REKWIŻIZZJONI TA’ L-IFRAN ġ L.S.117.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.11
REGOLAMENTI DWAR IR-REKWIŻIZZJONI
TA’ L-IFRAN
21 ta’ Frar, 1957In-
NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 134 ta’ l-1957, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 298 ta’ l-1958; u bl-Avviżi Legali 15 ta’ l-1964,
19 ta’ l-1965 u 23 ta’ l-1977.
Titolu.
Rekwiżizzjoni ta’ l-Ifran.
Tifsir.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 15 ta’ l-1964;
A.L. 19 ta’ l-1965.
2. F’dawn ir-Regolamenti -
"forn" tfisser kull post li għandu fran tajbin għall-produzzjoni
tal-ħobż, u tinkludi kull impjant, makkinarju, għodda, tagħmir,
aċċessorji, spare parts li huma meħtieġa ġo forn;
"Ministru" tfisser il-Ministru li minn żmien għal żmien ikun
inkarigat mid-Dipartiment tal-Kummerċ;
"rekwiżizzjoni" tfisser l-ordni li bih il-Ministru jieħu l-pussess
ta’ kull forn jew jeħtieġ li forn jitqiegħed għad-disposizzjoni
tiegħu;
 "rekwiżizzjonat" tfisser il-persuna jew persuni li mill-pussess
tagħhom ikun rekwiżizzjonat forn mill-Ministru.
Rekwiżizzjoni.
kull forn jew dik il-parti jew partijiet minnu li jkunu jistgħu
jintużaw għall-produzzjoni tal-ħobż u jista’ jagħti dawk id-direttivi
li jkunu jidhrulu meħtieġa jew xierqa, sabiex isseħħ u titwettaq ir-
rekwiżizzjoni.
Spezzjon.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 15 ta’ l-1964;
A.L. 19 ta’ l-1965.
4. Il-Ministru jkollu s-setgħa jidħol fil-forn imsemmi hawn
fuq permezz ta’ kull uffiċjal tad-Dipartiment tal-Kummerċ, jew
permezz ta’ kull persuna oħra awtorizzata minnu bil-ħsieb li jkun
żgurat it-twettiq ta’ dawn ir-Regolamenti.
Reati u pieni.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 19 ta’ l-1965;
A.L. 23 ta’ l-1977.
5. (1) Kull min jikser jew jonqos li jimxi skond kull ordni ta’
rekwiżizzjoni magħmula mill-Ministru skond ir-regolament 3 jew
min jagħmel xi ħaġa jew jonqos li jagħmel xi ħaġa għax jaf jew
għax bir-raġun ikollu għax jaħseb illi dan l-egħmil jew nuqqas
għandu x’aktarx iġib fix-xejn, ifixkel jew ixekkel is-seħħ ta’ kull
ordni ta’ rekwiżizzjoni bħal dan jista’, meta jinstab ħati, jeħel
multa ta’ mhux anqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn ħames
mitt lira jew għal priġunerija għal żmien minn ħmistax-il ġurnata sa
xahrejn jew għal din il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Il-Qorti, barra milli tagħti l-piena, għandha tordna lill-ħati
biex josserva dawn ir-Regolamenti fi żmien, biżżejjed għall-iskop,
li jiġi ffissat mill-Qorti; u, jekk il-ħati jonqos li josserva xi ordni
bħal dan fiż-żmien hekk iffissat, huwa jista’ jeħel ammenda minn
ħamsin ċenteżmu sa għaxar liri għal kull ġurnata li jibqa’ sejjer in-
nuqqas wara li jagħlaq l-istess żmien.
2 L.S.117.11 ħ REKWIŻIZZJONI TA’ L-IFRAN
Forn 
rekwiżizzjonat.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 19 ta’ l-1965.
6. Il-Ministru jista’ juża jew jawtorizza l-użu ta’ kull forn
rekwiżizzjonat minnu skond dawn ir-Regolamenti b’dak il-mod u
skond dawk il-kundizzjonijiet li jkunu jidhrulu xierqa billi jqis l-
interess pubbliku.
Bord.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 19 ta’ l-1965.
7. (1) F’nuqqas ta’ ftehim bejn il-Ministru u r-rekwiżizzjonat,
il-kumpens li għandu jitħallas lil dan ta’ l-aħħar ġħandu jkun dak li
jitqies ġust u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi kollha tal-każ minn Bord li
jkun magħmul hekk:
(a) Maġistrat, li jkun nominat mill-Ministru, li jkun
Chairman;
(b) persuna li tkun nominata mill-Ministru bħala
rappreżentant tiegħu; u
(ċ) persuna li tkun nominata mir-rekwiżizzjonat bħala
rappreżentant tiegħu.
(2) Jekk ir-rekwriżizzjonat ma jinnominax rappreżentant
tiegħu fi żmien sebat ijiem minn dak in-nhar li jiġi mitlub bil-
miktub biex jagħmel hekk mill-Ministru, l-Ministru jinnomina t-
tielet membru tal-Bord biex jirrappreżenta lir-rekwżizzjonat.
Kap. 12.
(3) Il-Bord għandu jirregola l-proċedura tiegħu skond ir-regoli
tal-ġustizzja naturali u jkollu l-istess setgħat li huma mogħtijin
mill-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Procedura Ċivili lill-Qorti tal-
Maġistrati (Malta) u lill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) biex
tħarrek xhieda u tisma’ xiehda bil-ġurament; it-taħrikiet tax-xhieda
għandhom ikunu ffirmati miċ-Chairman.
Ordni mill-
Ministru.
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 19 ta’ l-1965.
8. Meta persuna jingħatalha l-użu ta’ forn rekwiżizzjonat
skond dawn ir-Regolamenti, sew jekk din il-persuna tħallas
kumpens għal dan l-użu kemm jekk le, il-Ministru, jekk fid-
diskrezzjoni assoluta tiegħu jkun soddisfatt illi dik il-persuna ma
għandhiex tibqa’ tagħmel dak l-użu, jista’ jordnalha toħroġ minn
dak il-forn u tikkonsenja l-istess forn f’dak iż-żmien li jista’
jistabbilixxi l-Ministru bla ma jitqiesu kull disposizzjonijiet oħra
kuntrarji tal-liġi.
