KUNSERVA TAT-TADAM U L-KONTROLL FIL-BEJGĦ 
TAT-TADAM LI JKUN SER JINĦADEM ġ L.S.117.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.13
REGOLAMENTI DWAR IL-KUNSERVA TAT-TADAM 
U L-KONTROLL FIL-BEJGĦ TAT-TADAM LI JKUN 
SER JINĦADEM
19 ta’ Lulju, 1957
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 424 ta’ l-1957, kif emendata bl-
Avviżi Legali 15 ta’ l-1964 u 206 ta’ l-1996.
Titolu.
Kunserva tat-Tadam u l-Kontroll fil-Bejgħ tat-Tadam li jkun ser
jinħadem.
L-EWWEL PARTI
Tifsiriet
Tifsir.
titlobx xort’oħra -
"fabbrikant" tfisser kull persuna, korp jew assoċjazzjoni ta’
persuni, soċjetà , korporazzjoni, kooperativa jew kumpannija li
jaħdmu t-tadam prinċipalment għal finijiet kummerċjali; "li
tiffabbrika" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
"pitkal" tfisser persuna li xogħolha jkun li tbigħ lil ħaddieħor bl-
ingrossa tadam akkont tas-sid jew sidien;
"produttur" tfisser kull persuna li tikkoltiva jew tkabbar tadam u
prinċipalment biex dan jinbiegħ akkont tagħha nfisha;
"xiri" tfisser kull ksib taħt kull titolu onerus jew gratuwitu;
"tixtri" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
"bejgħ" tinkludi kull disponiment taht kull titolu onerus jew
gratuwitu; "tbigħ" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
Kap. 278.
Għaqdiet Kooperativi.
IT-TIENI PARTI
Bejgħ ta’ Tadam
Tifsir ta’ direttur.
Kundizzjoni tat-
tadam għall-bejgħ.
4. (1) Ebda produttur, pitkal jew kooperativa ma jistgħu
jbigħu lil fabbrikant jew li jkollhom fil-pussess tagħhom għall-
bejgħ lil fabbrikant, u li xi fabbrikant jixtri, tadam li, b’mod
ġenerali, ma jkunx mingħajr id-difetti li ġejjin, jiġifieri:
(a) mhux misjur;
(b) bl-insetti, imnawwar jew bil-mard;
(ċ) mgħaffeġ jew miksur;
(d) maħruq ħafna bix-xemx;
(e) li jkun fih zkuk jew materjal ieħor estranju:
Ebda produttur, pitkal jew kooperativa ma għandhom joffru
għall-bejgħ tadam li hu maħruq ħafna bix-xemx lil fabbrikant illi,
2 L.S.117.13 ħ
KUNSERVA TAT-TADAM U L-KONTROLL FIL-BEJGĦ 
TAT-TADAM LI JKUN SER JINĦADEM
fid-diskrezzjon tiegħu, jista’ jaċċetta li jixtrih.
(2) Ebda produttur ma għandu jikkunsinna tadam lil xi pitkal,
kooperativa jew fabbrikant jew għal xi pitkal jew kooperativa li
tikkunsinna tadam lil xi fabbrikant kemm-il darba t-tadam li jkun
qiegħed fil-quċċata ta’ kull dugħ ma jkunx kampjun xieraq tal-
kontenut kolllu li jkun hemm f’dak id-dugħ.
(3) Spettur sanitarju tad-Dipartiment tas-Saħħa jew id-Direttur
jista’ jġiegħel kull kwantità  ta’ tadam li tkun lesta biex tiġi
konsenjata lill-fabbrikanti li tiġi eżaminata bl-iskop li jiġi żgurat
illi d-disposizzjonijiet tar-regolament 4(1) u (2) jkunu osservati.
L-inqas prezzijiet. 6. (1) Id-Direttur jista’ minn żmien għal żmien b’ordni fil-
Gazzetta jiffissa l-inqas prezzijiet li bihom il-fabbrikanti jistgħu
jixtru t-tadam u jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom
japplikaw dawn il-prezzijiet.
(2) It-tadam kollu għandu jintiżen qabel ma jiġi konsenjat lill-
fabbrikanti. Dan l-użin għandu jsir mill-pitkal jew kooperativa li
permezz tagħhom jinbiegħ, jew, meta t-tadam jinbiegħ minn
produttur direttament lill-fabbrikant, mill-fabbrikant jew minn xi
ħadd għalih. Biex jiġi ffissat il-prezz ta’ kwantità  ta’ tadam
mubjugħa li jkun skond il-liġi, għandu jsir tnaqqis raġonevoli
għall-użin tad-dugħ.
