KONTROLL TAL-PREZZIJIET TAL-ĦUT ġ L.S.117.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.12
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TAL-
PREZZIJIET TAL-ĦUT
15 ta’ Lulju, 1957
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 394 ta’ l-1957, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 298 ta’ l-1958, u bl-Avviż Legali 116 ta’ l-1974.
Titolu.
Kontroll tal-Prezzijiet tal-Ħut.
Applikabbiltà .
Emendat:
N.G. 298 ta’ l-
1958;
A.L. 116 ta’ l-
1974.
L.S. 117.05
2. (1) Ir-Regolamenti għall-Kontroll tal-Bejgħ ta’ l-Oġġetti
għandhom, iżda soġġetti għal dan ta’ hawn taħt, japplikaw għal ħut
frisk, kemm jekk maqbud hawn Malta u kemm jekk importat.
(2) Id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd jista’, għal dak li
għandu x’jaqsam ma’ ħut bħal dan, jiddispensa minn xi ħtiġiet
speċfikati tar-Regolamenti msemmijin.
Id-direttur jiffissa 
l-prezzijiet.
Sostitwit:
A.L. 116 ta’ l-
1974.
3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull regolamenti oħra,
d-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd jista’, minn żmien għal żmien,
jiffissa l-ogħla, jew l-inqas prezz jew il-prezz attwali, jew l-ogħla
marġni ta’ qligħ, li bih jista’ jinbiegħ kull xorta ta’ ħut, b’ordni
pubblikat fil-Gazzetta.
L-ogħla, l-inqas, 
jew il-prezzijiet 
attwali li bihom ħut 
jista’ jinbiegħ bl-
ingrossa.
Sostitwit:
A.L. 116 ta’ l-
1974.
4. L-ogħla jew l-inqas prezzijiet jew il-prezzijiet attwali li
bihom kull xorta ta’ ħut jista’ jinbiegħ bl-ingrossa mis-sajjieda jew
mill-pitkali għandhom ikunu dawk li jistgħu jiġu ffissati mid-
Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd, minn żmien għal żmien, b’avviż li
għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta.
