KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI ġ L.S.117.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.15
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TAL-BEJGĦ 
TA’ OĠĠETTI
19 ta’ April, 1972
L-AVVIŻ LEGALI 21 ta’ l-1972, kif emendat bl-Avviżi Legali 34 u 50 ta’
l-1972, 20 u 115 ta’ l-1973, 24 u 83 ta’ l-1974, 12 u 75 ta’ l-1975, 87 u 127
ta’ l-1976, 16, 33 u 135 ta’ l-1977, 6 ta’ l-1978, 86 u 108 ta’ l-1979, 56 ta’
l-1980, 62 u 66 ta’ l-1982, 54 ta’ l-1984, 7 ta’ l-1989, 89 ta’ l-1990, 61 u
125 ta’ l-1992, 192 ta’ l-1994, 104 ta’ l-1998 u 295 ta’ l-2002.
Titolu.
Kontroll tal-Bejgħ ta’ Oġġetti.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1976;
A.L. 62 ta’ l-1982;
A.L. 125 ta’ l-
1992.
Kap. 117.
2. (1) F’dawn ir-Regolamenti, u f’kull ordni li jsir bis-saħħa
tagħhom, kemm-il darba l-kuntest ma jeħtieġx xort’oħra -
"l-Att" tfisser l-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi;
"oġġett" tfisser kull oġġett li soltu jinbiegħ lill-pubbliku, iżda ma
tinkludi ebda prodott ikkoltivat jew imkabbar f’Malta minn bidwi
jew li jinkiseb minn trobbija ta’ l-annimali, u lanqas ma tinkludi
frott jew ħxejjex jew ħut frisk importat;
"valur C.I.F." tfisser u għandha titqies li dejjem fissret il-valur
C.I.F. f’liri Maltija stabbilit għal finijiet ta’ Dwana jew għal finijiet
ta’ dazju ta’ importazzjoni;"
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Kummerċ u, safejn tkun hekk
awtorizzata, tinkludi kull persuna awtorizzata mid-Direttur tal-
Kummerċ biex teżerċita kull setgħa u dmir mogħtija lid-Direttur
b’dawn ir-Regolamenti;
"stabbilit" dwar prezz, tfisser stabbilit skond dawn ir-
regolamenti;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tal-
Kummerċ;
"xiri" tfisser l-akkwist ta’ xi oġġett bi kwalunkwe titolu oneruż
iżda ma tinkludix l-importazzjoni ta’ oġġetti minn xi post barra
minn Malta;
"bejgħ" tfisser kull disponiment bi kwalunkwe titolu oneruż;
"negozjant"  tinkludi kull bejjiegħ bl-ingrossa, bejjiegħ bl-imnut,
fabbrikant, importatur, jew persuna oħra li tinnegozja jew li hi
mdaħħla f’kummerċ jew li tagħmel xi xogħol ta’ kummerċ li
għandu x’jaqsam mal-bejgħ, manifattura, tibdil jew disponiment ta’
oġġetti.
(2) Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, il-prezz ta’ oġġett
jitqies li ma jkunx raġonevoli jekk -
(a) f’bejgħ minn fabbrikant lokali jew minn importatur
lill-bejjiegħ bl-ingrossa, il-profitt ikun iżjed minn
għaxra fil-mija tal-prezz kif joħroġ mill-fabbrika jew
2 L.S.117.15 ħ KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI
tal-kost bid-dazju ta’ importazzjoni mħallas ta’ l-
oġġett kif jipprovdi r-regolament 3(3)(i);
(b) f’bejgħ minn fabbrikant lokali jew minn importatur
lill-bejjiegħ bl-imnut, il-profitt ikun iżjed minn
ħmistax fil-mija tal-prezz kif joħroġ mill-fabbrika jew
tal-kost bid-dazju ta’ importazzjoni mħallas ta’ l-
oġġett kif jipprovdi r-regolament 3(3)(i);
(ċ) f’bejgħ minn bejjiegħ bl-ingrossa lill-bejjiegħ bl-
imnut, il-profitt ikun iżjed minn għaxra fil-mija tal-
prezz li bih il-bejjiegħ bl-ingrossa jkun xtara l-oġġetti
mingħajr żieda ta’ ebda spejjeż;
(d) f’bejgħ minn bejjiegħ bl-imnut lill-konsumatur, il-
profitt ikun iżjed minn għoxrin fil-mija tal-prezz li bih
il-bejjiegħ bl-imnut ikun xtara l-oġġett, mingħajr iż-
żieda ta’ ebda spejjeż.
L-ogħla prezz jiġi 
stabbilit.