(3) Ebda fabbrikant ma jista’ skond il-liġi jixtri tadam mod
ieħor ħlief direttament mingħand produttur jew permezz ta’
kooperativa jew pitkal. Fabbrikant li jixtri tadam direttament
mingħand produttur għandu meta jieħu konsenja tat-tadam jagħti
lill-produttur voucher iffirrmata minnu jew għalih li turi l-isem tal-
produttur u n-numru tal-ktieb tiegħu tar-reġistrazzjoni bħala bidwi,
l-użin nett tad-tadam mixtri, il-prezz tiegħu u d-data tal-konsenja;
huwa għandu jżomm ukoll kopja tal-voucher.
(4) Meta jsir ordni skond is-sub-regolament (1), ebda
fabbrikant ma jista’ skond il-liġi jixtri tadam jekk ma jiġux
osservati d-disposizzjonijiet ta’ dak l-ordni jew jimponi xi
kundizzjoni in konnessjoni ma’ dak ix-xiri barra minn kundizzjoni
awtorizzata mill-ordni.
(5) Id-Direttur jista’ jieħu dawk il-passi li jkunu jidhrulu
meħtieġa biex jissorvelja x-xiri tat-tadam mill-fabbrikanti u jiżgura
illi kull ordni li jista’ jsir li jiffissa l-prezzijiet jew il-
kundizzjonijiet tax-xiri jkun qiegħed jiġi osservat bir-reqqa.
Rapporti. 7. Kull kooperativa għandha mhux aktar tard minn kull nhar
ta’ Erbgħa ta’ kull ġimgħa tagħmel rapport lid-Direttur li juri l-użin
tat-tadam mibjugħ 1il kull fabbrikant kull ġurnata tal-ġimgħa ta’
qabel u l-prezz jew konsiderazzjoni oħra ta’ kull kwantità  hekk
mibjugħa. Fil-każ fejn ma jsirx bejgħ bħal dan, għandu jintbagħat
rapport bil-kelma "xejn".
IT-TIELET PARTI
Manifattura ta’ Tadam
Tifsir ta’ direttur.
Emendat:
A.L. 15 ta’ l-1964.
8. F’din il-parti "Direttur" tfisser id-Direttur tal-Kummerc.
KUNSERVA TAT-TADAM U L-KONTROLL FIL-BEJGĦ 
TAT-TADAM LI JKUN SER JINĦADEM ġ L.S.117.13 3
Liċenza speċjali.
prodott li jinkiseb minn dan ix-xogħol mingħajr liċenza speċjali
bil-miktub f’dan is-sens mingħand id-Direttur jew xort’oħra jekk
mhux skond kull waħda mill-kundizzjonijiet li għalihom tista’ tkun
soġġetta dik il-liċenza.
Kull liċenza minn dawn ma teħlisx lil min jeħodha mill-
obbligu li jikseb xi liċenza meħtieġa skond xi liġi oħra.
(2) Il-liċenzi maħruġin skond dawn ir-Regolamenti jkunu
personali u mhumiex trasferibbli u, ħlief jekk jiġu rtirati jew
mħassra mid-Direttur, jibqgħu jgħoddu sat-30 ta’ Ġunju li jiġi wara
d-data tal-ħruġ jew tat-tiġdid.
(3) Id-Direttur skond ma jkun jidhirlu hu jista’ jirrifjuta li
jagħti jew iġedded liċenza, jew, meta jagħtiha jew iġeddidha, jista’
jimponi dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(4) Id-Direttur jista,’ minn żmien għal żmien b’ordni mogħti
bil-miktub lill-fabbrikant jispeċifika n-numru, il-kwalità  u l-kobor
tad-dugħ illi fih il-kunserva jew kull prodott ieħor tat-tadam
fabbrikati minnu għandhom jitqiegħdu fil-laned u/jew magħmulin
f’pakk.
(5) Meta jingħata ordni bħal dan, ebda fabbrikant ma għandu
jaħdem kunserva jew kull prodott ieħor tat-tadam f’dugħ, ħlief
skond l-ispeċifikazzjonijiet li jkun hemm f’dak l-ordni.
