KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ MAJJALI 
GĦALL-QATLA U TA’ PORKU ġ L.S.117.22 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.22
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TAL-BEJGĦ 
TAL MAJJALI GĦALL-QATLA U TAL- PORKU
2 ta’ Lulju, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 78 ta’ l-1975, kif emendat bl-Avviż Legali 76 ta’ l-
1990.
Titolu.
Kontroll tal-Bejgħ tal-Majjali għall-Qatla u tal-Porku.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 76 ta’ l-1990.
2. F’dawn ir-Regolamenti u f’kull ordni magħmul bis-saħħa
tagħhom - 
"bejgħ" tfisser kull tneħħija li ssir taħt xi titolu oneruż jew
gratuwitu;
"bejjiegħ bl-imnut" tfisser kull persuna li tixtri l-majjali u/jew il-
porku għall-bejgħ bl-imnut;
"bejjiegħ bl-ingrossa" tfisser kull persuna li tixtri l-majjali u/jew
il-porku u tbiegħhom lil terzi persuni;
"Direttur’ tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura;
"distributur" tfisser kull persuna li għandha liċenza bis-saħħa ta’
dawn ir-Regolamenti biex tixtri l-porku mill-biċċerija tal-Gvern
għan-nom ta’ bejjiegħa bl-imnut u biex tittrasporta l-porku mill-
biċċerija tal-Gvern sa ħwienet li jbiegħu bl-imnut;
"manifattur" tfisssr kull persuna li tipproċessa majjali u/jew
porku biex jiddisponi minnhom lil terzi persuni;
"produttur" tfisser kull persuna li żżomm, trabbi jew tħaxxen
majjali biex tiddisponi minnhom;
"xiri" tfisser kull akkwist li jsir taħt xi titolu oneruż jew titolu
gratuwitu.
L-inqas prezzijiet 
jiġu stabbiliti.
3. Id-Direttur jista’ minn żmien għal żmien b’ordni fil-
Gazzetta jistabbilixxi l-inqas prezzijiet li bejjiegħa bl-ingrossa,
bejjiegħa bl-imnut, u manifatturi jistgħu jixtru l-majjali u/jew il-
porku mingħand xi produttur u jispeċifika l-kundizzjonijiet li
taħthom dawk il-prezzijiet għandhoun japplikaw.
Riċevuta tingħata 
mal-bejgħ, eċċ.
Emendat:
A.L. 76 ta’ l-1990.
4. (1) Kull bejgħ jew xiri tal-majjali u/jew il-porku minn
produttur, bejjiegħ bl-ingrossa, bejjiegħ bl-imnut, distributur jew
manifattur għandu jsir b’kont b’riċevuta xierqa li għandu jiġi muri
jekk jintalab lid-Direttur jew lil kull persuna oħra li taġixxi
minfloku.
(2) Ebda kont b’riċevuta ma għandu jiġi distrutt qabel ma
jgħaddu tliet xhur mid-data tax-xiri jew bejgħ relattiv.
Liċenzi.
Miżjud:
A.L. 76 ta’ l-1990.
5. (1) Ebda persuna ma tista’ taħdem ta’ distributur jekk ma
jkollhiex liċenza maħruġa mid-Direttur li tawtorizzaha għal hekk.
(2) Kull liċenza tibqa’ valida għall-perijodu li għalih tkun
maħruġa jew imġedda, jew sakemm tiġi rtirata mid-Direttur, skond
2 L.S.117.22 ħ
KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ MAJJALI 
GĦALL-QATLA U TA’ PORKU
liema tkun l-ewwel data; u jekk ebda perijodu ma jissemma’ fil-
liċenza jew f’xi tiġdid tagħha, din tiskadi, sakemm ma tiġix qabel
irtirata kif intqal qabel, egħluq il-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha
tkun ingħatat jew meta ġiet imġedda.
(3) Id-Direttur jista’, meta joħroġ liċenza, jissuġġetta dik il-
liċenza għal kull kundizzjoni jew kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(4) Id-Direttur ikollu l-jedd li f’kull żmien jirtira kull liċenza
maħruġa skond dawn ir-regolamenti, u b’mod partikolari jekk ikun
sodisfatt li xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-liċenza ma tkunx ġiet
osservata.
(5) Liċenza maħruġa mid-direttur ma teżentax lid-detentur
mill-ħtieġa li jkollu xi liċenza oħra taħt xi liġi oħra.
Drittijiet.
Miżjud:
A.L. 76 ta’ l-1990.
6. Id-dritt fis-sena li għandu jitħallas għall-ewwel ħruġ ta’
liċenza ta’ distributur għandu jkun ta’ ħames liri, u d-dritt fis-sena
li għandu jitħallas għal kull tiġdid ta’ dik il-liċenza għandu jkun ta’
tlett liri.
Pieni.
Emendat:
A.L. 76 ta’ l-1990.
7. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti jew xi ordni magħmul bis-saħħa tagħhom tkun
ħatja ta’ reat u teħel -
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba multa ta’ mhux inqas
minn ħamsin lira u mhux iżjed munn tliet mitt lira, u
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba jew wara, priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur u multa ta’
mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn tliet
mitt lira u l-Qorti għandha fuq talba tal-prosekuzzjoni,
tissospendi għal perijodu ta’ mhux iżjed minn sitt xhur
kull liċenza miżmuma minn min jagħmel ir-reat dwar
it-transazzjoni li hu jkun għamel.
