ĊENSIMENT ġ L.S.118.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 118.01
ORDNI DWAR IĊ-ĊENSIMENT
29 ta’ Settembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 134 ta’ l-1995.
Titolu.
Tifsir.
"familja" tfisser persuna waħda li tgħix waħidha jew żewġ
persuni jew iżjed li jgħixu flimkien u jaqsmu l-ikel u l-ħtiġiet tal-
għixien bejniethom;
"nofs il-lejl li jtemm il-jum taċ-ċensiment" tfisser nofs il-lejl tas-
26 ta’ Novembru, 1995;
"persuna" tfisser ċittadin Malti li hu ordinarjament residenti
f’Malta u kull barrani li f’nofs il-lejl li jtemm il-jum taċ-ċensiment
ikun ilu ordinarjament residenti f’Malta għal perijodu ta’ aktar
minn tnax-il xahar;
"persuna ta’ referenza", relattivament għal familja li tkun
tikkonsisti f’żewġ persuni jew iżjed, tfisser -
(a) sew ir-raġel jew il-mara f’każ ta’ koppja miżżewġa li
jgħixu flimkien fl-istess dar;
(b) konjuġi wieħed jew waħda jekk il-konjuġi l-ieħor jew
l-oħra tkun nieqsa għax mejta, separata, qegħda l-ħabs
jew hi inabilitata;
(ċ) kull wieħed mill-konviventi, f’każ ta’ għaqda
konsenswali, li jkun jgħix fl-istess dar;
(d) kull ġenitur li jkun waħdu u li jgħix flimkien ma’
uliedu mhux miżżewġa ta’ kull età ;
(e) meta ma tkun tapplika ebda waħda minn dawn il-
kundizzjonijiet, l-aktar membru anzjan fil-familja
irrispettivament mill-kontribut tiegħu għall-għajxien u
l-manteniment tal-familja;
(f) f’ċirkostanzi speċjali dik il-persuna li fl-opinjoni ta’ l-
uffiċjal taċ-ċensiment, tkun il-persuna ta’ referenza.
Data taċ-
ċensiment.
3. Ser isir ċensiment f’Malta relattivament għall-popolazzjoni
(inkluż kull impieg) u djar fis-26 ta’ Novembru, 1995.
Tagħrif għall-fini 
taċ-ċensiment.
4. It-tagħrif għall-fini taċ-ċensiment għandu jinġabar u
jingħata dwar:
(a) il-persuni kollha li f’nofs il-lejl li jtemm il-jum taċ-
ċensiment ikunu ħajjin u preżenti jew, għalkemm
assenti, ikunu ordinarjament residenti -
(i) xi mkien fuq l-art fit-territorju ta’ Malta;
(ii) fuq kull bastiment jew biċċa oħra tal-baħar li
tkun sorġuta jew ankrata f’xi wieħed mill-
portijiet ta’ Malta u fuq kull bastiment jew biċċa
tal-baħar reġistrata f’Malta li f’dak iż-żmien
2 L.S.118.01 ħ ĊENSIMENT
tkun qiegħda tagħmel xi vjaġġ max-xtajta jew
għas-sajd; u
(b) kull post ta’ akkommodazzjoni, faċilitajiet u
amenitajiet f’Malta.
Persuni li 
għandhom jagħtu t-
tagħrif.
5. It-tagħrif għall-fini taċ-ċensiment għandu jingħata
relattivament għall-klassijiet ta’ persuni msemmija fl-ewwel
kolonna ta’ l-Ewwel Skeda mill-persuni msemmija fuq in-naħa l-
oħra ta’ kull klassi bħal dik li hemm fit-tieni kolonna ta’ dik l-
Iskeda. Dawk il-persuni għandhom ukoll jagħtu t-tagħrif għall-fini
taċ-ċensiment relattivament għall-post ta’ akkomodazzjoni okkupat
anki b’kera mill-familji tagħhom jew li jkun hemm fl-istituzzjoni,
bastiment jew biċċa tal-baħar tagħhom, skond il-każ. Relattivament
għal post ta’ akkomodazzjoni vojt, it-tagħrif għall-fini taċ-
ċensiment għandu jingħata minn dawk il-persuni li fil-fehma ta’ l-
uffiċjal taċ-ċensiment  ikunu jistgħu jagħtu t-tagħrif meħtieġ:
L.S. 118.02
Iżda kull persuna preżenti f’nofs il-lejl li jtemm jum iċ-
ċensiment fil-post speċifikat fil-paragrafi 2 u 3 ta’ l-ewwel kolonna
li hemm fl-Ewwel Skeda tista’ tagħżel bil-mod li hemm provdut fir-
Regolamenti dwar iċ-Ċensiment, li tagħti t-tagħrif taċ-ċensiment
personalment, u f’dak il-każ il-persuni msemmija fil-paragrafi 2 u 3
tat-tieni kolonna li hemm fl-Ewwel Skeda għandhom jagħtu biss
dak it-tagħrif li hemm muri fil-paragrafu 1 (a), (b) u (ċ) tat-Tieni
Skeda.
