COMMISSIONS ROGATOIRES U ITTRI ROGATORJALI ġ L.S.12.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.02
REGOLI TAL-QORTI DWAR 
IL-COMMISSIONS ROGATOIRES 
U ITTRI ROGATORJALI
12 ta’ Frar, 1908;
24 ta’ Novembru, 1911;
27 ta’ Ottubru, 1930
IN-NOTIFIKAZZJONIJIET TAL-GVERN 35 ta’ l-1908, 381 ta’ l-1911 u
423 ta’ l-1930, konsolidati, kif emendati: bl-Att LVIII ta’ l-1974 u bl-Avviż
Legali 148 ta’ l-1975.
Titolu.
Commissions Rogatoires u Ittri Rogatorjali.
Formuli li 
għandhom 
jintużaw għall-
eżami ta’ xhieda.
2. Fl-eżekuzzjoni ta’ Commissions Rogatoires u Ittri
Rogatorjali ta’ tribunali ta’ barra minn Malta, fl-eżami ta’ xhieda fi
proċedimenti ċivili u kummerċjali li jkunu quddiem qorti barra
mill-Gżira ta’ Malta u l-Gżejjer li jagħmlu nagħha, għandhom jiġu
wżati il-formuli numerati 1 u 2 li jinsabu fl-Iskeda ta’ dawn ir-
Regoli.
Proċedura li 
għandha titħares.
Emendat:
LVIII. 1974.68;
A.L. 148 ta’ l-
1975.
3. Meta fi proċediment ċivili jew kummerċjali li jkun
quddiem qorti jew tribunal ta’ pajjiż barrani, tintbagħat, minn dik
il-qorti jew dak it-tribunal, għal notifika lil persuna, fil-Gżira ta’
Malta, ta’ att ġudizzjarju jew ċitazzjoni f’dak il-proċediment, ittra
rogatorjali, lil waħda mill-qrati superjuri, b’talba sabiex dawn jiġu
esegwiti, għandha titħares il-proċedura li ġejja:
(a) L-ittra rogatorjali għan-notifika għandu jkollha
magħha traduzzjoni tagħha bl-Ingliż, u żewġ kopji ta’
l-att ġudizzjarju jew ċitazzjoni li għandhom ikunu
notifikati, u żewġ kopji tagħhom bl-Ingliż.
(b) In-notifika ta’ l-att ġudizzjarju jew ċitazzjoni għandha
ssir minn wieħed mill-marixxalli tal-Qrati Superjuri.
Kap. 12.
(ċ) Din in-notifika għandha ssir skond id-disposizzjoni ta’
l-artikolu 187 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
(d) Wara li ssir in-notifika, l-uffiċjal eżekutur għandu
jikkonsenja lir-Reġistratur tal-Qrati kopja ta’ l-att
ġudizzjarju, flimkien mal-prova tan-notifika permezz
ta’ dikjarazzjoni bil-ġurament ta’ l-uffiċjal eżekutur, u
man-nota ta’ l-ispejjeż tan-notifika.
(e) In-nota ta’ l-ispejjeż tan-notifika għandha titqiegħed
quddiem ir-Reġistratur, illi għandu jiċċertifika li l-
ammont ta’ l-ispejjeż huwa dak l-ammont li jkun imiss
li jitħallas għall-ispejjeż tan-notifika.
(f) Ir-Reġistratur għandu jibgħat permezz tal-Prim
Ministru lill-President ta’ Malta l-ittra rogatorjali
għan-notifika li rċieva mill-pajjiż barrani, flimkien
mal-prova tan-notifika, b’ċertifikat anness, siġillat kif
2 L.S.12.02 ħ COMMISSIONS ROGATOIRES U ITTRI ROGATORJALI
imiss bis-siġill tal-Qrati Superjuri. Dan iċ-ċertifikat
għandu jkun skond il-formula numerata 3 li tinsab fl-
Iskeda ta’ dawn ir-Regoli.
Imħallfin 
supplenti.
Kap. 12.
4. Il-Qorti ta’ l-Appell tista’ taħtar biex jieħu xiehda tax-xhud
jew tax-xhieda msemmijin fil-commission rogaroire jew fl-ittra
rogatorjali wieħed mill-imħallfin supplenti maħturin taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili jew persuna oħra, kif ukoll l-uffiċjal konsulari jew
diplomatiku tal-pajjiż li jagħmel it-talba għall-eżami tax-xhud jew
tax-xhieda.
Proċedura speċjali. 5. Meta ssir talba sabiex fl-eżami tax-xhieda msemmija fir-
regola 4 tkun imħarsa proċedura speċjali, il-Qorti ta’ l-Appell tista’
tordna li tiġi mħarsa dik il-proċedura, basta li dik il-proċedura ma
tkunx kuntrarja għal-liġijiet li jkunu jseħħu f’dawn il-Gżejjer.
Setgħat tal-Qorti 
ta’ l-Appell.