Emendat:
A.L. 66 ta’ l-1982;
A.L. 54 ta’ l-1984.
3. (1) Id-Direttur jista’ minn żmien għal żmien, b’ordni fil-
Gazzetta, jistabbilixxi l-ogħla prezz li bih xi oġġett ikun jista’
jinbiegħ.
(2) Il-prezzijiet jistgħu jiġu stabbiliti mid-Direttur billi juża
metodu wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin -
(a) billi jistabbilixxi l-ogħla prezzijiet dikjarati;
(b) billi jistabbilixxi l-ogħla marġini ta’ profitt;
(ċ) billi jistabbilixxi l-ogħla perċentaġġi ta’ profitt.
(3) Fil-każ ta’ ordnijiet magħmula skond il-paragrafi (b) jew
(ċ) tas-subregolament (2) -
(i) il-profitt ta’ l-importatur għandu jiġi kalkolat
fuq it-total tal-valur C.I.F. u d-dazju ta’
importazzjoni ta’ l-oġġett, u ebda żieda oħra
bħal ma huma spejjeż ta’ żbark, ta’ trasport, ta’
ħażna, imgħax jew xi spiża oħra tkun liema
tkun, ma għandha ssir sabiex jiġi stabbilit il-
kost, u
(ii) il-profitt tal-bejjiegħ bl-imnut għandu jiġi
kalkolat fuq il-prezz li bih dak l-oġġett kien
inxtara mill-importatur, mill-bejjiegħ bl-ingrossa
jew mill-fabbrikant lokali, mingħajr ma jiżdiedu
ebda spejjeż oħra jkunu liema jkunu.
Kap. 337.
Għall-finijiet tal-paragrafu (i) ta’ dan is-subregolament
meta l-valur C.I.F. ikun espress f’munita barranija, dak il-valur
għandu jiġi kalkolat bir-rata stabbilita kuljum mill-Bank Ċentrali
ta’ Malta sabiex jinħadem id-dazju tad-dwana skond l-Att dwar id-
Dazji ta’ Importazzjoni fid-data ta’ l-importazzjoni.
(4) Relattivament għall-pakki jew konsenji partikolari ta’
oġġetti, id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu,
jistabbilixxi l-ogħla prezzijiet fuq iċ-ċertifikat li juri l-kost
konsenjat mill-importatur skond ir-regolament 21.
KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI ġ L.S.117.15 3
Imposizzjoni ta’ 
kundizzjonijiet 
mid-Direttur.
Sostitwit:
A.L. 89 ta’ l-1990.
4. Id-Direttur jista’ dwar kull oġġett, b’ordni jimponi
kwalunkwe kundizzjoni kif jidhirlu xieraq dwar il-bejgħ, il-
projbizzjoni tal-bejgħ jew il-limitazzjonijiet tal-bejgħ ta’ dak l-
oġġett.
Tikketta tal-prezz 
fuq kampjuni.
Emendat:
A.L. 104 ta’ l-
1988.
5. Imħassar bl-Avviż Legali 295 ta’ l-2002.
Il-prezz fuq it-
tikketta ma jkunx 
iżjed mill-ogħla 
prezz.
6. Meta l-ogħla prezz ta’ xi oġġett ikun stabbiliti skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-prezz muri fuq it-
tikketta msemmija fir-regolament 5 ma għandux ikun iżjed minn
dak il-prezz.
Fatturi, eċċ, 
jintwerew biex jiġu 
eżaminati.
Sostitwit:
A.L. 62 ta’ l-1982.
Kap. 117.
7. (1) Kull persuna għandha, jekk tkun hekk meħtieġa mid-
Direttur jew minn xi membru tal-Pulizija jew minn xi persuna
maħtura taħt l-artikolu 4 ta’ l-Att, jew minn xi membru ta’ xi korp
ta’ persuni, tipproduċi meta hekk mitluba biex tiġi eżaminata kull
fattura jew dokument ieħor (inklużi l-kotba) li jkunu fil-pussess
tagħha, dwar ix-xiri, il-manifattura, il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’
xi oġġett.
(2) Iċ-ċertifikati li juru l-kost u l-fatturi jew dokumenti
relattivi għandhom jinżammu minn fabbrikanti lokali/importaturi/
bejjiegħa bl-ingrossa/bejjiegħa bl-imnut għal żmien sentejn mid-
data tal-ħruġ tagħhom jew sakemm jinbiegħu l-oġġetti li dwarhom
jirriferu, skond liema tkun l-aħħar data.
