BEJGĦ TA’ LAĦAM U PRODOTTI TAL-LAĦAM ġ L.S.117.28 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.28
REGOLAMENTI DWAR IL-BEJGĦ TA’ LAĦAM U 
PRODOTTI TAL-LAĦAM
27 ta’ Novembru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 198 ta’ l-1990.
Titolu.
Bejgħ ta’ Laħam u Prodotti tal-Laħam.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
"bejjiegħ tal-laħam" tfisser persuna li l-attività  prinċipali tan-
negozju tagħha tikkonsisti fil-bejgħ ta’ laħam frisk, imkessaħ jew
iffriżat bl-imnut minn ħanut;
"grocer" tfisser persuna li l-attività  prinċipali tan-negozju tagħha
tikkonsisti fil-bejgħ ta’ oġġetti tal-merċa bl-imnut u tinkludi
persuna li tmexxi ħanut self service, iżda ma tinkludix bejjiegħ tal-
laħam;
"ikel preskritt" tfisser -
(a) laħam nej frisk, imkessaħ jew iffriżat u li mhux
ipproċessat; u
(b) zalzett tal-Malti;
"laħam" tfisser il-laħam ta’ bovini, majjali, ovini jew kaprini;
"meat processor" tfisser persuna li għandha impjant approvat u
liċenzjat fejn tipproċessa u tippakkja prodotti tal-laħam;
Kap. 449.
Sigurtà  fl-Ikel.
Ippakkjar ta’ laħam 
u zalzett tal-Malti.
3. (1) Ebda meat processor ma jista’ jippakkja ikel preskritt
jew joffri għall-bejgħ dak l-ikel ippakkjat jekk mhux bl-ingrossa, u
dan biss lill-bejjiegħa tal-laħam jew għall-catering.
(2) Ebda bejjiegħ tal-laħam ma jista’ jippakkja jew joffri
għall-bejgħ ikel preskritt ippakkjat jekk mhux mill-ħanut tiegħu.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti (1) u (2)
ta’ dan ir-regolament, meat processor jew bejjiegħ tal-laħam jista’
jippakkja jew joffri għall-bejgħ zalzett tal-Malti ippakkjat
b’vacuum f’pakketti ta’ mhux anqas minn żewġ kilogrammi piż
kull wieħed.
Bejgħ ta’ prodotti 
tal-laħam.
4. Kull bejjiegħ tal-laħam, grocer jew meat processor huwa
obbligat li jassigura li prodotti tal-laħam li ma jkunux klassifikati
bħala ikel preskritt -
(a) ikunu ġew preparati u ppakkjati minn qabel f’fabbriki
li għandhom il-liċenza meħtieġa;
(b) jinbiegħu f’pakketti mhux miftuħin; u
(ċ) jinħażnu u jiġu offruti għall-bejgħ skond ir-
regolamenti sanitarji.
2 L.S.117.28 ħ BEJGĦ TA’ LAĦAM U PRODOTTI TAL-LAĦAM
Pieni. 5. Kull persuna ħatja ta’ reat kontra xi disposizzjoni ta’ dawn
ir-Regolamenti, teħel -
(a) meta tinsab ħatja għall-ewwel darba, multa ta’ mhux
inqas minn għaxar liri iżda mhux iżjed minn ħamsin
lira;
(b) meta tinsab ħatja għat-tieni darba wara tnax-il xahar
mill-ewwel darba li tkun instabet ħatja, multa ta’ mhux
inqas minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn mitt lira;
(ċ) meta tinsab ħatja għat-tieni darba fi żmien tnax-il
xahar mill-ewwel darba li tkun instabet ħatja jew meta
tinsab ħatja għat-tielet darba jew għal kull darba oħra
wara t-tielet, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda
mhux iżjed minn mitejn lira u s-sospensjoni tal-liċenza
tagħha għal perijodu ta’ mhux inqas minn xahar iżda
mhux iżjed minn sitt xhur.