Notamenti li 
għandhom 
jinżammu.
10. (1) Il-fabbrikanti għandhom iżommu notamenti li juru -
(a) l-użin nett ta’ tadam mixtri konfermat mill-vouchers
tax-xiri relativi jew dokumenti oħra;
(b) l-isem u l-indirizz tal-produttur (inkluż in-numru tal-
ktieb tar-reġistrazzjoni tal-bidwi), pitkal jew
kooperativa mingħand min ikun xtara t-tadam;
(ċ) il-prezz u/jew konsiderazzjoni oħra ta’ kull xirja;
(d) l-użin u l-kontenut kollu solidu tal-kunserva tat-tadam
u l-użin ta’ prodotti oħra tat-tadam imnisslin mill-
manifattura tat-tadam;
(e) in-numru u l-kwalità  u l-kobor tud-dugħ li fih il-
kunserva jew kull prodott ieħor tat-tadam ikunu
mqegħdin;
(f) l-isem u l-indirizz ta’ kull persuna li lilha tkun
inbiegħet il-kunserva tat-tadam jew kull prodott ieħor
tat-tadam u jissemmew il-kwalità  u d-data ta’ kull
bejgħ u, fil-każ ta’ kunserva tat-tadam, il-kontenut
kollu solidu ta’ kull kwantità  mibjugħa.
(2) In-notamenti u d-dokumenti msemmijin fis-sub-regolament
(1) ta’ dan ir-regolament għandhom ikunu aċċessibli għad-Direttur
jew għal kull persuna awtorizzata minnu bil-miktub għal dan l-
iskop; id-Direttur jew persuna oħra awtorizzata għandu jkollhom
is-setgħa li jieħdu estratti minn dawk in-notamenti u dokumenti li
ma għandhomx jiġu meqrudin mingħajr ma tittieħed minn qabel l-
awtorità  bil-miktub tad-Direttur.
(3) Id-Direttur jista’ minn żmien għal żmien jispeċifika l-mod
4 L.S.117.13 ħ
KUNSERVA TAT-TADAM U L-KONTROLL FIL-BEJGĦ 
TAT-TADAM LI JKUN SER JINĦADEM
kif għandhom jinżammu n-notamenti msemmijin fis-sub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament.
Rapporti. 11. (1) Id-Direttur jista’, kull meta jidhirlu meħtieġ, jitlob lill-
fabbrikanti jew lil xi wieħed jew aktar minnhom li jibagħtulu fil-
ġranet speċifikati jew matul ċerti perijodi taż-żmien kif ikun
speċifikat, rapporti fuq formuli preskritti mid-Direttur li juru d-
dettalji li jkun hemm bżonn skond ir-regolament 10 u/jew dawk id-
dettalji l-oħra kollha dwar is-sengħa jew in-negozju tal-fabbrikanti
skond kif jidhirlu meħtieġ.
(3) Id-Direttur jista’ jitlob ukoll lil kull persuna jew klassi jew
klassijiet ta’ persuni fi ġranet speċifikati jew matul ċerti perijodi ta’
żmien kif ikun speċifikat li jagħmlu rapporti fuq formuli preskritti
mid-Direttur li juru l-ħażna ta’ kunserva maħduma lokalment jew
ta’ kull prodott ieħor tat-tadam miżmum minnhom f’dik il-ġurnata
jew ġranet li jiġu speċifikati.
Kundizzjoni tat-
tadam għall-użu 
għax-xogħol tal-
kunserva.
Emendat:
A.L. 206 ta’ l-
1996.
12. (1) Ebda fabbrikant ma għandu juża, għax-xogħol tal-
kunserva jew kull prodott ieħor tat-tadam, tadam li jkun mhux
misjur, mimli bl-insetti, imnawwar jew marid, mgħaffeġ jew
miksur jew li jkollu z-zkuk jew materjal ieħor estranju.
(2) Ebda fabbrikant ma għandu jagħmel u l-ebda fabbrikant,
bejjiegħ bl-imnut jew bl-ingrossa ma għandu jbiegħ jew jkollu fil-
pussess tiegħu għall-bejgħ xi kunserva kemm f’dugħ jew għaliha, li
jkollha xi ħaġa barra minn solidi tat-tadam magħsurin (li l-inqas
kontenut tagħhom bl-użin għandu jkun tmienja u għoxrin fil-mija
tal-kunserva), likwidu, zokkor u melħ.