(3) Meta xi fattura jew xi dokument ieħor prodott għall-eżami
kif meħtieġ b’dan ir-regolament ikun falz, jew qarrieqi jew ma
jagħtix il-fatti veri f’xi ħaġa sostanzjali, il-persuna li tipproduċi dik
il-fattura jew dak id-dokument, u kull persuna responsabbli għall-
egħmil ta’ dik il-fattura jew ta’ dak id-dokument jew għall-egħmil
ta’ dik l-entratura falza, qarrieqa jew mhux vera f’dik il-fattura jew
f’dak id-dokument tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti.
Ħażniet ta’ oġġetti.
jesponix għall-bejgħ fil-post tan-negozju tiegħu jew li ma jżommx
hemmhekk fi kwantitajiet li jkunu biżżejjed biex ilaħħaq mal-
ħtiġiet tal-ġurnata jitqties li qed jaħżen jew jirrifjuta li jbiegħ u
jkun ħati ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti.
Ħażna ta’ ħwejjeġ 
ta’ l-ikel u ħwejjeġ 
oħra.
Miżjud:
A.L. 24 ta’ l-1974.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1976.
9. Ebda negozjant ma għandu jaħżen ħwejjeġ ta’ l-ikel, jew xi
ħwejjeġ oħra li jistgħu jiġu speċifikati mid-Direttur minn żmien
għal żmien b’ordni fil-Gazzetta, f’xi maħżen jew bini jew post
ieħor, kemm-il darba ma jkollux liċenza speċjali maħruġa mid-
Direttur li tippermetti dik il-ħażna.
(2) Id-Direttur jista’ jorbot ma’ kull liċenza kull kundizzjoni
jew kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(3) Kull persuna li b’xi mod tgħin lil negozjant jikser is-
subregolament (1) tkun ħatja ta’ l-istess reat bħan-negozjant.
Prospett.
Miżjud:
A.L. 108 ta’ l-
1979.
10. (1) Kull importatur u kull bejjiegħ bl-ingrossa ta’ oġġett li
għalih japplika dan ir-regolament għandu, fl-ewwel jum tax-xogħol
ta’ kull xahar, li ma jkunx is-Sibt, jikkonsenja lid-Direttur prospett
fuq dik il-formula li d-Direttur minn żmien għal żmien jistabbilixxi
u li tinkiseb mill-uffiċċju tad-Direttur, li jkun fih stqarrija korretta
4 L.S.117.15 ħ KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI
u ġenwina tat-tagħrif li jidher fis-subregolament (2).
(2) It-tagħrif meħtieġ li jingħata skond is-subregolament (1)
huwa -
(i) l-ammonti importati jew mixtrija matul il-
perijodu bejn prospett u l-prospett li jiġi
minnufih wara flimkien mad-dettalji dwar il-
fornitura u l-kwantitajiet mixtrija minn
għandhom;
(ii) il-bejgħ li jkun sar matul dak il-perijodu;
(iii) l-istocks fl-aħħar ta’ dak il-perijodu;
(iv) postijiet ta’ ħażna fejn dawk l-istocks ikunu
miżmuma u l-kwantitajiet ta’ stock li jkunu
miżmuma f’kull wieħed minn dawk il-postijiet.
(3) L-oġġeti li għalihom japplika dan ir-regolament huma:
Barrin tas-simna, importati
Ċanga, tal-friża
Majjal, tal-friża
Perżut fil-laned
Corned Beef
Luncheon Meat
Ħalib tal-bott
Butir
Ġobon -
Cheddar
Ementhal
Edam
Ħut fil-laned -
Tonn
Kavalli
Ross 
Frott, importat -
Larinġ
Banana
Tuffiegħ
Lanġas
Patata, importata
Zokkor
Kafè
Tè
Żejt taż-żerriegħa tas-soya, mhux raffinat
KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI ġ L.S.117.15 5
Injam -
Ta’ l-abjad
Ta’ l-aħmar
Tal-kewba u sostitut tal-kewba
Siment.
(4) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament stocks jitqiesu li jkunu
f’idejn persuna jekk dawn ikunu proprjetà  tagħha jew fil-pussess
jew taħt il-kontroll tagħha jew jekk dik il-persuna jkollha setgħa li
tiddisponi minnhom jew tikkonsenjahom, ukoll jekk ikunu f’idejha
għal jew f’isem persuna oħra.
Xiri u bejgħ ta’ 
oġġetti.
11. (1) Ebda negozjant ma jista’ jixtri oġġetti mingħand nies li
ma jafhomx.
