ĊENTRI TAS-SWIEQ TA’ PRODOTTI TAL-BIEDJA ġ L.S.117.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.20
REGOLAMENTI DWAR IĊ-ĊENTRI TAS-SWIEQ
TA’ PRODOTTI TAL-BIEDJA
28 ta’ Frar, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 24 ta’ l-1975.
Titolu.
Ċentri tas-Swieq ta’ Prodotti tal-Biedja.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
"bidwi" tfisser kull persuna li tikkultiva jew tkabbar prodott tal-
biedja prinċipalment sabiex jiddisponi minnu għal rasu;
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd;
Kap. 442.
"għaqda" tfisser għaqda kooperattiva fost il-bdiewa reġistrata kif
imiss skond l-Att dwar l-Għaqdiet Kooperativi;
"pitkal" tfisser persuna li tieħu ħsieb li tbiegħ lill-persuni oħra
bl-ingrossa f’isem is-sidien tal-prodotti tal-biedja;
"prodott tal-biedja" tfisser kull prodott li jkun kultivat jew
imkabbar lokalment minn bidwi jew li jinkiseb mill-biedja ta’
annimali lokali.
Twaqqif ta’ ċentri 
tas-swieq ta’ 
prodotti tal-biedja.
3. Għandu jkun hemm żewġ ċentri tas-swieq ta’ prodotti tal-
biedja għall-ġbir u t-tneħħija tal-prodotti tal-biedja li jkunu
magħrufa bħala ċentri tas-swieq ta’ prodotti tal-biedja, li wieħed
minnhom ikun f’Ta’ Qali, fil-limiti ta’ Ħ’Attard u l-ieħor
f’Għawdex, fil-limiti tar-Rabat.
Ħinijiet tal-ftuħ 
taċ-ċentri tas-swieq 
ta’ prodotti tal-
biedja.
4. (1) Iċ-ċentri tas-swieq ta’ prodotti tal-biedja jinżammu
miftuħa f’kull ġurnata, barra l-Ħadd, f’vaganza pubblika u fil-
Gimgħa l-Kbira, matul dawk il-ħinijiet li d-Direttur jistabbilixxi
minn żmien għal żmien u javża fil-Gazzetta.
(2) Id-Direttur jistabbilixxi wkoll, u javża fil-Gazzetta, il-
ħinijiet li matulhom bdiewa jistgħu jieħdu l-prodotti tal-biedja
tagħhom f’xi wieħed minn dawk iċ-ċentri, kif ukoll il-ħinijiet li
matulhom dawk il-prodotti jistgħu jinbiegħu bl-irkant.
Għeluq ta’ ċentri 
mill-Kummissarju 
tal-Pulizija.
5. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tar-regolament 4,
il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, kull meta jidhirlu meħtieġ fl-
interess pubbliku, jordna l-egħluq taż-żewġ ċentri tas-swieq ta’
prodotti tal-biedja jew ta’ wieħed minnhom.
Ebda dħul fiċ-
ċentri tas-swieq ta’ 
prodotti tal-biedja 
mingħajr biljett.
6. (1) Ebda persuna ma tista’ tidħol f’xi ċentru tas-swieq tal-
prodotti tal-biedja kemm-il darba ma jkollhiex biljett maħruġ mid-
Direttur.
(2) Kull persuna li tkun f’xi ċentru tas-swieq tal-prodotti tal-
biedja għandha tipproduċi l-imsemmi biljett, meta tkun hekk
mitluba minn xi uffiċjal li jkun mad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
Traffiku tal-vetturi.
tal-biedja għandu jkun skond is-sinjali tat-traffiku mwaqqfin
2 L.S.117.20 ħ ĊENTRI TAS-SWIEQ TA’ PRODOTTI TAL-BIEDJA
hemmhekk mill-Kummissarju tal-Pulizija u għandu jimxi skond id-
direttivi mogħtija minn uffiċjal tal-pulizija.
Posti. 8. Il-posti għandhom ikunu mgħammra b’dak it-tagħmir kollu
li jkun meħtieġ għall-kummerċ li jsir ġo fihom.
Użu ta’ mwieżen. 9. Kull pitkal jew għaqda għandha tuża miżien li jkun jinqara
faċilment u li kull tant żmien ikun ippruvat u aġġustat.
Indafa fil-persuna. 10. Il-pitkali u l-persuni kollha mpjegati minnhom għandhom
ikunu nodfa f’persunithom u għandhom ikunu lebsin b’mod xieraq.
