ĊENSIMENT ġ L.118.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 118.02
REGOLAMENTI DWAR IĊ-ĊENSIMENT
17 ta’ Novembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 166 ta’ l-1995.
Titolu.
Ċensiment.
Tifsir.
ma jeħtieġx xort’oħra -
Kap. 118.
"formuli taċ-ċensiment" tfisser il-formuli preskritti fir-
regolament 11 ta’ dawn ir-Regolamenti;
"lokalità " u "żoni stabbiliti għall-enumerazzjoni" ifissru dawk it-
taqsimiet f’Malta li jiġu stabbiliti mill-uffiċjal taċ-ċensiment skond
ir-regolament 3;
L.S. 118.01
"nofs il-lejl li jtemm il-jum taċ-ċensiment" għandha l-istess tifsir
kif mogħti lilha bl-Ordni dwar iċ-Ċensiment;
"tagħrif dwar iċ-ċensiment" tfisser it-tagħrif kollu meħtieġ biex
jitniżżlu dettalji veri u preċiżi fil-formuli taċ-ċensiment.
Lokalitajiet u żoni 
stabbiliti għall-
enumerazzjoni.
3. L-uffiċjal taċ-ċensiment għandu jaqsam Malta f’lokalitajiet
u fejn jidhirlu meħtieġ huwa jista’ wkoll jaqsam lokalità  f’żoni
stabbiliti għall-enumerazzjoni.
Nomina ta’ 
sorveljanti u 
numeraturi.
4. (1) L-uffiċjal taċ-ċensiment jista’ jaħtar dak l-għadd ta’
persuni adattati skond kif jidhirlu li jkun meħtieġ biex jagħmluha
ta’ sorveljanti u numeraturi u għandu jassenjalhom lokalitajiet u
żoni stabbiliti għall-enumerazzjoni kif jidhirlu li jkun meħtieġ.
(2) Għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta avviż tal-ħatra ta’ kull
sorveljant u numeratur.
Kap. 118.
L.S. 118.01
(3) Meta l-uffiċjal taċ-ċensiment jidhirlu li xi sorveljant jew
numeratur ma jkunx jista’, minħabba f’mard jew għal xi raġuni
oħra, jaqdi d-dmirijiet tiegħu skond l-Att, l-Ordni dwar iċ-
Ċensiment u dawn ir-Regolamenti, l-uffiċjal taċ-ċensiment jista’
jinnomina xi persuna adattata u propizja minfloku biex taqdi dawk
id-dmirijiet.
Dmirijiet ta’ 
sorveljanti.
5. Kull sorveljant ikollu d-dmir -
(a) li jagħti l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa lin-
numeraturi fil-lokalità  jew lokalitajiet tiegħu;
(b) li joħroġ lin-numeraturi l-formuli taċ-ċensiment kollha
u affarijiet oħra meħtieġa għaċ-ċensiment;
(ċ) li jeżamina, qabel nofs il-lejl li jtemm il-jum taċ-
ċensiment, id-dettalji kollha mniżżla fil-formuli taċ-
ċensiment min-numeraturi u fejn jidher skond l-eżami
li xi dettal f’xi formula jkun ħażin jew imħolli barra, li
jeħtieġ lin-numeratur responsabbli biex jimtlew il-
formuli u li jieħu passi biex jikkoreġi d-dettal ħażin
2 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
jew jimla d-dettal imħolli barra qabel nofs il-lejl li
jtemm il-jum taċ-ċensiment;
(d) wara nofs il-lejl li jtemm il-jum taċ-ċensiment, li
jirċievi, jeżamina u jibgħat lill-uffiċjal taċ-ċensiment,
il-formuli kollha taċ-ċensiment u affarijiet oħra lilu
konsenjati min-numeraturi fil-lokalità  jew lokalitajiet
tiegħu;
(e) li jipprovdi dawk ir-rapporti bil-miktub u ċertifikati
dwar ix-xogħol tan-numeraturi fil-lokalità  jew
lokalitajiet tiegħu u li jikkonferma bil-ġurament dawk
id-dikjarazzjonijiet ta’ l-istess numeraturi kif l-uffiċjal
taċ-ċensiment bil-miktub iqabbdu jagħmel; u
(f) li jsegwi b’mod ġeneriku kull istruzzjoni lilu mogħtija
mill-uffiċjal taċ-ċensiment għall-fini taċ-ċensiment.