(2) Ebda fabbrikant, importatur jew negozjant bl-ingrossa ma
għandu, mingħajr raġuni xierqa, jirrifjuta li jbiegħ fi kwantitajiet
raġonevoli lil xi bejjiegħ bl-imnut xi oġġett li dan ta’ l-aħħar ikun
jeħtieġ għall-kummerċ jew għan-negozju tiegħu.
(3) Ebda bejjieigħ bl-imnut ma għandu, mingħajr raġuni
xierqa, jirrifjuta li jbiegħ lil xi parruċċan xi oġġetti fi kwantitajiet
raġonevolment meħtieġa għall-użu jew konsum tal-parruċċan jew
tad-dar tiegħu jew ta’ l-istabbiliment jew xogħol jew sengħa tiegħu:
Iżda l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jeżenta minn din id-
disposizzjoni relattivamemt għal xi ħanut fejn l-inbid, il-birra jew
l-ispirti jinxtorbu fil-post, jew għal xi ristorant jekk hu jkun
sodisfatt li dik l-eżenzjoni għandha tingħata biex tipprovdi livell
ogħla ta’ amenitajiet għat-turisti jew għall-viżitaturi jew għall-
parruċċani.
(4) Ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma timpedixxi lill-
konsumatur milli jixtri direttament mingħand bejjiegħ bl-ingrossa
awtorizzat jekk jbiegħ skond il-kundizzjonijiet tal-liċenza tiegħu.
Ħażniet ta’ ċerti 
oġġetti.
Miżjud:
A.L. 12 ta’ l-1975.
Emendat:
A.L. 62 ta’ l-1982.
12. (1) Persuna li jkollha liċenza biex tbiegħ oġġetti tal-
merċa, li f’xi żmien matul xi sena waħda żammet għall-bejgħ xi
oġġett wieħed jew iktar li għalihom japplika dan ir-regolament,
tkun ħatja ta’ reat jekk hi f’xi żmien wara tonqos li żżomm ħażniet
ta’ xi wieħed minn dawk l-oġġetti fi kwantitajiet biżżejjed biex
jinqdew it-talbiet raġonevoli tal-klijenti.
(2) Dan ir-regolament japplika għal dawk l-oġġetti li minn
żmien għal żmien ikunu speċifikati mid-Direttur b’ordni fil-
Gazzetta.
Kundizzjonijiet 
dwar il-bejgħ.
13. Ebda negozjant ma għandu, meta jbiegħ jew joffri għall-
bejgħ xi oġġett, jimponi xi kundizzjoni dwar dak il-bejgħ ħlief li
jitlob il-prezz xieraq u kull kundizzjoni tali li d-Direttur jista’
jimponi.
Ftehim ipprojbit, 
eċċ.
14. Huwa illegali, ħlief skond prattika tal-kummerċ normali
f’Malta, li negozjant jew grupp ta’ negozjanti jagħmlu jew iġegħlu
lin-negozjant jew negozjanti oħra li jagħmlu xi rabta, ftehim,
kuntratt jew xi att li b’xi mod ikollu l-ħsieb li jillimita, jirrestrinġi
jew xort’oħra jikkontrolla il-bejgħ, il-prezz u/jew l-kundizzionijiet
tal-bejgħ ta’ xi oġġett jew oġġetti.
6 L.S.117.15 ħ KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI
Għeluq ta’ ħanut. 15. Kull negozjant li jagħlaq il-ħanut tiegħu mingħajr raġuni
xierqa jitqies li qed jirrifjuta li jbiegħ u jkun ħati ta’ reat kontra
dawn ir-regolamenti.
Fattura, eċċ, ikun 
fiha ċertu dettalji.
Emendat:
A.L. 62 ta’ l-1982.
16. (1) Il-fabbrikanti, l-importaturi u l-bejjiegħa bl-ingrossa
għandhom jikkonsenjaw lil kull persuna li tixtri xi oġġetti kont bl-
irċevuta dettaljat jew, skond il-każ, fattura, li turi n-numru u d-data
taċ-ċertifikat li juri l-kost applikabbli, jekk ikun hemm, id-data tat-
transazzjoni, il-kwantità  mibjugħa, il-prezz li bih il-bejgħ ikun sar
u l-ogħla prezz li bih l-oġġett jista’ jinbiegħ lill-konsumatur, liema
prezzijiet ma għandhomx ikunu iżjed mill-prezzijiet stabbiliti jew
permessi skond dawn ir-regolamenti.
(2) Il-fabbrikanti, l-importaturi u l-bejjiegħa bl-ingrossa
għandhom iżommu ktieb b’notamenti xierqa tal-kwantitajiet ta’
oġġetti mibjugħa, lil min ikunu inbiegħu u l-prezz relattiv.