Annimali. 11. Ebda annimal ħaj ta’ ebda xorta ma għandu jitħalla jew
jinżamm f’xi posta.
Il-posti jinżammu 
ndaf.
12. Kull pitkal li jikri posta għandu jżommha, flimkien mal-
pjattaforma għat-tagħbija li tingħata lilu, f’kundizzjoni sanitarja
tajba, u għandu jiddepożita l-fdalijiet u ż-żibel kollu f’reċipjenti li
jkunu provduti f’postijiet konvenjenti fl-imsemmija ċentri tas-
swieq ta’ prodotti tal-biedja.
Ħtieġa dwar 
liċenzi, eċċ.
13. Pitkal li jikri posta f’ċentru tas-swieq ta’ prodotti tal-biedja
ma jkunx eżentat mill-ħtieġa li jikseb kull liċenza jew permess
ieħor kif meħtieġ skond xi liġi oħra.
Spezzjonijiet ta’ 
posti.
14. L-Ispetturi tal-biedja jew kull uffiċjal ieħor mad-
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura jista’, f’kull żmien, u mingħajr ma
jagħti avviż bil-quddiem, jidħol f’kull posta ta’ ċentru tas-swieq ta’
prodotti tal-biedja sabiex jispezzjona u jiżgura l-osservanza tad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew ta’ kull liġi oħra dwar
il-bejgħ ta’ prodotti tal-biedja, u kull pitkal jew għaqda għandha
tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex jitħaffef id-dħul immedjat
f’dawk il-posti minn xi spettur jew uffiċjal.
Kopja tar-
regolamenti.
15. Kull pitkal għandu jżomm fil-posta tiegħu kopja ta’ dawn
ir-regolamenti.
Reati u pieni. 16. (1) Kull persuna li tikser jew li tonqos li tosserva xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta’ reat u
teħel -
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn ħames liri iżda mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin
lira;
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba, multa ta’ mhux inqas
minn ħamsa u għoxrin lira iżda mhux iżjed minn
ħamsin lira, hekk iżda li jekk it-tieni reat isir fi żmien
tnax-il xahar minn meta tinsab ħatja l-ewwel darba
min jagħmel ir-reat jeħel il-pieni stabbiliti li jinsabu
fil-paragrafu (ċ);
(ċ) meta tinsab ħatja t-tielet darba jew wara, multa ta’
mhux inqas minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn
mitt lira u s-sospensjoni tal-liċenza tagħha, jekk ikun
hemm, għal żmien ta’ mhux inqas minn xahar iżda
mhux iżjed minn sitt xhur.
(2) Reati kontra dawn ir-regolamenti għandhom jitqiesu bħala
kontravvenzjonijiet iżda proċedimenti dwarhom jistgħu jinbdew sa
żmien sena mill-egħmil tar-reat.
ĊENTRI TAS-SWIEQ TA’ PRODOTTI TAL-BIEDJA ġ L.S.117.20 3
(3) F’kull każ li ssib ħtija ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti,
il-Qorti tista’ tordna l-konfiska ta’ l-oġġetti li għalihom jirreferi r-
reat u dawk l-oġġetti għandhom jiġu konfiskati favur il-Gvern.
(4) Is-sospensjoni ta’ kull liċenza ordnata mill-Qorti għandu
jkollha effett minn dik id-data li tkun sa tnax-il jum mis-sentenza
kif id-Direttur jista’ jispeċifika bil-miktub lir-Reġistratur tal-Qrati
jew verbalment matul il-proċedimenti:
Iżda, fil-każ ta’ appell kontra s-sentenza tal-Qorti ta’ l-
ewwel istanza, meta l-Qorti ta’ l-Appell tordna jew tikkonferma s-
sospensjoni ta’ liċenza, dik is-sospensjoni għandu jkollha effett
minn dik id-data li l-Qorti ta’ l-Appell tistabbilixxi.
Kap. 9.
(5) Proċedimenti dwar reat kontra dawn ir-regolamenti
għandhom isiru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew il-
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), u d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali dwar proċedimenti kriminali quddiem dik il-Qorti
għandhom, bla ħsara għas-sub-regolamenti ta’ qabel ta’ dan ir-
regolament, japplikaw dwar proċedimenti għal reati kontra dawn ir-
regolamenti.
