 LIĊENZI TAL-FURNARA ġ L.S.117.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.24
REGOLAMENTI DWAR LIĊENZI TAL-FURNARA
19 ta’ Jannar, 1980
L-AVVIŻ LEGALI 2 ta’ l-1980.
Titolu.
Liċenzi tal-Furnara.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
"bejjiegħ tal-ħobż" tfisser persuna li tbiegħ, tqassam jew
tikkonsenja ħobż lill-pubbliku;
"furnar" tfisser persuna li tipproduċi jew timmanifattura ħobż
għall-bejgħ lill-pubbliku, jew li timpjega lil, jew tagħmel
arranġament ma’, xi persuna oħra biex tipproduċi jew
timmanifattura ħobż bħal dak għall-bejgħ kif intqal qabel;
"liċenza" tfisser liċenza maħruġa taħt dawn ir-regolamenti u
"liċenzjat" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Kummerċ u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata
mill-Ministru għal xi wieħed mill-iskopijiet ta’ dawn ir-
regolamenti.
Liċenzi.
bejjiegħ tal-ħobż jekk ma jkollhiex liċenza maħruġa mill-Ministru
li tawtorizzaha biex taħdem.
(2) Ebda furnar ma għandu jipproduċi jew jimmanifattura xi
ħobż li ma jkunx tax-xorta li għalih ikun liċenzjat skond dawn ir-
regolamenti biex jipproduċi jew jimmanifattura; u ebda bejjiegħ
tal-ħobż ma għandu jbiegħ, iqassam jew jikkonsenja xi ħobż li ma
jkunx tax-xorta li għalih ikun liċenzjat taħt dawn ir-regolamenti
biex ibiegħ, iqassam jew jikkonsenja.
(3) Kull liċenza tibqa’ valida għall-perijodu li għaliha tkun
maħruġa jew imġedda, jew sakemm tiġi rtirata mill-Ministru, skond
liema tkun l-ewwel data; u jekk ebda perijodu ma jissemma’ fil-
liċenza jew f’xi tiġdid tagħha, din tiskadi, sakemm ma tiġix qabel
irtirata kif intqal qabel, egħluq is-sena mill-ħruġ jew tiġdid tagħha.
(4) Il-Ministru jista’, fil-ħruġ ta’ liċenza jissuġġetta dik il-
liċenza għal kull kundizzjoni jew kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(5) Il-Ministru jkollu l-jedd f’kull żmien li jirtira kull liċenza
maħruġa skond dawn ir-regolamenti, u b’mod partikolari jekk ikun
sodisfatt li xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-liċenza ma tkunx ġiet
osservata.
(6) Liċenza maħruġa mill-Ministru skond dawn ir-regolamenti
ma teżentax lid-detentur mill-ħtieġa li jkollu xi liċenza oħra skond
xi liġi oħra.
2 L.S.117.24 ħ  LIĊENZI TAL-FURNARA
Ħobż li għandu 
jkun hemm għall-
bejgħ.
4.  (1) Kull furnar u kull bejjiegħ tal-ħobż għandu jkollu,
matul il-ħinijiet normali tal-bejgħ tal-ħobż, għall-bejgħ lill-
pubbliku, kwantitajiet xierqa tax-xorta ta’ hobż li dwarhom ikun
liċenzjat skond dawn ir-regolamenti, f’dawk ix-xorta u piżijiet kif
jiġi speċifikat mill-Ministru fil-liċenza jew b’ordni fil-Gazzetta.
L.S. 117.15
(2) Ebda furnar jew bejjiegħ tal-ħobż ma għandu jbiegħ ħobż
bi prezz ogħla minn dak stabbilit minn żmien għal żmien skond ir-
Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Bejgħ ta’ Oġġetti.
Pieni. 5. (1) Kull persuna li tikser jew tonqos li tosserva xi wieħed
minn dawn ir-regolamenti jew xi kundizzjoni li għaliha liċenza
maħruġa taħt dawn ir-regolamenti tkun suġġetta tkun ħatja ta’ reat
kontra dawn ir-regolamenti u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn mitejn lira jew
priġunerija għal żmien ta’ minn ħmistax-il jum sa xahrejn jew dik
il-multa u priġunerija flimkien. Il-Qorti għandha wkoll, meta ssib
il-persuna ħatja, tħassar il-liċenza relattiva tal-persuna li tagħmel
ir-reat.
(2) Reati kontra dawn ir-regolamenti jitqiesu li huma
kontravvenzjonijiet:
Iżda proċedimenti dwar reat kontra dawn ir-regolamenti
jistgħu jinbdew f’kull żmien fi żmien sena mill-egħmil tar-reat.