(3) Ebda bejjiegħ bl-imnut ma jista’ jbiegħ xi oġġett miksub
mingħand fabbrikant, importatur jew mingħand bejjiegħ bl-
ingrossa jekk ma jkollux il-fattura jew il-kont bl-irċevuta
msemmija fis-subregolament (1).
(4) Il-bejjiegħ bl-imnut għandu jaċċerta li l-ogħla prezz li bih
xi oġġett jinbiegħ lill-konsumatur ma jkunx iżjed mill-prezz
stabbilit jew permess skond dawn ir-regolamenti, u għal dan il-
għan il-bejjiegħ bl-ingrossa jew l-importatur, skond il-każ, għandu,
jekk ikun hekk mitlub, jipproduċi lill-bejjiegħ bl-imnut id-
dokumenti relattivi sabiex jarahom.
Id-Direttur jista’ 
jeħtieġ prospetti.
Emendat:
A.L. 108 ta’ l-
1979;
A.L. 62 ta’ l-1982.
Sostitwit:
A.L. 7 ta’ l-1989.
17. (1) Id-Direttur jista’ f’kull żmien, jew b’mod ġenerali jew
f’xi każ jew każijiet speċifiċi, jew b’ordni pubblikat fil-Gazzetta
jew b’ittra indirizzata lin-negozjant li tkun tolqot, jeħtieġ lil xi
negozjant li jagħtih dawk il-prospetti, dokumenti u informazzjoni
kif id-Direttur, f’dik il-forma u f’dak iż-żmien, jispeċifika fit-talba
tiegħu.
(2) Kull negozjant li jonqos milli jagħmel dak il-prospett, jew
li jagħti dik l-informazzjoni jew dawk id-dokumenti, jew li jagħmel
il-prospett jew jagħti l-informazzjoni jew id-dokumenti wara li
jgħaddi ż-żmien speċifikat, jew li fl-għemil ta’ dak il-prospett jew
fl-għoti ta’ dik l-informazzjoni jew dawk id-dokumenti jagħti xi
informazzjoni li tkun skorretta jew qarrieqa, ikun ħati ta’ reat
kontra dawn ir-Regolamenti.
Bejgħ, eċċ. ’l fuq 
mill-ogħla prezz.
Emendat:
A.L. 24 ta’ l-1974.
Sostitwit:
A.L. 192 ta’ l-
1994.
18. (1) Ħadd ma għandu jimmarka, joffri għall-bejgħ, ibigħ
jew jipprova jbiegħ xi oġġett fuq l-ogħla prezz stabbilit
relattivament għal dak l-oġġett jew bi prezz mhux raġonevoli meta
l-ogħla prezz ma jkunx stabbilit.
(2) Meta ma jkunx stabbilit l-ogħla prezz, kull ħlas ieħor
magħmul dwar xi oġġett għandu jittieħed in konsiderazzjoni biex
jiġi stabbilit jekk il-prezz totali mħallas jkunx prezz xieraq.
(3) Meta jiġi stabbilit il-prezz xieraq ta’ xi oġġett, meta l-
ogħla prezz ma jkunx stabbilit, ma jiġi kunsidrat ebda bejgħ, xiri
jew transazzjoni oħra li tkun kontra xi regolament.
(4) Kull profitt li jkun iktar mill-marġini jew mill-perċentaġġ
ta’ profitt permess skond u għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti
għandu konklużivament jitqies li jagħmel il-prezz imħallas jew
KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI ġ L.S.117.15 7
mitlub mhux xieraq.
Pussess ta’ użin 
jew kejl falz, eċċ.
Miżjud:
A.L. 33 ta’ l-1997.
Sostitwit:
A.L. 135 ta’ l-
1977.
19. Kull negozjant li jkollu fil-pussess tiegħu jew taħt il-
kontroll tiegħu xi wżin jew kejl jew xi strument jew tagħmir ta’
wżin jew kejl li jkun falz jew li ma jirrapreżentax jew ma jurix l-
użin jew il-kejl veru u reali, skond il-każ, ikun ħati ta’ reat kontra
dawn ir-regolamenti, u l-qorti għandha meta ssibu ħati, barra milli
tagħti l-piena applikabbli skond dawn ir-regolamenti, tordna l-
konfiska ta’ dak il-piż jew kejl jew strument jew tagħmir.
Sospensjoni ta’ 
liċenza.
Emendat:
A.L. 6 ta’ l-1978.
