KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ BHEJJEM 
GĦALL-QATLA U TA’ ĊANGA ġ L.S.117.27 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.27
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TAL-BEJGĦ 
TA’ BHEJJEM GĦALL-QATLA U TA’ ĊANGA
20 ta’ April, 1990
AVVIŻ LEGALI 60 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviż Legali 75 ta’ l-
1990.
Titolu.
Kontroll tal-Bejgħ ta’ Bhejjem għall-Qatla u ta’ Ċanga.
Tifsir.
tagħhom -
"bejgħ" tfisser kull tneħħija li ssir taħt xi titolu oneruż jew
gratuwitu;
"bejjiegħ bl-imnut" tfisser kull persuna li tixtri ċanga għall-bejgħ
bl-imnut;
"bejjiegħ bl-ingrossa" tfisser kull persuna li tixtri bhejjem għall-
qatla u/jew ċanga u tbiegħhom lil terzi persuni;
"bhejjem" tfisser gniedes, baqar, barrin, bufli, għoġliet u erħiet;
"ċanga" tfisser il-laħam ta’ bhejjem maqtula;
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd;
"manifattur" tfisser kull persuna li tipproċessa bhejjem maqtula
f’ċanga għad-disponiment lil terzi persuni;
"produttur" tfisser kull persuna li żżomm, trabbi jew tħaxxen
bhejjem għall-qatla biex tiddisponi minnhom;
"xiri" tfisser kull akkwist li jsir taħt xi titolu oneruż jew titolu
gratuwitu.
L-inqas prezzijiet 
jiġu stabbiliti.
3. Id-Direttur jista’ minn żmien għal żmien b’ordni fil-
Gazzetta jistabbilixxi l-inqas prezzijiet li bejjiegħa bl-ingrossa,
bejjiegħa bl-imnut, u manifatturi jistgħu jixtru bhejjem għall-qatla
u/jew ċanga mingħand xi produttur u jispeċifika l-kundizzjonijiet li
taħthom dawk il-prezzijiet għandhom japplikaw.
Liċenzi.
Sostitwit:
A.L. 75 ta’ l-1990.
4. (1) Ebda persuna ma tista’ taħdem ta’ bejjiegħ bl-ingrossa
jekk ma jkollhiex liċenza maħruġa mid-Direttur li tawtorizzaha
għal hekk.
(2) Kull liċenza tibqa’ valida għall-perijodu li għalih tkun
maħruġa jew imġedda, jew sakemm tiġi rtirata mid-Direttur, skond
liema tkun l-ewwel data; u jekk ebda perijodu ma jissemma’ fil-
liċenza jew f’xi tiġdid tagħha, din tiskadi, sakemm ma tiġix qabel
ritirata kif intqal qabel, egħluq il-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ
jew tiġdid tagħha.
(3) Id-Direttur jista’, fil-ħruġ ta’ liċenza jissuġġetta dik il-
liċenza għal kull kundizzjoni jew kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(4) Id-Direttur ikollu l-jedd f’kull żmien li jirtira kull liċenza
maħruġa skond dawn ir-Regolamenti, u b’mod partikolari jekk ikun
2 L.S.117.27 ħ
KONTROLL TAL-BEJGĦ TA’ BHEJJEM 
GĦALL-QATLA U TA’ ĊANGA
sodisfatt li xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-liċenza ma tkunx ġiet
osservata.
(5) Liċenza maħruġa mid-Direttur skond dawn ir-Regolamenti
ma teżentax lid-detentur mill-ħtieġa li jkollu xi liċenza oħra skond
xi liġi oħra.
Drittijiet. 5. Id-dritt fis-sena li għandu jitħallas għall-ewwel ħruġ ta’
liċenza ta’ bejjiegħ bl-ingrossa għandu jkun ta’ ħames liri, u d-dritt
fis-sena li għandu jitħallas għal kull tiġdid ta’ dik il-liċenza għandu
jkun ta’ tlett liri.
Riċevuta tingħata 
mal-bejgħ, eċċ.
6. (1) Kull bejgħ jew xiri ta’ bhejjem għall-qatla u/jew ċanga
minn produttur, bejjiegħ bl-ingrossa, bejjiegħ bl-imnut jew
manifattur għandu jsir b’kont b’riċevuta xierqa li għandu jiġi muri
fuq talba lid-direttur jew lil kull persuna oħra awtorizzata li taġixxi
minfloku.
(2) Ebda kont b’riċevuta kif intqal qabel ma għandu jiġi
distrutt qabel ma jgħaddu tnax-il xahar mid-data tax-xiri jew bejgħ
relattiv.
Pieni.  7. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-Regolamenti jew xi ordni magħmul bis-saħħa tagħhom
tkun ħatja ta’ reat u teħel -
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba multa ta’ mhux inqas
minn ħamsin lira u mhux iżjed minn tliet mitt lira, u
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba jew wara, priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur u multa ta’
mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn tliet
mitt lira, u l-qorti għandha, fuq talba tal-
prosekuzzjoni, tissospendi għal perijodu ta’ mhux
iżjed minn sitt xhur kull liċenza miżmuma minn min
jagħmel ir-reat dwar it-transazzjoni li hu jkun għamel.
