MANUTENZJONI TAL-PROVVISTI TA’ L-OĠĠETTI ESSENZJALI ġ L.S.117.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.10
REGOLAMENTI DWAR IL-MANUTENZJONI TAL-
PROVVISTI TA’ L-OĠĠETTI ESSENZJALI
21 ta’ Frar, 1957
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 133 ta’ l-1957, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 149 u 298 ta’ l-1958; u bl-Avviżi Legali 7 ta’ l-
1959, 40 ta’ l-1960, 15 ta’ l-1964, 19 ta’ l-1965 u 22 u 24 ta’ l-1977.
Titolu.
Manutenzjoni tal-Provvisti ta’ l-Oġġetti Essenzjali.
Tifsir.
Emendat:
N.G. 149 ta’ l-
1958;
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 15 ta’ l-1964;
A.L. 19 ta’ l-1965.
Kap. 117.
L.S. 117.08
2. F’dawn ir-Regolamenti l-espressjoni "oġġett essenzjali"
għandha l-istess tifsira bħal dik mogħtija lill-espressjoni "oġġetti
essenzjali" bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Provvisti u s-Servizzi, u
għandha tinkludi ukoll l-oġġetti speċifikati fl-Iskeda ta’ dawn ir-
Regolamenti u fl-Iskeda tar-Regolamenti dwar ir-Razzjon; u
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tal-
Kummerċ.
Reati.
barra milli skond ordni maħruġ minn awtorità  kompetenti -
(a) li jgħolli l-prezz; jew
(b) li ma jħallix isir il-begħ; jew
(ċ) li jimponi xi kundizzjonijiet mhux awtorizzati,
fil-bejgħ ta’ kull oġġett essenzjali jkun, bla ma jitqies jekk dan
ikunx irnexxa jew le fil-ħsieb tiegħu, ħati ta’ reat kontra dawn ir-
Regolamenti.
Ċaħda ta’ oġġetti 
essenzjali lill-
komunità .
4. Jekk xi persuna, li s-soltu tinnegozja jew titratta f’xi oġġett
essenzjali jew li s-soltu hija interessata fil-provvista jew tqassim
ta’ dan l-oġġett essenzjali, sew weħidha jew flimkien ma’ persuni
oħra, tagħmel xi ħaġa jew tonqos li tagħmel xi ħaġa li tkun taf jew
li bir-raġun għandha taħseb illi dak l-għemil jew nuqqas aktarx
iċaħħad lill-komunità  mill-provvista jew mill-provvista regolari ta’
xi oġġett essenzjali, tkun ħatja ta’ reat skond dawn ir-Regolamenti.
Rapporti.
Sostitwit:
N.G. 149 ta’ l-
1958.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 19 ta’ l-1965.
L.S. 117.08
5. Bla ħsara għas-setgħa li jordna skond ir-regolament 7 ta’
dawn ir-Regolamenti u skond ir-regolament 41 tar-Regolamenti
dwar ir-Razzjon, il-Ministru jista’, b’ordni pubblikat fil-Gazzetta,
jordna lil kull persuna li soltu tinnegozja f’kull oġġett essenzjali
jew soltu tbiegħ oġġett bħal dan jew ikollha x’taqsam mal-
provvista ta’ dawn l-oġġetti, jew li jkollha fil-pussess tagħha jew
taħt il-kontroll tagħha xi kwantità  ta’ xi oġġetti essenzjali, li
tagħmel rapporti dwar id-disponiment tagħhom, ħażniet u bilanċi
ta’ kull oġġett lill-Ministru, f’kull żmien u forma li jiġu preskritti
fl-ordni.
Awtorizzazzjoni 
għall-ispezzjon.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 19 ta’ l-1965.
6. Il-Ministru jasta’ jawtorizza bil-miktub lil persuna jew lil
persuni biex f’kull żmien raġonevoli jispezzjonaw il-kotba,
dokumenti, ħażniet u postijiet ta’ kull persuna li tittratta jew
tinnegozja f’oġġetti essenzjali. Kull persuna li tfixkel jew ixekkel
kull persuna jew persuni awtorizzati fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom
2 L.S.117.10 ħ MANUTENZJONI TAL-PROVVISTI TA’ L-OĠĠETTI ESSENZJALI
skond dan ir-regolament, tkun ħatja ta’ reat.
Ksur tar-
Regolamenti.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958; 
A.L. 19 ta’ l-1965.
7. Il-Ministru jista’ jagħti dawk id-direttivi lil kull persuna li
tkun qiegħda tagħmel użu, jew li jkollha taħt il-kontroll tagħha, jew
li soltu tinnegozja jew timporta oġġetti essenzjali, skond ma jkun
jidhirlu meħtieġ għall-manutenzjoni u kontroll, produzzjoni,
tqassim, użu jew konsum ta’ oġġetti essenzjali. Min jonqos li
josserva xi direttiva jkun ħati ta’ reat skond dawn ir-Regolamenti.
Sottomissjoni ta’ 
rapport mhux 
korrett.
8. Kull min jikser id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 5, 6, u
7 jew min jissottometti apposta rapport mhux korrett skond ir-
regolament 5 ikun ħati ta’ reat kontra dawn ir-Regolamenti.
Eżenzjoni.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 19 ta’ l-1965.
9. Il-Ministru jista’, skond ma jkun jidhirlu hu, jeżenta, lil
negozjant jew negozjanti jew klassi jew klassijiet ta’ negozjanti
b’mod ġenerali jew għal oġġetti essezjali wieħed jew aktar minn
wieħed minnu spċifikati, mill-obbligi imposti lilhom bir-
regolament 4.
Reati u pieni.
Emendat:
A.L. 22 ta’ l-1977.
10. Kull min jinstab ħati ta’ reat kontra dawn ir-Regolamenti
mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew mill-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex), bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali jista’ jeħel multa
ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira,
jew priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn xahar iżda mhux
iżjed minn tliet xhur, jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien.
Il-Qorti tista’ 
tordna t-tħassir jew 
is-sospensjoni ta’ 
liċenza.
11. Bla ħsara għall-penalitajiet preskritti fir-regolament 10, l-
itess Qorti tista’ fuq talba tal-prosekuzzjoni tordna t-tħassir jew is-
sospensjoni ta’ kull liċenza maħruġa lil persuna misjuba ħatja
skond dawn ir-Regolamenti għall-eżerċizzju ta’ kull kummerċ jew
negozju li għandu x’jaqsam mal-bejgħ ta’ l-oġġett essenzjali li
għalih ikun igħodd ir-reat.
Emendata:
N.G. 149 ta’ l-
1958;
A.L. 7 ta’ l-1959;
A.L. 40 ta’ l-1960;
A.L. 24 ta’ l-1977.
SKEDA
Ħobż
Butir
Ġobon
Kafè
Żejt ta’ l-ikel (ħlief żejt importat f’reċipjenti żgħar)
Bajd fil-qoxra
Xaħam u sostitut tax-xaħam
Sapun għall-ħasil tal-ħwejjeġ
Marġerina
Sulfarini
Laħam, inkluż laħam tal-landa
Ħalib tal-bott maħlul (barra minn trab tal-ħalib)
Skart tal-qamħ
Ross
MANUTENZJONI TAL-PROVVISTI TA’ L-OĠĠETTI ESSENZJALI ġ L.S.117.10 3
Tè
Kunserva tat-tadam
Pitrolju
Benżina
Gas Oil
Fuel Oil
Faħam
Melħ, oħxon
Ħmira.