Partikolaritajiet li 
għandhom 
jingħataw.
6. Il-partikolaritajiet li jistgħu jkunu meħtieġa li jingħataw
fil-każ ta’ persuni li dwarhom għandu jingħata t-tagħrif, ikunu
dawk speċifikati fil-Parti I tat-Tieni Skeda, u fil-każ ta’ postijiet ta’
akkomodazzjoni jkunu dawk speċifikati fil-Parti II tat-Tieni Skeda:
Iżda l-partikolaritajiet li jistgħu jkunu meħtieġa dwar
persuni li jkunu membri ta’ komunitajiet konventwali reliġjuzi
għandhom ikunu biss dawk speċifikati fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5 tal-
Parti I tat-Tieni Skeda u ebda partikolarità  ma tkun meħtieġa dwar
l-akkommodazzjoni fejn ikunu joqogħdu dawk il-persuni fil-
postijiet tal-komunità  konventwali reliġjuza tagħhom.
ĊENSIMENT ġ L.S.118.01 3
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 5)
Il-persuni li dwarhom għandu jingħata 
tagħrif 
Il-persuni li għandhom jagħtu t-tagħrif
1. (a) Il-persuni preżenti f’nofs il-
lejl li jtemm il-jum taċ-ċensiment f’dar ta’
abitazzjoni, allogġġ jew kmamar, okkupati
separatament minn kull familja li tagħha
jkunu membri, ospiti (inklużi ospiti li
jħallsu jew alloġġanti), jew impjegati.
1. Il-persuna ta’ referenza.
(b) Il-persuni li soltu jkunu
residenti f’xi dar ta’ abitazzjoni, alloġġ
jew kmamar iżda li temporanjament ma
jkunux qegħdin fihom f’nofs il-lejl li
jtemm il-jum taċ-ċensiment.
2. Il-persuni preżenti f’nofs il-lejl li
jtemm il-jum taċ-ċensiment f’xi lukanda,
pensjoni, guest house, każin, hostel jew
alloġġ ieħor in komun.
2. Id-diriġenti jew xi persuna oħra li
tkun dak iż-żmien inkarigata mill-post.
3. Il-persuni preżenti f’nofs il-lejl li
jtemm il-jum taċ-ċensiment f’xi sptar,
nursing home, komunità  reliġjuża jew
karitatevoli, skola residenzjali jew kulleġġ,
ħabs ċivili jew post ieħor ta’ detenzjoni,
skola approvata jew industrijali jew kull
istituzzjoni residenzjali li ma tkunx
istituzzjoni msemmija band’oħra f’din l-
Iskeda.
3.  L-uffiċjal prinċipali residenti jew
dik il-persuna l-oħra li għal dak iż-
żmien tkun inkarigata mill-isptar, dar,
komunità , skola, kulleġġ, ħabs, skola
approvata jew industrijali jew
istituzzjoni.
4. Il-persuni preżenti f’nofs il-lejl li
jtemm il-jum taċ-ċensiment f’xi
stazzjonijiet militari.
4. L-uffiċjal kmandant jew persuna
oħra nominata għal hekk skond
arranġamenti magħmula mill-
awtoritajiet militari.
5. Il-persuni preżenti f’nofs il-lejl li
jtemm il-jum taċ-ċensiment fuq kull
bastiment jew biċċa tal-baħar oħra sorġuta
jew ankrata f’xi port f’Malta jew fuq xi
bastiment jew biċċa tal-baħar reġistrata
f’Malta li tkun impenjata f’xi vjaġġ max-
xtajta jew għas-sajd.
5. Il-kaptan, kap jew persuna oħra li
f’dak iż-żmien tkun inkarigata mill-
bastiment jew mill-biċċa tal-baħar.
6. Il-persuni mhux inklużi fost xi
waħda mill-klassijiet tal-persuni msemmija
hawn fuq.
6. ll-persuna li dwarha għandu jsir il-
prospett.
4 L.S.118.01 ħ ĊENSIMENT
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 6)
Parti I
Partikolaritajiet dwar il-persuni
1. Dwar kull persuna speċifikata -
(a) l-isem sħiħ;
(b) in-numru tal-karta ta’ l-identità ;
(ċ) kif jiġi mill-persuna ta’ referenza jew l-istatus fl-istituzzjoni, fuq il-
bastiment jew biċċa tal-baħar, skond il-każ;
(d) is-sess;
(e) data tat-twelid;
(f) jekk hijiex single, miżżewġa, separata; divorzjata jew li kellha ż-żwieġ
annullat; armla; jew miżżewġa għal aktar minn darba;
(g) ċittadinanza; 
(h) nazzjonalità ;
(i) lok ta’ residenza.
