REKWIŻIZZJONI TA’ IMPJANT, MAKKINARJU U 
TAGĦMIR TA’ PRODOTTI TAĊ-ĊERAMIKA ġ L.S.117.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.21
REGOLAMENTI DWAR IR-REKWIŻIZZJONI TA’ 
IMPJANT, MAKKINARJU U TAGĦMIR TA’ 
PRODOTTI TAĊ-ĊERAMIKA
21 ta’ Marzu, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 37 ta’ l-1975.
Titolu.
Rekwiżizzjoni ta’ Impjant, Makkinarju u Tagħmir ta’ Prodotti taċ-
Ċeramika.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
"impjant, makkinarju u tagħmir" tfisser kull impjant, makkinarju
u tagħmir inklużi l-aċċessorji, l-għodod u l-partijiet kollha
meħtieġa jew li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ipproċessar ta’ materjal
tat-tafal u ma’ manifattura ta’ madum glazed mingħajr disinn jew
dekorattiv u ta’ prodotti oħra taċ-ċeramika;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kummerċ;
"rekwiżizzjonat" tfisser il-persuna li mill-pussess tagħha kull
impjant, makkinarju u tagħmir jiġi rekwiżizzjonat mill-Ministru;
"rekwiżizzjoni" tfisser l-ordni li bih il-Ministru jieħu l-pussess
ta’ kull impjant, makkinarju u tagħmir.
Setgħa għal 
rekwiżizzjoni.
3. Il-Ministru jista’, b’ordni ffirmat minnu, jirrekwiżizzjona
kull impjant, makkinarju u tagħmir mingħand kull rekwiżizzjonat u
jista’ jagħti dawk id-direttivi li fil-fehma tiegħu jkunu meħtieġa
jew espedjenti sabiex isseħħ u titħares ir-rekwiżizzjoni. Dik ir-
rekwiżizzjoni tista’ tiġi konsenjata bl-idejn minn kull waħda mill-
persuni msemmija mill-Ministru skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 4 fil-post tar-residenza tas-soltu jew fil-post tan-
negozju tar-rekwiżizzjonat. Il-konsenja hekk magħmula għandha
titqies bħala notifika lir-rekwiżizzjonat.
Setgħa ta’ dħul.
tidħol f’kull post bil-ħsieb li tkun assikurata l-osservanza ta’ l-
ordni ta’ rekwiżizzjoni.
Użu ta’ mpjant, 
makkinarju u 
tagħmir 
rekwiżizzjonat.
5. (1) Il-Ministru jista’ jawtorizza lid-Direttur ta’ l-Industrija
jew lill-Korporazzjoni għal Iżvilupp ta’ Malta biex tuża kull
impjant, makkinarju u tagħmir rekwiżizzjonat skond dawn ir-
regolamenti. 
(2) Il-Ministru jista’ wkoll, fid-diskrezzjoni tiegħu, jikkonsenja
lil xi persuna kull impjant, makkinarju u tagħmir rekwiżizzjonat
skond dawn ir-regolamenti biex jintuża minn dik il-persuna taħt id-
direzzjoni tad-Direttur ta’ l-Industrija jew tal-Korporazzjoni għal
Iżvilupp ta’ Malta.
Reati u pieni. 
rekwiżizzjoni magħmul mill-Ministru skond ir-regolament 3 jew li
tagħmel xi ħaġa jew li tonqos li tagħmel xi ħaġa meta taf jew
2 L.S.117.21 ħ
REKWIŻIZZJONI TA’ IMPJANT, MAKKINARJU U 
TAGĦMIR TA’ PRODOTTI TAĊ-ĊERAMIKA
ikollha raġuni biżżejjed biex tkun taf li dak l-egħmil jew in-nuqqas
x’aktarx iġib fix-xejn, ifixkel jew itellef l-esekuzzjoni jew it-
twettiq ta’ xi miżura jew awtorizzazzjoni mogħtija skond dawn ir-
regolamenti, li jkollhom x’jaqsmu ma’ dak l-ordni ta’ rekwiżizzjoni
teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sitt xhur jew multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira u mhux iżjed
minn elf lira jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
Kumpens. 7. (1) F’nuqqas ta’ ftehim bejn il-Ministru u r-rekwiżizzjonat,
il-kumpens li għandu jitħallas lil dan ta’ l-aħħar għandu jkun dak li
jitqies xieraq u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi kollha tal-każ minn Bord
magħmul kif ġej :
(a) Maġistrat, li jkun nominat mill-Prim Ministru bħala
Chairman;
(b) persuna nominata mill-Ministru bħala rappreżentant
tiegħu; u
(c) persuna nominata mir-rekwiżizzjonat bħala
rappreżentant tiegħu.
(2) Jekk ir-rekwiżizzjonat ma jinnominax rappreżentant tiegħu
fi żmien sebat ijiem minn dak inhar li jiġi mitlub bil-miktub biex
jagħmel hekk, il-Ministru jinnomina huwa t-tielet membru tal-Bord
biex jirrappreżenta lir-rekwiżizzjonat.
(3) Qabel ma jinbdew il-proċedimenti dwar l-istima tal-
kumpens li għandu jitħallas lir-rekwiżizzjonat, il-membri tal-Bord,
barra miċ-Chairman, għandhom jieħdu quddiem iċ-Chairman il-
ġurament li jeżaminaw u jiddeċiedu l-kwistjoni li tkun
quddiemhom b’ekwità  u b’imparzjalità .
Kap. 12.
(4) Il-Bord għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess u jkollu l-
istess setgħat kif mogħtija mill-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili lill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew lill-Qorti tal-
Maġistrati (Għawdex) biex tħarrek xhieda u tisma’ xiehda bil-
ġurament. It-taħrika tax-xhieda tkun iffirmata miċ-Chairman tal-
Bord.