Dmirijiet tan-
numeratari.
6. Kull numeratur ikollu d-dmir -
(a) li jiltaqa’ ma’ l-uffiċjal taċ-ċensiment jew sorveljant
tal-lokalità  f’dawk il-ħinijiet u postijiet kif jiġi ordnat;
(b) li jżomm bl-attenzjoni kull istruzzjoni bil-miktub,
kotba, formuli, dokumenti, jew affarijiet jew oġġetti
oħra lilu maħruġa li jkollhom x’jaqsmu mad-dmirijiet
tiegħu u li jikkonsenjahom f’kundizzjoni tajba meta
jitolbuhomlu jew meta jtemm il-kariga tiegħu;
(ċ) li jżur personalment fil-ħinijiet raġonevoli kollha bejn
il-ħatra tiegħu u nofs il-lejl li jtemm il-jum taċ-
ċensiment, kull post ta’ akkomodazzjoni fil-lokalità ,
żona jew żoni stabbiliti għall-enumerazzjoni li
minnhom ikun inkarigat u li jikseb it-tagħrif kollu
meħtieġ biex jintlew il-formuli taċ-ċensiment;
(d) li jagħmel żjajjar oħra f’postijiet ta’ akkomodazzjoni
meta fl-ewwel żjara li jkun għamel, it-tagħrif meħtieġ
ma setax jinkiseb, jew meta jiġi ordnat mis-sorveljant
biex jerġa’ jmur hemm sabiex jimtela’ dak li jkun
tħalla barra jew biex isiru korrezzjonijiet jew jiġu
verifikati dettalji dubbjużi fil-formuli taċ-ċensiment;
(e) li jżur personalment wara nofs il-lejl li jtemm il-jum
taċ-ċensiment fil-ħinijiet raġonevoli kollha, kull post
ta’ akkomodazzjoni fil-lokalità , żona jew żoni
stabbiliti għall-enumerazzjoni li minnhom huwa jkun
inkarigat u billi jħassar, jemenda jew iżid mad-dettalji
li jkunu saru qabel fil-formuli speċifikati fl-Ewwel
Skeda, jikseb tagħrif veru u sħiħ dwar -
(i) il-persuni kollha li kienu preżenti f’nofs il-lejl li
jtemm il-jum taċ-ċensiment f’dak il-post ta’
akkomodazzjoni;
(ii) il-persuni kollha li f’nofs il-lejl li jtemm il-jum
taċ-ċensiment, kienu assenti mill-post ta’
akkomodazzjoni okkupat mill-familja li jagħmlu
sehem minnha; u
(iii) l-użu li kien qiegħed isir f’nofs il-lejl li jtemm
il-jum taċ-ċensiment mill-postijiet kollha ta’
ĊENSIMENT ġ L.118.02 3
akkomodazzjoni li dwarhom għandhom jinkisbu
partikolaritajiet;
(f) jekk ikun hekk ordnat mis-sorveljant, li jgħin fil-qadi
tad-dmirijiet ta’ xi numeratur f’xi lokalità  jew żona
stabbilita għall-enumerazzjoni oħra;
(g) li, b’mod ġenerali, isegwi dawk l-istruzzjonijiet ta’ l-
uffiċjal taċ-ċensiment jew tas-sorveljant tal-lokalità  li
jistgħu jingħataw għall-fini taċ-ċensiment:
Iżda f’xi lokalità  jew żona stabbilita għall-enumerazzjoni li
fiha n-numeratur jista’ jiġi mgħejjun, skond id-direttiva tas-
sorveljant, minn xi numeratur ieħor, il-paragrafi (ċ), (d) u (e)
għandhom jiftiehmu li japplikaw flimkien għan-numeratur tal-
lokalità  jew taż-żona stabbilita għall-enumerazzjoni u għal dak in-
numeratur l-ieħor.
Sorveljanti u 
numeraturi 
għandhom jieħdu 
ġurament.
