REKWIŻIZZJONI TAS-SIMENT ġ L.S.117.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.16
REGOLAMENTI DWAR IR-REKWIŻIZZJONI 
TAS-SIMENT
19 ta’ Ottubru, 1972
L-AVVIŻ LEGALI 89 ta’ l-1972.
Titolu.
Rekwiżizzjoni tas-Siment.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Kummerċ;
"persuna" tinkludi kull għaqda ta’ persuni;
"rekwiżizzjoni" tfisser l-ordni li bih il-Ministru jieħu l-pussess
jew iqiegħed għad-disposizzjoni tiegħu kull kwalità  ta’ siment
inkluż siment sfuż, fi xkejjer jew li xort’oħra jkun f’reċipjenti,
maħżun jew f’munzelli;
"rekwiżizzjonat" tfisser il-persuna jew il-persuni li mill-pussess
tagħhom is-siment jiġi rekwiżizzjonat mill-Ministru.
Setgħa għal 
rekwiżizzjoni.
3. Il-Ministru jista’, b’ordni ffirmat minnu, jirrekwiżizzjona
kull siment mingħand kull rekwiżizzjonat u jista’ jagħti dawk id-
direttivi li fil-fehma tiegħu jkunu meħtieġa jew espedjenti sabiex
isseħħ u titħares ir-rekwiżizzjoni.
Setgħa għal dħul.
l-iskop jista’ jidħol f’kull post jew jitla’ abbord kull vapur jew
bastiment bil-ħsieb li tkun assikurata l-osservanza ta’ dawn ir-
regolamenti.
Reati u penalitajiet.
rekwiżizzjoni magħmul mill-Ministru skond ir-regolament 3 jew li
tagħmel xi ħaġa jew li tonqos li tagħmel xi ħaġa meta taf jew
ikollha raġuni biżżejjed biex tkun taf li dak l-egħmil jew in-nuqqas
x’aktarx iġib fix-xejn, ifixkel jew itellef xi miżura jew direttiva li
għandha x’taqsam ma’ dik l-ordni ta’ rekwiżizzjoni, teħel meta
tinsab ħatja multa ta’ mhux inqas minn ħames mitt lira u mhux
iżjed minn elf lira jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Bla ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Ministru bir-
regolament 4, il-Qorti kompetenti, barra milli tagħti l-piena,
għandha tordna lil min jagħmel ir-reat li josserva dawn ir-
regolamenti, f’dak iż-żmien li jiġi stabbilit mill-Qorti, u jekk min
jagħmel ir-reat jonqos li josserva dik l-ordni fiż-żmien hekk
stabbilit, jeħel multa ta’ minn mitt lira sa tliet mitt lira għal kull
ġurnata li matulha jkompli r-reat wara li jagħlaq dak iż-żmien.
Setgħat fid-
diskrezzjoni tal-
Ministru.
6. Il-Ministru responsabbli għall-Kummerċ u Industrja jista’
juża, jew jawtorizza biex jiddisponi minn, kull siment
rekwiżizzjonat skond dawn ir-regolamenti b’dak il-mod u skond
dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu espedjenti meta jikkunsidra l-
interess pubbliku.
2 L.S.117.16 ħ REKWIŻIZZJONI TAS-SIMENT
Kumpens għal 
siment 
rekwiżizzjonat.
7. (1) Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-Ministru u r-
rekwiżizzjonat, il-kumpens li għandu jitħallas lil dan ta’ l-aħħar
għandu jkun dak li jitqies ġust u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi kollha
tal-każ minn Bord li jkun magħmul minn:
(a) Maġistrat, li jkun nominat mill-Prim Ministru, bħala
President;
(b) persuna nomimata mill-Ministru bħala rappreżentant
tiegħu;
(ċ) persuna nominata mir-rekwiżizzjonat bħala
rappreżentant tiegħu.
(2) Jekk ir-rekwiżizzjonat ma jinnominax rappreżentant tiegħu
fi żmien sebat ijiem minn dak inhar li jiġi mitlub bil-miktub biex
jagħmel hekk mill-Ministru, il-Ministru jinnomina t-tielet membru
tal-bord biex jirrappreżenta lir-rekwiżizzjonat.
Kap. 12.
(3) Il-Bord għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess skond ir-
regoli tal-ġustizzja naturali u jkollu l-istess setgħat kif mogħtija
mill-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili lill-Qorti tal-
Maġistrati (Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) biex
tħarrek xhieda u tisma xiehda bil-ġurament; it-taħrika tax-xhieda
tkun iffirmata mill-President.
