzijiet 
għandhom jitpoġġu 
fejn jidhru.
46. Id-direzzjoni ta’ kull stabbiliment għandu jpoġġi f’post
fejn jidher fl-istabbiliment il-prezz ta’ kull oġġett ta’ l-ikel forniti
hemmhekk għall-konsum.
Reati u pieni. 47. Min jagħmel reat jista’ jeħel multa -
(a) ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda mhux iżjed minn
ħamsin lira f’każ li r-reat ikun kontra wieħed mir-
regolamenti 44 u 45;
(b) ta’ mhux inqas minn ħames liri iżda mhux iżjed minn
għoxrin lira f’każ li r-reat ikun kontra r-regolament 46.
RAZZJON ġ L.S.117.08 9
IS-SITT PARTI
Ġenerali
Tħaris tal-
kundizzjonijiet.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958.
48. Meta joħroġ xi liċenza jew permess skond dawn ir-
Regolamenti, id-Direttur jista’ jimponi dawk il-kundizzjonijiet li
hu jqis xierqa. Kull min ikollu l-liċenza jew permess u jikser jew
jonqos li jimxi skond dawn il-kundizzjonijiet jitqies li hu ħadem
mingħajr il-liċenza jew permess.
Reat minn għaqda 
ta’ persuni.
49. Meta jsir reat skond dawn ir-Regolamenti minn għaqda ta’
persuni, kull persuna li fil-ħin tar-reat kienet direttur jew uffiċjal
ta’ l-għaqda titqies ħatja tar-reat sakemm hi tipprova li r-reat sar
mingħajr ma kienet taf u li hi ħadet il-kura kollha biex tevita r-reat.
Applikabbiltà .
xi liġi jew regolament ieħor.
Liċenzi u permessi 
maħruġa qabel.
51. Liċenzi u permessi maħruġa jew mogħtija taħt jew għall-
fini tar-Regolamenti dwar ir-Razzjon pubblikati qabel għandhom
jitqiesu li jkunu nħarġu jew ingħataw għall-finijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti.
Reati kontra r-
Regolamenti.
52. Ir-reati kollha kontra dawn ir-Regolamenti għandhom,
għalkemm xi liġi oħra ma taqbilx ma’ dan, ikunu ta’ kompetenza
tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew tal-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex).
Emendata:
N.G. 696 ta’ l-
1958;
A.L. 6 ta’ l-1959;
A.L. 39 ta’ l-1960;
A.L. 99 ta’ l-1971;
A.L. 85 ta’ l-1973;
A.L. 107 ta’ l-
1975;
A.L. 98 ta’ l-1976.
SKEDA
Regolament 2
Ħobż
Butir
Żejt ta’ l-ikel
Dqiq
Qamħ importat
Għaġin
Ross
Smid
Zokkor
Ħalib tal-bott (barra ħalib tat-trab)
