ASSENJAZZJONI TA’ DMIRIJIET LILL-MAĠISTRATI ġ L.S.12.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.08
REGOLAMENTI DWAR L-ASSENJAZZJONI TA’ 
DMIRIJIET LILL-MAĠISTRATI
16 ta’ Marzu, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 38 ta’ l-1990.
Titolu.
Assenjazzjoni ta’ Dmirijiet lill-Maġistrati.
Assenjazzjoni ta’ 
dmirijiet bejn il-
maġistrati.
2. (1) Il-President għandu jassenja lil kull wieħed mill-
maġistrati il-qorti li fiha għandu joqgħod filwaqt li jindika l-
ġurisdizzjoni tal-kawżi li dik il-qorti tista’ tieħu konjizzjoni
tagħhom, u jista’ jbiddel maġistrat minn qorti għal oħra.
(2) Kull assenjazzjoni ta’ dmirijiet, tibdil u taqsim ta’ dmirijiet
in ġenerali, dwar il-maġistrati, għandhom jitqiesu li jkunu ġew
notifikati kif imiss u biżżejjed għall-finijiet kollha jekk jitwaħħal
avviż dwarhom fir-reġistru tal-qrati tal-maġistrati qabel jew malli
jibda l-perijodu li fih dik l-assenjazzjoni, dak it-tibdil jew dak it-
taqsim għandu jseħħ.
(3) Ir-reġistratur għandu jżomm notament ta’ l-avviżi kollha li
jitwaħħlu skond is-sub-regolament (2) ta’ dan ir-regolament u tad-
data ta’ meta jkunu twaħħlu.
