REKWIŻIZZJONI TA’ WATER-TANKERS ġ L.S.117.26 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.26
REGOLAMENTI DWAR IR-REKWIŻIZZJONI TA’ 
WATER-TANKERS
23 ta’ Lulju, 1986
L-AVVIŻ LEGALI 43 ta’ l-1986.
Titolu.
Rekwiżizzjoni ta’ Water-Tankers.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
"water-tanker" tinkludi kull vettura bil-mutur b’tank biex jinġarr
l-ilma, likwidi u materjal ieħor;
"Ministru" tfisser il-Prim Ministru, jew is-Segretarju
Parlamentari li lilu jkunu assenjati dmirijiet in konnessjoni mal-
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma;
"persuna" tinkludi għaqda jew korp ta’ persuni;
"rekwiżizzjoni" tfisser l-ordni li bih il-Ministru jieħu l-pussess
ta’ water-tanker;
"rekwiżizzjonat" tfisser il-persuna li mill-pussess tagħha xi
water-tanker jiġi rekwiżizzjonat mill-Ministru.
Setgħa għal 
rekwiżizzjoni.
3. Il-Ministru jista’, b’ordni ffirmat minnu, jirrekwiżizzjona
kull water-tanker mingħand kull rekwiżizzjonat u jista’ jagħti dawk
id-direttivi li fil-fehma tiegħu jkunu meħtieġa jew espedjenti sabiex
isseħħ u titħares ir-rekwiżizzjoni.
Setgħa ta’ dħul.
jidħol f’kull post bil-ħsieb li tkun assikurata l-osservanza ta’ l-
ordni ta’ rekwiżizzjoni.
Użu ta’ water-
tanker 
rekwiżizzjonat.
5. (1) Il-Ministru jista’ jawtorizza kull persuna oħra biex tuża
kull water-tanker rekwiżizzjonat. 
(2) Il-Ministru jista’ wkoll, fid-diskrezzjoni tiegħu,
jikkonsenja lil xi persuna kull water-tanker rekwiżizzjonat biex
jintuża minn dik il-persuna taħt id-direzzjoni tal-manager tal-
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Reati u pieni.
rekwiżizzjoni magħmul mill-Ministru skond ir-regolament 3 jew li
tagħmel xi ħaġa jew li tonqos li tagħmel xi ħaġa meta taf jew
ikollha raġuni biżżejjed biex tkun taf li dak l-għemil jew in-nuqqas
x’aktarx iġib fix-xejn, ifixkel jew itellef l-esekuzzjoni jew it-
twettiq ta’ xi miżura jew direttiva jew awtorizzazzjoni, li jkollhom
x’jaqsmu ma’ dik l-ordni ta’ rekwiżizzjoni, teħel, meta tinsab ħatja,
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur u multa ta’
mhux inqas minn mitejn lira u mhux iżjed minn elf lira.
Kumpens. 
rekwiżizzjonat, il-kumpens li għandu jitħallas lil dan ta’ l-aħħar
għandu jkun dak li jitqies xieraq u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi kollha
tal-każ minn Bord magħmul kif ġej: 
2 L.S.117.26 ħ REKWIŻIZZJONI TA’ WATER-TANKERS
(a) Maġistrat, li jkun nominat mill-Prim Ministru, bħala
Chairman;
(b) persuna nominata mill-Prim Ministru bħala
rappreżentant tiegħu; u
(ċ) persuna nominata mir-rekwiżizzjonat bħala
rappreżentant tiegħu.
(2) Jekk ir-rekwiżizzjonat ma jinnominax rappreżentant tiegħu
fi żmien sebat ijiem minn dak inhar li jiġi mitlub bil-miktub biex
jagħmel hekk mill-Prim Ministru, il-Prim Ministru jinnomina huwa
t-tielet membru tal-Bord biex jirrappreżenta lir-rekwiżizzjonat.
(3) Qabel ma jibdew il-proċedimenti dwar l-istima tal-
kumpens li għandu jitħallas lir-rekwiżizzjonat, il-membri tal-Bord,
barra miċ-Chairman, għandhom jieħdu quddiem iċ-Chairman il-
ġurament li jeżaminaw u jiddeċiedu l-kwistjoni li tkun
quddiemhom b’ekwità  u b’imparzjalità .
Kap. 12.
(4) Il-Bord għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess skond ir-
regoli tal-ġustizzja naturali u jkollu l-istess setgħat kif mogħtija
mill-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili lill-Qorti tal-
Maġistrati (Malta) u lill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) biex
tħarrek xhieda u tisma’ xiehda bil-ġurament. It-taħrika tax-xhieda
tkun iffirmata miċ-Chairman tal-Bord.
(5) Ikun hemm appell mid-deċiżjoni tal-Bord quddiem il-Qorti
ta’ l-Appell u jinġieb permezz ta’ rikors li jiġi ppreżentat fi żmien
sitt ijiem tax-xogħol mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-Bord tkun
ingħatat.