20. (1) Kull negozjant li l-liċenza tiegħu tkun sospiża ma
jitħallix jeżerċita l-kummerċ jew in-negozju tiegħu, jew b’mod
ġenerali jew safejn jista’ biss ikun speċifikat fl-ordni tas-
sospensjoni.
(2) Għandu jitwaħħal mal-bieb tal-post jew postijiet tan-
negozju ta’ kull negozjant li l-liċenza tiegħu tkun ġiet sospiża,
avviż fis-sens li dik il-liċenza tkun ġiet sospiża u dak l-avviż
għandu jibqa’ hekk imwaħħal matul il-perijodu tas-sospensjoni.
(3) Huwa illegali li xi persuna tneħħi, tgħatti, tibdel jew b’xi
mod ieħor tħassar xi avviż ta’ sospensjoni hekk imwaħħal.
(4) Ħadd ma jista’ direttament jew indirettament jagħti lil xi
negozjant li l-liċenza tiegħu tkun sospiża, xi oġġett li dwaru s-
sospensjoni jkollha effett, hlief għall-użu personali tan-negozjant u
tal-familja tiegħu.
Approvazzjoni 
mid-Direttur ta’ 
ċertifikati ta’ 
prezzijiet qabel ma 
jitqassmu l-oġġetti 
importati.
Emendat:
A.L. 62 ta’ l-1982.
21. (1) Ebda oġġett importat ma jitqassam minn importatur
jew bejjiegħ bl-ingrossa lil xi persuna qabel ma ċ-ċertifikat tal-
prezzijiet relattiv ikun ingħata lil, u approvat mid-Direttur.
(2) Iċ-ċertifikati ta’ prezzijiet isiru mill-importaturi u mogħtija
lid-Direttur mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin siegħa wara li
l-oġġetti jkunu irtirati mill-kontroll tad-Dwana, fuq formuli li
jinkisbu mill-uffiċċju tad-Direttur:
Iżda d-Direttur jista’, f’każijiet speċjali, jestendi l-
imsemmi perijodu ta’ tmienja u erbgħin siegħa jekk ikun sodisfatt li
l-importatur ma jkunx jista’ josserva d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-
regolament fl-imsemmi żmien.
(3) Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jeżenta kull
oġġett jew ogġetti, jew kull klassi jew klassijiet ta’ oġġetti, mill-
ħtiġiet ta’ dan ir-regolament.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma japplikawx
għal xi oġġett li l-ogħla prezz tiegħu fiż-żmien li jitqassam ikun
stabbilit bil-mod speċifikat fir-regolament 3(2)(a).
(5) Jekk xi ċertifikat li juri l-kost, jew xi dokument li jkun
miegħu, mogħti skond dan ir-regolament ikun falz, qarrieqi jew
xort’oħra mhux korrett f’xi ħaġa sostanzjali, il-persuna li
tissottomettih u kull persuna responsabbli biex tagħmlu tkun ħatja
ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti.
Kost ta’ oġġetti 
maħduma 
lokalment.
Sostitwit:
A.L. 62 ta’ l-1982.
22. (1) Ebda oġġett maħdum lokalment li għalih japplika dan
ir-regolament ma jista’ jiġi mqassam minn fabbrikant lil xi persuna
qabel ma ċ-ċertifikat li juri l-kost relattiv ikun ingħata lid-Direttur
u approvat minnu f’dik il-forma u b’dak il-mod kif id-Direttur
jeħtieġ. 
8 L.S.117.15 ħ KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI
(2) Dan ir-regolament għandu japplika għal dawk l-oġġetti li
minn żmien għal żmien jkunu speċifikati mid-Direttur b’ordni
pubblikata fil-Gazzetta.
Wiri ta’ avviż ġo 
ħanut fuq talba tad-
Direttur.
23. Kull bejjiegħ bl-imnut għandu jħalli għall-wiri f’post fejn
jidher sewwa fil-ħanut tiegħu kull avviż li d-Direttur jgħidlu biex
iħalli għall-wiri dwar il-bejgħ ta’ xi oġġett.
Lista tal-prezzijiet 
fil-bieb ta’ 
ristoranti.
24. Fil-bieb ta’ kull ristorant, barra minn dawk ir-ristoranti li
jifformaw parti minn lukanda u li ma jkunux miftuħa għal min
mhux residenti, għandu jkun hemm għall-wiri menu u lista ta’
prezzijiet f’dak il-post u ta’ dak il-qies li jkunu jistgħu jinqraw
faċilment u b’mod ċar mill-pubbliku mingħajr ma jidħlu fir-
ristoranti:
Iżda din id-disposizzjoni ma tapplikax għal oġġetti offerti
għall-bejgħ li ma jkunux maħsuba li jiġu kkonsumati ġewwa jew
hemmhekk.
