KONTROLL TAL-PITROLJU ġ L.S.117.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.18
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
TAL-PITROLJU
30 ta’ Jannar, 1974
L-AVVIŻ LEGALI 9 ta’ l-1974, kif emendat bl-Avviżi Legali 99 u 123 ta’
l-1975, u 55 ta’ l-1976.
Titolu.
Kontroll tal-Pitrolju.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Kummerċ u tinkludi kull uffiċjal
fid-Dipartiment tal-Kummerċ awtorizzat minnu biex jaġixxi
f’ismu;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Kummerċ;
"persuna" tinkludi għaqda jew korp ta’ persuni.
Projbizzjoni ta’ 
użu.
Sostitwit:
A.L. 99 ta’ l-1975.
3. Ebda persuna ma tista’ tbiegħ, tqassam, tikkonsma jew
tagħmel użu minn pitrolju ħlief għall-għanijiet domestiċi jew għal
kull skop ieħor awtorizzat f’permess speċjali maħruġ mid-Direttur.
Projbizzjoni ta’ 
taħlit.
Sostitwit:
A.L. 55 ta’ l-1976.
4. Ebda persuna ma għandha tħallat pitrolju ma xi sustanza
oħra jew tħallat xi sustanza oħra ma’ pitrolju jew ma għandu
jkollha fil-pussess jew taħt il-kontroll tagħha xi pitrolju jew
sustanza oħra li tkun ġiet imħallta.
Għoti ta’ permessi.
jagħti xi permess speċjali jew, meta jagħtih, jimponi dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa, f’kull każ mingħajr ma jagħti
ebda raġuni għal dan.
(2) ld-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, f’kull żmien
iħassar jew jimmodifika kull penmess speċjali li hu jkun ta qabel,
mangħajr ma jagħti ebda raġuni biex jitħassar jew biex jiġi
modifikat.
(3) Kull persuna li tħossha aggravata b’xi deċiżjoni tad-
Direttur skond dan ir-regolament tista’ tappella lill-Ministru fi
żmien ħmistax-il ġurnata minn dak inhar li fiha tiġi notifikata bil-
miktub id-deċiżjoni .
Penalitajiet.
Emendat:
A.L. 123 ta’ l-
1975.
6. (1) Kull persuna li tikser jew li tonqos li tosserva xi
wieħed minn dawn ir-regolamenti jew xi kondizzjonijuet imposti
f’xi permess speċjali tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti.
(2) Reati kontra dawn ir-regolamenti jitqiesu li huma
kontravvenzjonijiet.
Kap. 9.
proċedimenti kriminali għandhom japplikaw dwar proċedimenti
għal reati kontra dawn ir-regolamenti.
(4) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti
teħel-
2 L.S.117.18 ħ KONTROLL TAL-PITROLJU
(a) meta tinsab ħatja l-ewwal darba, multa ta’ mhux inqas
minn tliet mitt lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt
lira; u
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba jew wara, multa ta’
mhux inqas minn sitt mitt lira iżda mhux iżjed minn elf
lira.
(5) Il-Qorti għandha tordna l-konfiska ta’ l-oġġetti li dwarhom
ikun sar ir-reat u kull oġġetti bħal dawk għandhom minn dak il-ħin
jiġu konfiskati favur il-Gvern f’kull sentenza ta’ kundanna.
(6) Il-Qorti għandha tordna s-sospensjoni ta’ kull liċenza jew
liċenzi f’isem il-ħati għal żmien ta’ mhux iktar minn xahrejn fil-
każ li jinsab ħati l-ewwel darba u għal żmien ta’ mhux iktar minn
tnax-il xahar fil-każ li jinsab ħati t-tieni darba jew wara f’kull
sentenza ta’ kundanna skond ir-regolament 4.
Kap. 446. (7) ld-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma jistgħux
jiġu applikati aktar minn darba dwar l-istess persuna għal xi breat
kontra d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
