BON-ORDNI FIL-QRATI TAL-ĠUSTIZZJA ġ L.S.12.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.03
REGOLI TAL-QORTI BIEX JINŻAMM IL-BON-
ORDNI FIL-QRATI TAL-ĠUSTIZZJA
13 ta’ Ġunju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 131 ta’ l-2003.
Titolu.
jinżamm il-Bon-Ordni fil-Qrati tal-Ġustizja.
Żamma tal-bon-
ordni.
Kap. 12.
2. Ħadd ma jista’, taħt il-pieni msemmija fl-artikolu 990 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili -
(a) ħlief f’dawk il-postijiet li r-Reġistratur tal-Qrati jista’
jindika għal dak l-iskop, jesponi għall-bejgħ jew
ibiegħ kull xorta ta’ ikel jew ħwejjeġ oħra fil-bini tal-
Qrati tal-Ġustizzja, jew, ħlief f’dawk il-postijiet kif
hekk indikati, jiekol jew jixrob, waħdu jew ma’
ħaddieħor, f’dak il-bini; jew
(b) ipejjep fil-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja f’dawk il-
postijiet li għalihom il-pubbliku għandu aċċess, ħlief
f’dawk il-postijiet li r-Reġistratur tal-Qorti jista’
jindika għal dak l-iskop; jew
(ċ) jitkellem jgħajjat fil-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja b’mod
li jiddisturba s-seduti tal-Qrati; jew
(d) iħalli l-mekkaniżmu li jċempel ta’ mobile jew telefon
ċellulari mixgħul f’awla waqt seduta ta’ qorti
