REKWIŻIZZJONI TA’ BRAKEN U 
BASTIMENTI TA’ L-IRMONK ġ L.S.117.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.19
REGOLAMENTI DWAR IR-REKWIŻIZZJONI TA’ 
BRAKEN U BASTIMENTI TA’ L-IRMONK
28 ta’ Jannar, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 9 ta’ l-1975.
Titolu.
Rekwiżizzjoni ta’ Braken u Bastimenti ta’ l-Irmonk.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
"barkun" u "bastiment ta’ l-irmonk" jinkludu kull ċattra u kull
hopper barge, u kull makkinarju, tagħmir, apparat u għodda
meħtieġa biex dawn jitħaddmu;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Portijiet;
"persuna" tinkludi għaqda jew korp ta’ persuni;
"rekwiżizzjoni" tfisser il-pussess li jieħu l-Ministru ta’ kull
barkun jew bastiment ta’ l-irmonk;
"rekwiżizzjonat" tfisser il-persuna li mill-pussess tagħha kull
barkun jew bastiment ta’ l-irmonk jiġi rekwiżizzjonat mill-
Ministru.
Setgħa għal 
rekwiżizzjoni.
3. Il-Ministru jista’, b’ordni iffirmat minnu, jirrekwiżizzjona
kull barkun jew bastiment ta’ l-irmonk mingħand kull
rekwiżizzjonat u jista’ jagħti dawk id-direttivi li fil-fehma tiegħu
jkunu meħtieġa jew espedjenti sabiex isseħħ u titħares ir-
rekwiżizzjoni.
Setgħa ta’ dħul.
jidħol f’kull post bil-ħsieb li jkun żgurat it-tħaris ta’ l-ordni ta’
rekwiżizzjoni.
Użu ta’ barkun, 
eċċ., 
rekwiżizzjonat.
5. (1) Il-Ministru jista’ jawtorizza lill-Awtorità  Marittima ta’
Malta biex tuża kull barkun jew bastiment ta’ l-irmonk
rekwiżizzjonat skond dawn ir-regolamenti.
(2) Il-Ministru jista’ wkoll, fid-diskrezzjoni tiegħu,
jikkonsenja lil xi persuna kull barkun jew bastiment ta’ l-irmonk
rekiżizzjonat skond dawn ir-regolamenti biex jintuża minn dik il-
persuna taħt id-direzzjoni ta’ l-Awtorità  Marittima ta’ Malta.
Reati u pieni.
rekwiżizzjoni magħmul mill-Ministru skond ir-regolament 3 jew li
tagħmel xi ħaġa jew li tonqos li tagħmel xi ħaġa meta taf jew
ikollha raġuni biżżejjed biex tkun taf li dak l-egħmil jew in-nuqqas
x’aktarx iġib fix-xejn, ifixkel jew itellef l-esekuzzjoni jew it-
twettiq ta’ xi miżura jew direttiva jew awtorizzazzjoni mogħtija
skond dawn ir-regolamenti, li jkollhom x’jaqsmu ma’ dak l-ordni
ta’ rekwiżizzjoni, teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sitt xhur u multa ta’ mhux inqas minn mitejn
lira u mhux iżjed minn elf lira.
Kumpens.