6. Għat taħrik ta’ xhieda biex jidhru quddiem il-persuna
maħtura kif jingħad fir-regola 4 u biex dawk ix-xhieda jagħtu x-
xiehda tagħhom u jġibu dokumenti u għal kull ħaġ’oħra li għandha
x’taqsam ma l-eżami tax-xhieda msemmijin fir-regola 4, il-Qorti
ta’ l-Appell għandha l-istess setgħat mogħtijin lilha mil-liġi dwar
ix-xhieda fil-kawżi li jkunu quddiemha.
COMMISSIONS ROGATOIRES U ITTRI ROGATORJALI ġ L.S.12.02 3
SKEDA Emendata:
A.L. 148 ta’ l-1975.
(Regoli 2 u 3)
Formula Nru. 1
ORDNI GĦAS-SMIGĦ TA’ XHIEDA
Il-Qorti ta’ l-Appel
Fil-kawża (ċivili jew kummerċjali) li issa qiegħda quddiem (a)
fl-ismijiet li ġejjin
Bejn
Attur
u
Konvenut
Wara li qrat l-affidavit (jekk jinġieb) ta’
ippreżentat fta’ 19
u ċ-ċertifikat ta’ (b)
illi hemm kawża quddiem (a)
fi (ċ)u
illi dik il-Qorti trid tinħtieġ ix-xiehda ta’ (d)
Tordna illi x-xhud hawn fuq imsemmi jidher quddiem (e) illi hu b’dan
l-ordni maħtur biex jirċievi x-xiehda fuq imsemmija f (f)fil-
19fijew f’dak il-jum u ħin ieħor li l-persuna maħtura
hawn fuq imsemmija tagħżel, u hemm jiġi eżaminat bil-ġurament, jew bl-
affermazzjoni, fuq ix-xiehda meħtieġa hawn fuq, u jġib f’dak il waqt (g)
U barra minn dan tordna li l-persuna maħtura hawn fuq imsemmija tieħu bil-
miktub ix-xiehda tax-xhud jew tax-xhieda hawn fuq imsemmijin, skond ir-regoli tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; u li ġġiegħel lil kull xhud jiffirma,
quddiemha, ix-xiehda tiegħu; u illi hija tiffirma ix-xiehda meħuda b’eżekuzzjoni ta’
dan id-digriet, u wara li tirċievi x-xiehda, tibgħat din ix-xiehda lir-Reġistratur tal-
Qrati sabiex dan jibgħata bil-mezzi uffiċjali lill-President tat-Tribunal li jkun talab
ix-xiehda hawn fuq imsemmija.
Illum,
(a) L-isem tat-tribunal ta’ barra.
(b) L-isem u partikolaritajiet ta’ l-Ambaxxatur, Ministru, Aġent Diplomatiku jew Konslu
tal-pajjiż barrani.
(ċ) L-isem tal-pajjiż barrani.
(d) L-ismijiet tax-xhieda.
(e) L-isem u l-indirizz tal-persuna maħtura.
(f) Post maħtur għas-smigħ tax-xiehda.
(g) Partikolaritajiet tad-dokumenti, jekk ikun il-każ, li jintalbu biex jinġiebu.
4 L.S.12.02 ħ COMMISSIONS ROGATOIRES U ITTRI ROGATORJALI
FORMULA NRU. 2
ĊERTIFIKAT
Jien, Reġistratur tal-Qrati, niċċertifika li d-dokumenti
li hawn ma’ dan iċ-ċertifikat huma:
(i) id-digriet oriġinali tal-Qorti ta’ l-Appell, li jġib id-data ta’
19magħmul fil-kawża
li hemm quddiem il-qorti ta’
fi
fita’
li jordna l-eżami ta’ xi xhieda quddiem
; u
(ii) l-eżami u x-xiehda meħudin minn
b’eżekuzzjoni tad-digriet hawn fuq imsemmi u ffirmati u mlestijin minn kollox
minnu fil-19.
Illum, 19
FORMULA NRU. 3
ĊERTIFIKAT TA’ NOTIFIKA TA’ ATT ĠUDIZZJARJU TA’ PAJJIŻ BARRANI
Jien, Reġistratur tal-Qrati ta’ Malta, niċċertifika li d-
dokumenti li hawn ma’ dan iċ-ċertifikat huma:
(1) L-ittra rogatorjali oriġinali għan-notifika ta’ l-att ġudizzjarju mibgħuta mill-
qorti jew tribunal ta’
fita’
fil-proċediment ta’
versus
u
(2) L-att ġudizzjarju mibgħut ma’ dik l-ittra rogatorjali; u
(3) Il-prova tan-notifika ill-persuna
msemmija f’dik l-ittra rogatorjali.
U jien niċċertifika li l-prova tan-notifika hija dik meħtieġa fil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ta’ Malta u l-Gżejjer li jagħmlu magħha. U
niċċertifika li l-ispejjeż tan-notifika huma Lm
Illum , 19
