KONTROLL TA’ MIŻATI FI SKEJJEL PRIVATI ġ L.S.117.25 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.25
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’ MIŻATI 
FI SKEJJEL PRIVATI
10 ta’ Diċembru, 1982
L-AVVIŻ LEGALI 67 ta’ l-1982.
Titolu.
Kontroll ta’ Miżati fi Skejjel Privati.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
Kap. 327.
Edukazzjoni;
"miżati ta’ skola" tfisser ħlas dwar kull edukazzjoni jew tagħlim
mogħti fi skola jew dwar attendenza fiha, u tinkludi kull ħlas jew
rimunerazzjoni dwar xi librerija, laboratorju jew faċilità  ta’ sport li
tkun tista tinkiseb fl-iskola, u "miżati" tiftiehem fl-istess sens.
Miżati preskritti ta’ 
skola privata 
m’għandhomx 
jinqabżu.
3. Ebda persuna ma għandha, dwar skola privata, titlob jew
tirċievi miżati ta’ skola li jkunu iżjed mill-ammont li minn żmien
għal żmien jiġi preskritt mill-Ministru b’ordni fil-Gazzetta:
Iżda jekk ma jkunx hemm ordni bħal dak fis-seħħ l-
ammont li jista’ hekk jintalab jew jiġi riċevut m’għandux ikun iżjed
mill-ammont (li fih ma tiġi nkluża ebda kontribuzzjoni jew
donazzjoni) mitlub minn dik l-iskola bħala miżata fis-16 ta’
Novembru, 1982.
Ħlas għal trasport.
għall-iskejjel privati u lura xi ammont li jkun iżjed mill-inqas
wieħed mill-ammonti tar-rata li titħallas f’ċirkostanzi simili għat-
trasport ta’ tfal ta’ l-iskola li jkunu qed jirċievu tagħlim jew
edukazzjoni fi skejjel tal-Gvern u tar-rata li kienet titħallas mill-
persuna suġġetta għall-miżata ta’ skola fis-16 ta’ Novembru, 1982.
Reati.
tosserva xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti
tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti u teħel -
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn mitejn u
ħamsin lira;
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba, multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira
hekk iżda li jekk it-tieni reat isir fi żmien tnax-il xahar
minn meta tinsab ħatja l-ewwel darba min jagħmel ir-
reat jista’ jeħel il-piena li tinsab fil-paragrafu (ċ);
(ċ) meta tinsab ħatja darb’oħra wara, multa ta’ elf lira, u l-
qorti tista’, u jekk hekk mitluba mill-prosekuzzjoni
għandha, b’żieda tikkundanna lil min jagħmel ir-reat
għal priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn
għaxart ijiem u mhux iżjed minn sitt xhur.
2 L.S.117.25 ħ KONTROLL TA’ MIŻATI FI SKEJJEL PRIVATI
(2) B’żieda mal-piena stabbilita fis-subregolament (1)(ċ) il-
Qorti għandha, fuq it-talba tal-prosekuzzjoni, meta ssib lill-akkużat
ħati t-tielet darba jew aktar tordna s-sospensjoni jew it-tħassir ta’
kull liċenza miżmuma mill-iskola privata li għaliha jirreferi r-reat.
(3) Reati kontra dawn ir-regolamenti għandhom jitqiesu li
huma kontravvenzjonijiet.
Cap. 446. (4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
għandhomx japplikaw għal xi reat kontra d-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti.
Donazzjoni u 
kontribuzzjoni 
jingħaddu biex jiġi 
stabbilit l-ammont 
imħallas bħala 
miżati.
6. Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, kull rimunerazzjoni
jew konsiderazzjoni oħra u kull donazzjoni jew kontribuzzjoni
mogħtija jew imwiegħda wara l-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-
regolamenti minn jew f’isem persuna li għandha tħallas miżati ta’
skola, għandhom jigu meqjusa biex jiġi stabbilit l-ammont li
għandu jintalab jew li jiġi riċevut bħala miżati ta’ skola.
Il-kap ta’ l-iskola u 
oħrajn jiżguraw li 
jiġu mħarsa r-
regolamenti.
Kap. 327.
7. ll-kap ta’ skola privata, il-persuna li isimha jidher fuq il-
liċenza maħruga jew meqjusa li nħarġet skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni, u kull persuna oħra li tieħu sehem fit-
tmexxija, fl-amministrazzjoni jew fil-kontroll ta’ l-iskola privata
għandhom jieħdu dawk il-passi kollha li huma meħtieġa sabiex jiġi
żgurat li d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jkunu osservati
f’kollox.
Il-kap ta’ l-iskola u 
oħrajn ikunu 
responsabbli wkoll 
għal reati minn 
impjegati.
8. Meta xi kontravvenzjoni ta’ xi disposizzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti tista’ tiġi attribwita lil xi mpjegat ta l-iskola privata
jew bis-saħħa ta’ xi egħmil jew funzjoni awtorizzata jew permessa
minħabba dak l-impieg, il-kap ta’ l-iskola privata jew il-persuna l-
oħra msemmija fir-regolament 7 tkun ukoll hatja ta’ dak ir-reat
sakemm ma tippruvax li tkun ħadet dawk il-passi kollha neċessarji
biex ma tħallix isir dak ir-reat.