2. Dwar kull persuna ta’ 10 snin jew iktar -
(a) jekk tafx tikteb u taqra;
(b) il-lingwi li taf titkellem bihom.
3. Dwar persuni ta’ 16-il sena jew iktar -
(a) livell ta’ edukazzjoni li laħqet;
(b) kwalifiki edukattivi.
4.  Dwar kull persuna -
(a) jekk għandhiex limitazzjonijiet fl-attivitajiet tagħha;
(b) jekk għandhiex xi diżabilità  fit-tul jew xi limitazzjoni oħra;
(ċ) jekk għandhiex polza ta’ assigurazzjoni privata fuq is-saħħa;
(d) jekk tpejjipx jew le;
(e) jekk tixrobx alkoħol jew le.
5. Dwar nisa Maltin miżżewġa jew romol -
(a) kemm kellhom tfal imwielda ħajjin;
(b) is-sena ta’ l-ewwel żwieġ tagħhom;
(ċ) is-sena tat-twelid ta’ l-ewwel wild.
6.  Dwar kull persuna - 
(a) il-post ta’ residenza tagħha;
(b) il-post ta’ residenza tagħha sena ilu; 
(ċ) il-post ta’ residenza tagħha ħames snin ilu; 
(d) jekk kienetx emigrata u ġiet lura Malta.
7. Dwar kull persuna ta’ 16-il sena jew iktar -
jekk tkunx qed taħdem f’xi żmien matul il-ġimgħa li ttemm fis-26 ta’
Novembru, 1995, u jekk kienet taħdem, dwar dik il-ġimgħa -
ĊENSIMENT ġ L.S.118.01 5
(i) jekk kinitx ekonomikament attiva jew le;
(ii) x’kien l-istatus ta’ l-impieg tagħha;
(iii) l-għadd ta’ sigħat li taħdem fil-ġimgħa;
(iv) x’inhu x-xogħol tagħha llum;
(v) f’liema settur, pubbliku jew privat, tinsab impjegata u min
jimpjegaha;
(vi) l-indirizz tal-post tax-xogħol tagħha;
(vii) id-dħul gross tagħha li normalment tirċievi kull xahar minn kull
sors;
(viii) il-mezzi tat-trasport li tuża biex tmur u tiġi mill-post tax-xogħol;
(ix) jekk tpejjipx jew le;
(x) jekk tixrobx alkoħol jew le.
Parti II
Partikolaritajiet dwar il-post ta’ akkomodazzjoni
8. Dwar kull abitazzjoni okkupata minn familja waħda jew iżjed, billi
jingħataw -
(a) l-indirizz u t-tip ta’ abitazzjoni; u
(b) l-għadd ta’ familji li joqogħdu f’dik l-abitazzjoni, l-għadd totali tal-
persuni li joqogħdu fiha, u n-numru totali ta’ kmamar fl-abitazzjoni.
9. Dwar kull familja fil-post ta’ abitazzjoni, billi jingħataw - 
(a) in-numru ta’ nies li jiffurmaw dik il-familja;
(b) in-numru u l-klassifikazzjoni ta’ kmamar;
(ċ) jekk xi membru tal-familja jikrix, jew huwiex is-sid tal-post ta’ l-
abitazzjoni fejn tgħix il-familja, u l-ammont ta’ kera li titħallas;
(d) jekk il-familja tkunx qed tgħix regolarment jew biss tokkupa
temporanjament il-post ta’ abitazzjoni; u
(e) x’tagħmir għandha għat-tisjir;
(f) x’tagħmir/kumditajiet oħra jeżistu fid-dar; 
(g) x’faċilitajiet sanitarji għandha;
(h) x’sistema ta’ drenaġġ għandha;
(i) x’faċilitajiet għall-ħasil tal-persuna għandha;
(j) x’faċilitajiet għandha biex isaħħan il-post;
(k) x’servizz tat-telefon għandha
(l) meta nbniet id-dar; 
(m) x’kumditajiet u faċilitajiet oħra jeżistu fid-dar;
(n) tagħrif ieħor dwar il-kwalità  tal-ħajja;
(o) jekk xi membru tal-familja jikrix jew huwiex is-sid ta’ post tal-
villeġġatura.
10. Dwar kull post ta’ abitazzjoni vojt, dawk id-dettalji li hemm fil-paragrafi 8 u
9 tal-Parti I ta’ din l-Iskeda kif mutatis mutandis japplikaw.
