REKWIŻIZZJONI TAL-MELĦ OĦXON ġ L.S.117.23 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.23
REGOLAMENTI DWAR IR-REKWIŻIZZJONI 
TAL-MELĦ OĦXON
29 ta’ Lulju, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 93 ta’ l-1977.
Titolu.
Rekwiżizzjoni tal-Melħ Oħxon.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
"Ministru" tfisser il-Ministru tal-Kummerċ;
"rekwiżizzjonat" tfisser il-persuna li mill-pussess tagħha xi melħ
oħxon jiġi rekwiżizzjonat mill-Ministru;
"rekwiżizzjoni" tfisser l-ordni li bih il-Ministru jieħu l-pussess
ta’ kull melħ oħxon.
Setgħa għal 
rekwiżizzjoni.
3. Il-Ministru jista’, b’ordni ffirmat minnu, jirrekwiżizzjona
kull melħ oħxon mingħand kull rekwiżizzjonat u jista’ jagħti dawk
id-direttivi li fil-fehma tiegħu jkunu meħtieġa jew espedjenti sabiex
isseħħ minnufih u titħares ir-rekwiżizzjoni.
Setgħa ta’ dħul.
miktub, jista’ jidħol f’kull post bil-ħsieb li tkun assikurata l-
osservanza ta’ l-ordni ta’ dħul.
Użu ta’ melħ 
oħxon 
rekwiżizzjonat.
5. Il-Ministru jista’ juża jew jawtorizza li jitneħħa kull melħ
oħxon rekwiżizzjonat minnu skond dawn ir-regolamenti b’dak il-
mod u skond dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu espedjenti wara li
jitqies l-interess pubbliku.
Reati u pieni.
rekwiżizzjoni magħmul mill-Ministru skond ir-regolament 3 jew li
tagħmel xi ħaġa jew li tonqos li tagħmel xi ħaġa meta taf jew
ikollha raġuni biżżejjed biex tkun taf li dak l-egħmil jew in-nuqqas
x’aktarx iġib fix-xejn, ifixkel jew itellef l-esekuzzjoni jew it-
twettiq ta’ xi miżura jew direttiva jew awtorizzazzjoni mogħtija
skond dawn ir-regolamenti, li jkollhom x’jaqsmu ma’ dak l-ordni
ta’ rekwiżizzjoni, teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sitt xhur u multa ta’ mhux inqas minn mitejn
lira u mhux iżjed minn elf lira.
(2) Il-Qorti għandha, b’żieda mal-piena, tordna lill-ħati li
josserva dawn ir-regolamenti f’dak iż-żmien li jiġi stabbilit mill-
Qorti, u jekk il-ħati jonqos milli josserva xi ordni, jista’ jeħel multa
ta’ minn mitejn lira sa ħames mitt lira għal kull jum ta’ nuqqas, jew
parti minnu, wara li jiskadi l-imsemmi żmien.
Kumpens.
il-kumpens li għandu jitħallas lil dan ta’ l-aħħar għandu jkun dak li
jitqies xieraq u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi kollha tal-każ minn Bord
magħmul kif ġej:
(a) Maġistrat, li jkun nominat mill-Prim Ministru, bħala
2 L.S.117.23 ħ REKWIŻIZZJONI TAL-MELĦ OĦXON
Chairman;
(b) persuna nominata mill-Ministru bħala rappreżentant
tiegħu; u
(ċ) persuna nominata mir-rekwiżizzjonat bħala
rappreżentant tiegħu.
(2) Jekk ir-rekwiżizzjonat ma jinnominax rappreżentant tiegħu
fi żmien sebat ijiem minn dak inhar li jiġi mitlub bil-miktub biex
jagħmel hekk, il-Ministru jinnomina huwa t-tielet membru tal-bord
biex jirrappreżenta lir-rekwiżizzjonat.
(3) Qabel ma jibdew il-proċedimenti dwar l-istima tal-
kumpens li għandu jitħallas lir-rekwiżizzjonat, il-membri tal-bord,
barra miċ-Chairman, għandhom jieħdu quddiem iċ-Chairman il-
ġurament li jeżaminaw u jiddeċiedu l-kwistjoni li tkun
quddiemhom b’ekwità  u b’imparzjalità .
Kap. 12.
(4) Il-Bord għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess skond ir-
regoli tal-ġustizzja naturali u jkollu l-istess setgħat kif mogħtija
mill-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili lill-Qorti tal-
Maġistrati (Malta) u lill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) biex
tħarrek xhieda u tisma’ xiehda bil-ġurament. It-taħrika tax-xhieda
tkun iffirmata miċ-Chairman tal-Bord.
