KONTROLL TAL-BHEJJEM ġ L.S.117.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.09
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
TAL-BHEJJEM
28 ta’ Jannar, 1957
In-NOTIFIKAZZJONIJIET TAL-GVERN 67 u 68 ta’ l-1957, konsolidati.
Titolu.
Kontroll tal-Bhejjem.
Tifsir.
laħam tal-fart, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tal-ħnieżer, jew taż-żiemel.
Rapport lill-eqreb 
għassa tal-Pulizija.
3. (1) Fejn xi persuna b’xi mod tikseb xi bhejjem jew fejn il-
għadd ta’ bhejjem li jkollha kull persuna jiżdied permezz ta’ twelid,
tkun obbligata li fi żmien tliet ijiem tagħmel rapport fl-eqreb
Għassa tal-Pulizija dwar dak li kisbet jew żiedet fil-għadd ta’
bhejjem.
(2) Dan ir-rapport għandu jkun fih indikazzjoni tax-xorta u l-
għadd ta’ bhejjem li jkunu twieldu jew inkisbu, l-għadd totali ta’
kull xorta ta’ bhejjem li f’dak iż-żmien ikollha l-persuna li tkun qed
tagħmel ir-rapport, il-post jew il-postijiet fejn dan il-għadd totali
ta’ bhejjem għandu jinżamm u, meta l-bhejjem ikunu nkisbu, l-isem
u l-indirizz ta’ min ittrasferihom.
(3) Kull tnaqqis fil-għadd tal-bhejjem, kemm minħabba mewt,
qtil jew xi kawża oħra, għandu jiġi rapportat fi żmien tliet ijiem fl-
eqreb Għassa tal-Pulizija.
Spezzjon.
awtorizzat minnu jista’ jidħol f’kull post li jkollu raġun għax
jaħseb li fih ikunu miżmuma bhejjem.
Nuqqas li jsir 
rapport, eċċ.
5. Kull min jonqos li jagħmel rapport skond kif mitlub mir-
regolament 3, jew meta jagħmel ir-rapport apposta jew bi
traskuraġni jagħti tagħrif li jkun falz f’xi partikolaritajiet
importanti, jew min ifixkel, jimpedixxi jew jgħin biex ifixkel jew
jimpedixxi lid-Direttur tal-Biedja jew kull uffiċjal tad-dipartiment
tiegħu biex iwettaq dawn ir-Regolamenti, jkun ħati ta’ reat u jista’
jeħel multa ta’ mhux anqas minn ħamsa u għoxrin lira iżda mhux
aktar minn mitejn lira.
Applikabbiltà .
Għawdex, Kemmuna u Kemmunett.