Kull meta l-kunserva tkun fil-post tan-negozju ta’
fabbrikant, bejjiegħ bl-imnut jew bl-ingrossa, għandha titqies li
tkun għall-bejgħ kemm-il darba l-fabbrikant, il-bejjiegħ bl-ingrossa
jew bl-imnut, kif ikun il-każ, ma jippruvax xort’oħra.
(3) Meta, madankollu, wara eżami tal-kunserva ta’ kull
fabbrikant, id-Direttur ikun tal-fehma illi, għalkemm id-
disposizzjonijiet tas-sub-regolament (2) ikunu ġew osservati, dik il-
kunserva partikolari ma tkunx soddisfaċenti għal dik li hija
konsistenza jew kulur jew togħma, huwa jista’ johroġ ordni lil dak
il-fabbrikant li jkun ivarja l-perċentaġġ bl-użin tas-solidi tat-tadam
fil-kunserva magħmula minnu jew li jkun jordna kull tibdil ieħor
fil-fabbrikazzjoni. Dan l-ordni jista’ jiġi rtirat jew imħassar mid-
Direttur meta huwa jidhirlu xieraq.
(4) Spettur sanitarju tad-Dipartiment tas-Saħħa jew id-Direttur
jew kull persuna oħra awtorizzata bil-miktub għandu jkollhom is-
setgħa f’kull ħin raġonevoli li jidħlu u jispezzjonaw kull fabbrika,
maħżen jew ħanut li fihom il-kunserva jew kull prodott ieħor tat-
tadam ikunu qed jiġu prodotti, maħżuna jew mibjugħa, li
jispezzjonaw it-tadam, il-kunserva, il-prodotti tat-tadam jew kull
materjal ieħor użat fix-xogħol jew l-ippakkjar ta’ prodotti tat-tadam
u, jekk ikun jidhirlu meħtieġ, jieħu kampjuni ta’ dawn l-oġġetti
sabiex jiġu eżaminati jew analizzati.
Fil-każ ta’ kampjuni meħudin mingħand il-fabbrikanti,
dawn għandhom jittieħdu mingħajr ħlas; f’każijiet oħra għandu
jitħallas il-valur tas-suq ta’ dak iż-żmien; f’kull każ għandha
KUNSERVA TAT-TADAM U L-KONTROLL FIL-BEJGĦ 
TAT-TADAM LI JKUN SER JINĦADEM ġ L.S.117.13 5
tingħata riċevuta lill-persuna li mingħandha ttieħed il-kampjun.
(5) Meta jttieħed kampjun tal-kunserva jew prodott ieħor tal-
kunserva skond is-sub-regolament (4), dan il-kampjun għandu
jitqassam f’żewġ partijiet mill-persuna li tieħu dan il-kampjun, u
kull waħda minn dawn il-partijiet għandha tiġi ssiġġilata minnha
fil-preżenza tal-persuna li mingħandha ttieħed il-kampjun, u
għandha mbagħad tiġi ffirmata minnhom it-tnejn;  parti waħda
għandha tinżamm mill-persuna li tieħu l-kampjun u l-parti l-oħra
mill-persuna li mingħandha ttieħed il-kampjun:
Iżda jekk il-persuna li mingħandha ttieħed il-kampjun
tirrifjuta li tifffirma jew ma tkunx tista’ tiifirma, tkun biżżejjed il-
firma tal-persuna li tkun ħadet il-kampjun.
Awtorizzazzjoni.
tista’ tkun ġenerali jew tista’ tkun tgħodd għall-okkażjoni waħda
partikolari jew iżjed minn waħda.
Id-dugħ għandhom 
ikollhom immarkat 
fuqhom l-isem tal-
fabbrikant, eċċ.
14. (1) Kemm-il darba ma jkunx awtorizzat mod ieħor mid-
Direttur, il-fabbrikant għandu jġiegħel li d-dugħ kollu tal-kunserva
tat-tadam maħduma minnu jkollu mmarkat fuqu l-isem tal-
fabbrikant, l-isem tax-xahar u tas-sena tal-manifattura u l-piż nett
b’mod li jkunu jistgħu jinqraw u li ma jitħassrux.
