PRATTIKA U L-PROĊEDURA TAL-QRATI ġ L.S.12.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.09
REGOLI DWAR IL-PRATTIKA 
U L-PROĊEDURA TAL-QRATI
15 ta’ April, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 35 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali 42 ta’ l-
1993 u 129 ta’ l-2000.
Titolu.
Proċedura tal-Qrati.
Proċedura quddiem 
il-Prim’ Awla tal-
Qorti Ċivili u l-
Qorti 
Kostituzzjonali 
tinbeda b’rikors.
2. Il-proċedimenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili li
jsiru skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni u l-
proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali fil-każijiet
imsemmija fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 95 tal-Kostituzzjoni
għandhom jinbdew permezz ta’ rikors. 
Kontenut ta’ rikors 
taħt l-artikoli 46 u 
95 tal-
Kostituzzjoni.
Emendat:
A.L. 42 ta’ l-1993.
3. (1) Rikors quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għandu
jkun fih, b’mod konċiż u ċar, il-fatti li minnhom jinħoloq l-ilment u
għandu jsemmi d-disposizzjoni jew disposizzjonijiet tal-
Kostituzzjoni li jkun allegat li jkunu ġew, li jkunu qed jiġu jew li
jkunu x’aktarx ser jiġu miksura.
(2) Ir-rikors għandu jispeċifika wkoll ir-rimedju mitlub mir-
rikorrent:
Iżda l-qorti tkun tista’, jekk ir-rikors jiġi milqugħ, tagħti
kull rimedju ieħor fil-ġurisdizzjoni tagħha li tkun tqis bħala aktar
xieraq.
(3) Fil-każijiet imsemmija fl-artikolu 95(2)(a) tal-
Kostituzzjoni, ir-rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali għandu
jkun fih b’mod konċiż u ċar iċ-ċirkostanzi li minnhom tinħoloq il-
kwistjoni, it-talba u d-disposizzjoni jew disposizzjonijiet tal-
Kostituzzjoni jew ta’ xi liġi oħra li fuqha jibbaża t-talba tiegħu ir-
rikorrent.
(4) Fil-każijiet msemmija fl-artikolu 95(2)(ċ), (d), (e) u (f) tal-
Kostituzzjoni, ir-rikors għandu jkun fih b’mod konċiż u ċar iċ-
ċirkostanzi li minnhom jinħoloq l-appell, ir-raġunijiet ta’ l-appell u
t-talba għar-revoka jew modifika speċifika tad-deċiżjoni appellata.
(5) Rikors li ma josservax dawn ir-regoli ma jkunx null; iżda l-
qorti tista’, f’kull każ, tordna lir-rikorrent li jippreżenta, f’dak iż-
żmien li l-qorti tistabbilixxi, nota li jkun fiha l-partikolaritajiet
meħtieġa u l-ispejjeż ta’ dak l-ordni għandu jbatihom ir-rikorrent.
Proċedimenti ta’ l-
appell.
Emendat:
A.L. 42 ta’ l-1993.
4. (1) Meta jkun hemm xi kwistjoni li tintbagħat quddiem il-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kif hemm provdut fl-artikolu 46(1) jew
fil-każijiet msemmija fl-artikolu 95(2)(ċ), (d), (e) u (f) tal-
Kostituzzjoni, ir-rikors għandu jiġi notifikat lill-intimat jew lill-
appellat mingħajr dewmien, u l-qorti għandha tappunta data għas-
smigħ li tkun fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mill-jum meta jkun
ġie preżentat ir-rikors, jew minn meta tkun ġiet preżentata risposta
mill-appellat fiż-żmien mogħti għal dik ir-risposta, jew fil-każ li
2 L.S.12.09 ħ PRATTIKA U L-PROĊEDURA TAL-QRATI
ma tiġix preżentata ebda risposta, mill-iskadenza ta’ dak it-terminu.