Ġurament.
Miżjud:
A.L. 127 ta’ l-
1976.
25. Kull persuna awtorizzata mid-Direttur tal-Kummerċ biex
teżerċita kull setgħa u dmir mogħtija lid-Direttur b’dawn ir-
Regolamenti tista’ tiġi meħtieġa mill-imsemmi Direttur biex tieħu
l-ġurament li ġej quddiem Kummissjunarju b’setgħa li jagħti l-
Ġurament:
Jiena .................................. solennement naħlef/
niddikjara  li naqdi  d-dmirijiet tiegħi skond ir-
Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Bejgħ ta’ Oġġetti u
skond l-aħjar ħila tiegħi, u li ma nikxifx lil persuni
mhux awtorizzati dak li nsir naf bih waqt il-qadi ta’ l-
imsemmija dmirijiet. (Hekk Alla jgħini).
Penalitajiet.
Emendat:
A.L. 20 ta’ l-1973;
A.L. 24 ta’ l-1974;
A.L. 83 ta’ l-1974;
A.L. 12 ta’ l-1975;
A.L. 75 ta’ l-1975
A.L. 127 ta’ l-1976
A.L. 16 ta’ l-1977;
A.L. 33 ta’ l-1977;
A.L. 108 ta’ l-
1979;
A.L. 56 ta’ 1980;
A.L. 62 ta’ l-1982.
Kap. 9.
26. (l) Kull persuna li tikser jew li tonqos milli tosserva xi
wieħed minn dawn ir-regolamenti jew xi ordni magħmul bis-saħħa
ta’ dawn ir-regolamenti jew xort’oħra imposti minn dawn ir-
regolamenti, jew xi kundizzjoni marbuta ma’ xi liċenza maħruġa
skond dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta’ reat kontra r-regolamenti.
(2) Reati kontra dawn ir-regolamenti għandhom jitqiesu li
huma kontravvenzjonijiet.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali dwar
proċedimenti kriminali għandhom, bla ħsara għal dak li jingħad
aktar ’il quddiem, japplikaw għal proċedimenti għal reati kontra
dawn ir-regolamenti:
Iżda proċedimenti dwar reat kontra dawn ir-Regolamenti
jistgħu jinbdew sa żmien sena mill-egħmil tar-reat.
(4) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra dawn ir-Regolamenti
teħel -
(a) meta tinstab ħatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn ħamsin lira iżda mhux iżjed mnm mitejn u
ħamsin lira;
(b) meta tinstab ħatja t-tieni darba, multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira
meta t-tieni reat isir fi żmien tnax-il xahar minn meta
dik il-persuna tinsab ħatja l-ewwel darba li għamlet ir-
reat tista’ teħel il-pieni li jinsabu fil-paragrafu (ċ) ta’
KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI ġ L.S.117.15 9
dan is-subregolament;
(ċ) meta tinsab ħatja darb’oħra, multa ta’ elf lira:
Iżda meta r-reat ikun wieħed kif jipprovdi ir-regolament
7(3) jew ir-regolament 21(5), jew jikkonsisti filli jingħata tagħrif li
ma jkunx korrett jew li jkun qarrieqi kif jipprovdi r-regolament
14(2), il-Qorti tista’, u fuq it-talba tal-prosekuzzjoni għandha,
b’żieda ma’ kull piena oħra, tikkundanna lil min jagħmel ir-reat
għal priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn għaxart ijiem u
mhux iżjed minn sitt xhur.
(5) B’żieda mal-pieni stabbiliti fid-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan ir-regolament, il-Qorti għandha, fuq it-talba tal-
prosekuzzjoni -
(a) meta ssib lill-akkużat ħati t-tieni darba, tordna s-
sospensjoni tal-liċenza ta’ min jagħmel ir-reat għal
perijodu ta’ mhux inqas minn ġimgħa u mhux iżjed
minn tlett xhur; u
(b) meta ssib lill-akkużat ħati għal darb’oħra, tordna t-
tħassir ta’ kull liċenza ta’ min jagħmel ir-reat u li
jkollha x’taqsam ma’ xi kummerċ jew negozju u ta’
kull liċenza li jkollha x’taqsam mal-post li għalih
jirreferi r-reat.
(6) F’kull każ ta’ ħtija ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti, il-
Qorti tista’, u fuq talba tal-prosekuzzjoni għandha, tordna l-
konfiska ta’ l-oġġetti li għalihom jirreferi r-reat.