(2) Id-dugħ kollu tal-kunserva tat-tadam ta’ l-istess fabbrikant
li jkollu l-isem ta’ l-istess xahar u sena jew marka oħra li
tikkorispondi magħhom li tkun awtorizzata mid-direttur għandu,
f’nuqqas ta’ prova kuntrarja, jiġi meqjus bħala li fih kunserva tat-
tadam ta’ l-istess konsistenza, kulur u togħma.
IR-RABA’ PARTI
Penalitajiet
Reati u pieni.
Emendat:
A.L. 15 ta’ l-1964.
15. Kull persuna li tikser jew li tonqos li tosserva xi wieħed
minn dawn ir-regolamenti jew xi ordni jew direttiva mogħtija
skond dawn ir-Regolamenti jew min ifixkel jew ixekkel spettur
sanitarju tad-Dipartiment tas-Saħħa jew lid-Direttur tal-Biedja jew
lid-Direttur tal-Kummerċ jew kull persuna awtorizzata legalment
mid-Direttur tal-Biedja jew mid-Direttur tal-Kummerċ milli
jagħmel xi ħaġa li legalment tista’ ssir skond ir-Regolamenti jkun
ħati ta’ reat skond dawn ir-Regolamenti u jkun jista’, mingħajr
preġudizzju għal xi disposizzjonijiet oħra ta’ dawn ir-Regolamenti,
jeħel piena (multa) ta’ mhux inqas minn għaxar liri iżda mhux iżjed
minn ħamsin lira.
Reati kontra 
regolamenti 
partikolari.
16. (1) Meta r-reat ikun kontra d-disposizzjonijiet tar-
regolamenti 9(1) jew 12(2) jew xi ordni li jsir skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 12(3), l-piena (multa) għandha
tkun ta’ mhux inqas minn għoxrin lira iżda mhux iżjed minn mitt
lira; u meta r-reat ikun kontra d-disposizzjonijiet tar-regolament 4,
il-piena (ammenda) għandha tkun ta’ mhux inqas minn żewġ liri
iżda mhux iżjed minn ħames liri.
(2) Fejn fuq kull taħrika skond dawn ir-Regolamenti l-Qorti
tkun soddisfatta li l-fabbrikant ikun għamel jew biegħ jew ikollu
fil-pussess tiegħu għall-bejgħ kunserva tat-tadam li ma tkunx skond
id-disposizzjonijiet tar-regolament 12(2), jew li l-fabbrikant ma
jkunx mexa skond xi ordni mogħti lilu skond id-disposizzjonijiet
6 L.S.117.13 ħ
KUNSERVA TAT-TADAM U L-KONTROLL FIL-BEJGĦ 
TAT-TADAM LI JKUN SER JINĦADEM
tar-regolament 12(3), soġġet għal dak li jingħad aktar ’il quddiem,
il-Qorti għandha tordna l-konfiska tal-kunserva kollha tat-tadam ta’
dak il-fabbrikant li skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 14(2)
tkun ta’ l-istess konsistenza għal dik li tkun ġiet soġġetta għall-
eżami jew analisi skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti u li mill-Qorti tkun instabet li hija kontra r-
regolament 12(2) jew ta’ xi ordni maħruġ skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 12(3):
Iżda qabel tagħti xi ordni bħal dan il-Qorti għandha
permezz ta’ taħrika tordna lill-fabbrikant, jekk huwa ma kienx
jagħmel parti mil-proċedimenti, li jidher quddiemha, u tagħtih
opportunità  raġjonevoli li juri f’mhux aktar minn tmint ijiem għala
ordni bħal dak għall-konfiska kif ntqal qabel m’għandux jinħareġ.
(3) Fejn ordni għall-konfiska kif ingħad qabel ikun ġie mogħti
dak l-ordni għandu jixxandar fil-Gazzetta, u l-Pulizija tiġi
awtorizzata li tirtira mis-suq il-kunserva kollha tat-tadam, iżda kull
bejjiegħ bl-ingrossa jew bl-imnut li lilu tkun inbiegħet mill-
fabbrikant jew f’ismu għandu, f’nuqqas ta’ kompliċità , ikollu d-
dritt li jiġi rikompensat mill-fabbrikant dwar kull kwantità  ta’
kunserva tat-tadam li tkun ġiet irtirata minn għandu bis-saħħa ta’
dan ir-regolament.
