DEPOŻITI FIL-QORTI ġ L.S.12.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.06
REGOLAMENTI DWAR DEPOŻITI FIL-QORTI
29 ta’ Jannar, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 2 ta’ l-1973, kif emendat: bl-Avviż Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Atti: XXIX ta’ l-1976 u VIII ta’ l-1990.
Titolu.
Depożiti fil-Qorti.
Depożiti fil-qrati 
superjuri.
Emendat:
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXXIX. 1976.8.
2. (1) Meta xi flus, li jkunu valuta legali f’Malta, għandhom
jiġu depożitati skond ċedo1a ta’ depożitu ppreżentata fil-Qrati
Superjuri, il-flus għandhom jiġu ppreżentati lill-kaxxier fir-
reġistru.
(2) Meta xi flus, li ma jkunux valuta legali f’Malta, jew xi
oġġetti tad-deheb jew tal-fidda jew xi perli jew ħaġar prezzjuż
għandhom jiġu depożitati skond ċedola ta’ depożitu ppreżentata fl-
imsemmija qrati, huma għandhom jitqegħdu fi Il-Monti.
Iżda, jekk depożitu bħa1 dak isir wara nofs inhar ta’ Sibt
jew ta’ xi ġurnata matul il-perijodu bejn is-sittax ta’ Ġunju ta’ sena
u t-tletin ta’ Settembru ta’ l-istess sena, it-tnejn inklużi, l-
imsemmija flus jew oġġetti għandhom jiġu depożitati fir-reġistru
ta’ l-imsemmija Qrati u għandhom jiġu trasferiti mir-Reġistratur
għal Il-Monti fil-ġurnata tax-xogħol li tmiss minnufih wara.
Depożiti fi Qrati 
tal-Maġistrati.
Emendat:
XXIX. 1976.8;
VIII. 1990.3.
3. Meta xi flus, li jkunu jew le valuta legali f’Malta, jew xi
ħwejjeġ oħra li għandhom jiġu depożitati skond ċedola ta’ depożitu
ppreżentata fil-Qrati tal-Maġistrati (Malta) jew fil-Qrati tal-
Maġistrati (Għawdex) għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tar-
regolament 2, iżda, b’danakollu, meta ċ-ċedola ta’ depożitu tiġi
ppreżentata fil-Qrati tal-Maġistrati (Għawdex), ir-riferenzi fl-
imsemmi regolament għal Il-Monti għandhom jiftiehmu bħala
riferenza għall-fergħa f’Għawdex tad-dipartiment li minnu Il-
Monti jagħmel parti.