7. Kull sorveljant jew numeratur għandu, qabel ma jibda
jwettaq id-dmirijiet tiegħu, jieħu quddiem l-uffiċjal taċ-ċensiment
ġurament kif muri fil-formula li hemm fit-Tieni Skeda.
Dmir li jingħata 
tagħrif.
L.S. 118.01
8. Kull persuna li dwarha jeħtieġ li jiġi provdut tagħrif dwar
iċ-ċensiment bl-artikolu 4 ta’ l-Ordni dwar iċ-Ċensiment għandha
tagħti dak it-tagħrif dwarha stess, meta tiġi mitluba, lis-sorveljant
jew numeratur debitament maħtur skond ir-regolament 4 u li
jaġixxi skond id-dmirijiet tiegħu kif jitlob ir-regolament 5 jew 6.
Dmir li jingħata 
tagħrif dwar 
persuni oħra u 
dwar postijiet ta’ 
residenza.
L.S. 118.01
9. Kull persuna li tkun persuna meħtieġa skond l-artikolu 5
ta’ l-Ordni dwar iċ-Ċensiment li tagħti tagħrif taċ-ċensiment dwar
persuni oħra u postijiet ta’ akkomodazzjoni għandha tagħti dak it-
tagħrif meta tiġi mitluba minn sorveljant jew numeratur debitament
maħtur skond ir-regolament 4 u li jaġixxi skond id-dmirijiet tiegħu
kif jitlob ir-regolament 5 jew 6.
Dmir li jingħata 
tagħrif lill-persuni 
preskritti.
L.S. 118.01
10. Kull persuna li dwarha huwa d-dmir tal-persuna preskritta
bl-artikolu 5 ta’ l-Ordni dwar iċ-Ċensiment li tagħti tagħrif skond
iċ-ċensiment għandha tagħti dak it-tagħrif meta tiġi hekk mitluba
tagħmel minn dawk il-persuni preskritti:
Iżda kull persuna preżenti f’nofs il-lejl li jtemm il-jum taċ-
ċensiment fil-post ta’ xi lukanda, pensjoni, guest house, sptar,
nursing home jew istituzzjoni bħal dawk tista’, b’talba verbali lis-
sorveljant jew lin-numeratur fil-lokalità  jew żona stabbilita għall-
enumerazzjoni taċ-ċensiment jew b’applikazzjoni bil-miktub li ssir
lill-uffiċjal taċ-ċensiment, tagħżel li tagħti biss isimha, l-istat
tagħha fl-istituzzjoni u s-sess, lill-persuna preskritta u l-bqija tat-
tagħrif dwar iċ-ċensiment personalment lis-sorveljant jew
numeratur imsemmi qabel.
Formuli taċ-
ċensiment.
11. Il-formuli taċ-ċensiment għandu jkollhom id-dettalji
speċifikati fil-formuli li hemm fl-Ewwel Skeda jew dawk il-
partijiet minnhom kif jidhirlu xieraq l-uffiċjal taċ-ċensiment.
4 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 11)
ĊENSIMENT ġ L.118.02 5
6 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 7
8 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 9
10 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 11
12 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 13
14 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 15
16 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 17
18 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 19
20 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 21
22 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 23
24 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 25
26 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 27
28 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
ĊENSIMENT ġ L.118.02 29
30 L.S.118.02 ħ ĊENSIMENT
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 7)
Ċensiment ta’ Popolazzjoni u Djar 1995
FORMULA TAL-ĠURAMENT
Jiena ........................................................................... naħlef solennement li
naqdi bil-fedeltà  u bl-onestà  d-dmirijiet tiegħi bħala ..................... skond ma jitolbu
r-Regolamenti dwar iċ-Ċensiment, u l-ordnijiet, regoli u istruzzjonijiet kollha
maħruġa bis-saħħa tagħhom u li bl-ebda mod, mingħajr awtorità  kif imiss, ma nikxef
b’xi mod ikun li jkun xi ħaġa li nsir naf minħabba l-impieg tiegħi bħala tali.
Hekk Alla jgħinni.
Firma ........................................
Maħluf quddiemi
............................................... 1995 ..............................................
Uffiċjal taċ-Ċensiment.