(4) Ebda bejjiegħ bl-ingrossa jew bl-imnut li wara l-
pubblikazzjoni ta’ ordni fil-Gazzetta ma għandu jiddisponi apposta
minn xi kunserva tat-tadam li tkun ġiet konfiskata kif ingħad qabel.
(5) Meta persuna tinstab ħatja l-ewwel jew it-tieni darba skond
id-disposizzjonijiet tar-regolament 12(2) jew kontra kull ordni
maħruġ skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 12(3), il-Qorti
tista’, barra mill-penalitajiet imsemmijin aktar ’il fuq, tikkundanna
lill-ħati għal priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet
xhur.
Spezzjon minn 
spettur sanitarju.
Emendat:
A.L. 15 ta’ l-1964.
17. (1) Fejn spettur sanitarju tad-Dipartiment tas-Saħħa jew
id-Direttur tal-Kummerċ jew xi persuna oħra awtorizzata minnu
bil-miktub għal dak l-iskop, wara ispezzjoni skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 12(4), isib fil-post tal-fabbrikant
tadam li ġeneralment ikun infettat bl-insetti, imnawwar jew
imħassar, huwa għandu jirrapporta l-kwistjoni lit-tabib anzjan jew
uffiċjal mediku tas-saħħa, li immedjatament għandu jmur fuq il-
post u wara li jisma’ fuq il-post xi tagħrif kemm mill-ispettur
sanitarju jew id-Direttur tal-Kummerċ jew xi persuna oħra
awtorizzata minnu kif imsemmi hawn fuq u mill-fabbrikant,
għandu jordna li t-tadam jiġi konfiskat jekk huwa jkun tal-fehma li
t-tadam ikun ġeneralment infettat bl-insetti, imnawwar jew
imħassar.
(2) Meta jagħti ordni bħal dan it-tabib anzjan tas-saħħa jew l-
uffiċjal mediku tas-saħħa għandu jkollu s-setgħa li jieħu l-passi
kollha li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiżgura li l-ordni jiġi esegwit
immedjatament u l-fabbrikant ma jkollu ebda dritt ta’ kumpens
kontra kull uffiċjal pubbliku in konnessjoni ma’ xi ordni bħal dan,
dment li huwa jkollu d-dritt ta’ rikompens xieraq, jekk ikun il-każ,
kontra l-persuna li minn għandha t-tadam ikun inxtara, skond il-
liġi.
KUNSERVA TAT-TADAM U L-KONTROLL FIL-BEJGĦ 
TAT-TADAM LI JKUN SER JINĦADEM ġ L.S.117.13 7
Ir-reati jiqiesu 
bħala 
kontravvenzjoni-
jiet.
Kap. 9.
18. Ir-reati skond dawn ir-Regolamenti għandhom jitqiesu
bħala kontravvenzjonijiet u d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali
dwar il-proċedimenti kriminali, soġġetti għal dak li jingħad aktar
’il quddiem, għandhom igħoddu għall-proċedimenti għar-reati
skond dawn ir-Regolamenti:
Iżda l-proċedimenti għal reat skond dawn r-Regolamenti
jistgħu jinbdew f’kull żmien sa sena minn meta jkun sar ir-reat.
Fabbrikanti 
misjuba ħatja ta’ 
reat.
19. (1) Il-Qorti li ssib fabbrikant ħati ta’ reat skond dawn ir-
Regolamenti billi jkun xtara tadam bi prezz aktar baxx mill-inqas
prezz iffissat b’ordni magħmul skond ir-regolament 6(1) jew billi
ma jkunx osserva xi kundizzjoni msemmija f’dak l-ordni għandha
tordna lill-ħati li jħallas lill-persuna li minn għandha jew permezz
tagħha nxtara t-tadam id-differenza bejn il-prezz iffissat mill-ordni
u l-prezz miftiehem, flimkien ma’ kull ammont li jista’ jiġi meqjus
raġonevoli mill-Qorti biex jiġi kkompensat il-produttur talli l-
fabbrikant ma jkunx osserva xi kundizzjoni msemmija fl-ordni, u li
jħallas is-somma hekk stmata f’dak iż-żmien li ma jkunx itwal
minn xahar kif tordna l-Qorti, taħt il-penali ta’ mhux inqas minn
lira għal kull ġurnata li fiha jonqos milli josserva dak l-ordni fi
żmien iffissat, u salv id-dritt tal-produttur, pitkal jew kooperativa li
jkollhom jieħdu dak l-ammont li jiġbru lura bi proċediment ċivili
quddiem il-Qorti Ċivili kompetenti, li għal dan l-iskop l-ordni
għall-ħlas magħmul mill-Qorti tal-Maġistrati għandu jikkostitwixxi
titolu esekuttiv u jista’ jingħata seħħ mill-kreditur wara jumejn
min-notifika lid-debitur ta’ talba għall-ħlas magħmula b’att
ġudizzjarju.
