KONTROLL TAL-BEJGĦ TAL-BAJD ġ L.S.117.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.17
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
TAL-BEJGĦ TAL-BAJD
24 ta’ Novembru, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 111 ta’ l-1973.
Titolu.
Kontroll tal-Bejgħ tal-Bajd.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Kummerċ u tinkludi kull uffiċjal
fid-Dipartiment tal-Kummerċ awtorizzat minnu biex jaġixxi
f’ismu;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Kummerċ;
"persuna" tinkludi għaqda ta’ persuni;
"produttur" tfisser kull persuna li tippossjedi jew li jkollha taħt
il-kontroll tagħha xi post fejn ikun hemm mill-anqas elf tiġieġa tal-
bajd;
"tbiegħ" tinkludi li tikkonsenja lil xi persuna jew li tagħti
b’kumpens jew xort’oħra.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ.
3. Ebda produttur ma għandu jbiegħ xi bajd ħlief lil -
(a) bejjiegħa bl-ingrossa jew bl-imnut;
(b) lukandi u/jew stabbilimenti li jipprovdu ikel;
(ċ) sptarijiet;
(d) detenturi ta’ permess speċjali maħruġ mid-Direttur.
Għoti ta’ permessi.
jagħti xi permess speċjali jew, meta jagħtih, jimponi dawk il-
kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa, u f’kull każ mingħajr ma jagħti
ebda raġuni.
(2) Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, f’kull żmien
iħassar jew jimmodifika kull permess speċjali li hu jkun ta,
mingħajr ma jagħti ebda raġuni biex jitħassar jew jiġi modifikat.
(3) Kull persuna li tħossha aggravata b’xi deċiżjoni tad-
Direttur skond dan ir-regolament tista’ tappella lill-Ministru.
Penalitajiet.
wieħed minn dawn ir-regolamenti jew xi kundizzjonijiet imposti
f’xi permess speċjali tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti.
(2) Reati kontra dawn ir-regolamenti jitqiesu li huma
kontravvenzjonijiet.
Kap. 9.
proċedimenti kriminali għandhom japplikaw dwar proċedimenti
għal reati kontra dawn ir-regolamenti.
(4) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti
2 L.S.117.17 ħ KONTROLL TAL-BEJGĦ TAL-BAJD
teħel-
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira u mhux iżjed minn mitejn lira;
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba u wara, multa ta’ mhux
inqas minn mitejn lira u mhux iżjed minn ħames mitt
lira.