(7) Is-sospensjoni tal-liċenza ordnata mill-Qorti għandha tibda
sseħħ minn dik id-data, li tkun data qabel it-tmien ġurnata mid-data
tas-sentenza, kif l-uffiċjal prosekutur jispeċifika verbalment lill-
Qorti matul il-proċedimenti.
Kap. 446.
għandhomx japplikaw għal xi reat kontra d-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti.
(9) Il-Qorti li ssib persuna ħatja ta’ reat kontra dawn ir-
regolamenti li jkun jikkonsisti fil-bejgħ ta’ xi oġġett bi prezz mhux
xieraq jew bi prezz ogħla mill-ogħla prezz ta’ dak l-oġġett għandha
tordna lill-ħati li jħallas lura lill-persuna li lilha l-oġġett ikun
inbiegħ dik il-parti mill-prezz imħallas kif il-Qorti għandha
tistabilixxi jew dak l-ammont li kien aħtar mill-ogħla prezz
stabbilit, skond il-każ, f’dak iż-żmien li ma jkunx iktar minn xahar
kif il-Qorti tippreskrivi, taħt penali ta’ mhux inqas minn żewġ liri
għal kull ġurnata fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ xi ordni hekk
stabbilit, bla ħsara għad-dritt tal-persuna li jkollha titħallas lura li
tiġbor l-ammont bi proċeduri ċivili quddiem il-Qorti kompetenti,
għall-liema skop l-ordni għall-ħlas lura magħmul mill-Qorti tal-
Maġistrati għandu jikkostitwixxi titolu eżekuttiv u jista’ jiġi
nfurzat mill-kreditur wara jumejn li jiġi notifikat lid-debitur b’talba
għall-ħlas magħmula b’att ġudizzjarju.
10 L.S.117.15 ħ KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ OĠĠETTI
Kap. 249.
(10) Meta reat kontra dawn ir-regolamenti jsir minn, jew egħmil
jew nuqqas li jammonta għal reat jista’ jiġi attribwit lil individwu li
jaġixxi f’isem, jew minflok jew fl-interessi ta’ soċjetà  jew
assoċjazzjoni jew korp jew grupp ieħor ta’ persuni, jew meta
tittieħed azzjoni kontra individwu minħabba r-responsabbiltà
tiegħu bħala direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor ta’ dak
il-korp, assoċjazzjoni jew grupp kif provdut fl-artikolu 13 ta’ l-Att
dwar l-Interpretazzjoni, jew minħabba xi responsabbiltà  skond l-
artikolu 10 ta’ l-Att, u jirriżulta li jkun sar reat kontra dawn ir-
regolamenti, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar is-
sospensjoni jew il-kanċellament ta’ xi liċenza miżmuma minn min
jagħmel ir-reat jew minn xi persuna oħra kif intqal qabel,
għandhom japplikaw ukoll għal kull liċenza miżmuma minn jew
f’isem, jew minflok jew fl-interessi tas-soċjetà , assoċjazzjoni jew
korp jew grupp ieħor ta’ persuni li tiegħu min jagħmel ir-reat jew
il-persuna l-oħra kif intqal qabel tkun direttur, manager, segretarju
jew uffiċjal ieħor jew li f’ismu jew fl-interessi tiegħu jew minfloku
dik il-persuna kienet qed taġixxi, u dik il-liċenza tkun bl-istess mod
sospiża jew imħassra.
Negozjant ikun 
responsabbli għal 
reati magħmula 
minn impjegati, 
eċċ.
Miżjud:
A.L. 62 ta’ l-1982.
27. Kull negozjant għandu jieħu dawk il-passi kollha li huma
meħtieġa sabiex jiżgura li d-disposizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-
regolamenti jiġu osservati; u anke meta kull kontravvenzjoni ta’ xi
disposizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti tista’ tiġi attribwita lil xi
persuna fl-impieg ta’ dak in-negozjant jew bis-saħħa ta’ xi egħmil
jew funzjoni awtorizzata jew bil-permess tan-negozjant, dak in-
negozjant jkun ukoll ħati ta’ dak ir-reat sakemm ma jippruvax li
jkun ħa dawk il-passi kollha neċessarji biex ma jħallix isir dak ir-
reat.
Prezzijiet stabbiliti. 28. Il-prezzijiet kollha stabbiliti skond il-liġi qabel il-bidu fis-
seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm
jinbidlu jew jiġu revokati skond dawn ir-regolamenti, u għandhom
jitqiesu li ġew hekk stabbiliti taħt id-disposizzjoni relattiva ta’
dawn ir-regolamenti.