(2) L-ammont li l-fabbrikant jista’ jkun ordnat mill-Qorti biex
iħallas skond is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament għandu
jkun barrani għall-prezz li fil-fatt ikun sar il-ftehim fuqu, prezz li
jista’ jiġi miġbur lura skond il-liġi.
Persuna akkużata 
b’reat.
20. B’danakollu, jekk persuna akkużata b’reat kontra dawn ir-
Regolamenti tallega, fil-jum appuntat għas-smigħ tal-kawża u
qabel ma tinbeda l-kawża, li persuna oħra, li hija ssemmi, tkun
wettqet ir-reat imsemmi mingħajr ma kienet taf hi, bla l-kunsens
jew il-permess tagħha, din il-persuna l-oħra għandha tiġi mħarrka
biex tidher quddiem il-Qorti, u jekk, wara li l-ħtija tar-reat tkun ġiet
stabbilita, l-ewwel persuna mħarrka tipprova b’soddisfazzjon tal-
Qorti li l-persuna l-oħra msemmija tkun wettqet ir-reat mingħajr
ma hi kienet taf, mingħajr kunsens jew il-permess tagħha , il-
persuna l-oħra għandha tinstab ħatja tar-reat u l-ewwel persuna tiġi
eżentata minn kull piena; iżda l-Qorti għandha tordna li l-kunserva
tat-tadam li dwarha jkun sar ir-reat tiġi konfiskata fejn il-kunserva
tat-tadam tkun taqa’ taħt dawn ir-Regolamenti.
Prosekuzzjoni 
kontra bejjiegħ bl-
ingrossa jew bl-
imnut.
21. (1) Fejn il-bejjiegħ bl-ingrossa jew bl-imnut ta’ xi
kunserva tat-tadam jiġi mħarrek taħt ir-regolament 12(2), huwa
għandu jiġi eżentat minn kull responsabbiltà  jekk huwa jipprova
b’soddisfazzjon tal-Qorti li huwa jkun kiseb il-kunserva tat-tadam
in kwistjoni bil-fehma li dik il-kunserva kienet magħmula skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 12(2), u li huwa ma kellu l-ebda
raġun għaliex jaħseb fiż-żmien li biegħha li dan ma kienx hekk; u li
huwa biegħ il-kunserva tat-tadam fl-istess stat bħal ma kienet meta
huwa kisibha.
8 L.S.117.13 ħ
KUNSERVA TAT-TADAM U L-KONTROLL FIL-BEJGĦ 
TAT-TADAM LI JKUN SER JINĦADEM
F’nuqqas ta’ kompliċità  bejn il-fabbrikant u l-bejjiegħ bl-
ingrossa jew bl-imnut għandu jitqies li l-fabbrikant ikun ipprovda
lill-bejjiegħ bl-ingrossa jew bl-imnut garanzija impliċita li l-
kunserva tat-tadam li huwa jkun immanifattura u biegħ lilu tkun
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 12(2).
(2) Fejn min ikun ġie mħarrek skond dawn ir-Regolamenti jiġi
liberat skond id-disposizzjonijiet imsemmija qabel ta’ dan ir-
regolament, il-Pulizija tista’ tieħu passi kontra l-persuna li minn
għandha min ikun ġie liberat ikun xtara l-kunserva tat-tadam.
IL-ĦAMES PARTI
Ġenerali
Reat minn 
assoċjazzjoni ta’ 
persuni.
22. Meta jsir reat skond dawn ir-Regolamenti minn
assoċjazzjoni ta’ persuni, kull persuna li, fiż-żmien tat-twettiq tar-
reat kienet direttur jew uffiċjal ta’ l-assoċjazzjoni, għandha tiġi
meqjusa bħala ħatja tar-reat, kemm-il darba hija ma tippruvax li r-
reat ikun sar mingħajr ma kienet taf u li hija tkun għamlet l-
attenzjoni kollha biex ma tħallix li jsir ir-reat.