(2) Ir-rikors ta’ l-appell għandu jsir fi żmien tmint ijiem tax-
xogħol mid-data tad-deċiżjoni appellata, u l-appellat jista’
jippreżenta risposta bil-miktub fi żmien sitt ijiem tax-xogħol mid-
data tan-notifika.
(3) Il-Qorti li tat deċiżjoni suġġetta għall-appell lill-Qorti
Kostituzzjonali tista’ f’każi urġenti, fuq talba wkoll verbali minn
waħda mill-partijiet, minnufih wara li tagħti dik id-deċiżjoni,
tqassar iż-żmien għall-preżentata ta’ l-appell u/jew għall-preżentata
ta’ risposta.
Jekk ma ssir ebda talba bħal dik minn xi waħda mill-
partijiet minnufih wara li tingħata d-deċiżjoni, kull waħda mill-
partijiet tista’ tagħmel talba bħal dik b’rikors, u wara hekk, il-qorti
li tkun tat id-deċiżjoni, għandha, wara li tisma’ sommarjament lill-
partijiet kif jidhrilha meħtieġ, tagħti l-ordni xieraq.
Kwistjonijiet 
riferiti.
Emendat:
A.L. 42 ta’ l-1993.
5. (1) Fil-każijiet imsemmija fl-artikolu 46(3) u fl-artikolu
95(2)(b) tal-Kostituzzjoni, l-ordni li bih kwistjoni tiġi mibgħuta
għandu jkun fih b’mod konċiż u ċar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li
minnhom il-kwistjoni tinħoloq, it-termini ta’ dik il-kwistjoni, u
jindika liema hi d-disposizzjoni jew liema huma d-disposizzjonijiet
tal-Kostituzzjoni li jkunu allegatament ġew miksura.
(2) Meta xi kwistjoni bħal dik tiġi hekk riferita, ikun id-dmir
tar-Reġistratur li jiżgura li l-inkartament tal-proċeduri jinġieb
mingħajr ebda dewmien u bl-urġenza quddiem il-Qorti li lilha l-
kwistjoni tkun mibgħuta.
(3) Il-Qorti li lilha l-kwistjoni tkun riferita għandha tqiegħed
il-kawża għas-smigħ f’data viċina, f’ebda każ aktar tard minn tmint
ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-inkartament ikun inġieb
quddiemha u għandha tara illi avviż dwar dik id-data jiġi mogħti
lill-partijiet.
Smigħ u 
disponiment 
b’ħeffa ta’ każ.
6. Meta każ ikun tqiegħed għas-smigħ il-Qorti għandha
tiżgura li, konsistentement ma’ l-amministrazzjoni xierqa tal-
ġustizzja, is-smigħ u d-disponiment tal-każ ikun b’ħeffa u s-smigħ
isir fi ġranet konsekuttivi, u, meta dan mhux possibbli, f’dati viċini
wara l-ewwel appuntament tal-kawża.
Applikazzjoni tal-
Kodiċi ta’ 
Organizzazzjoni u 
Proċedura Ċivili.
7. Barra minn dak li huwa maħsub mod ieħor f’dawn ir-
Regoli, il-proċedura u l-prattika tal-qrati japplikaw mutatis
mutandis għal proċedimenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili
u l-Qorti Kostituzzjonali imsemmija fir-regola 2 hawn fuq.
II-kawżi b’urġenza 
jinstemgħu ukoll 
wara nofsinhar.
Kap. 319.
8. (1) Il-kawżi li jsiru taħt il-Kostituzzjoni u taħt l-Att dwar
il-Konvenzjoni Ewropea, kif ukoll il-kawżi li għandhom
jinstemgħu b’urġenza, għandhom jiġu appuntati għas-smigħ wara
nofsinhar kull meta dan ikun hekk meħtieġ sabiex ix-xogħol
programmat tal-qorti ma jitħarbatx, u dawn il-kawżi għandhom
jibqgħu hekk jinstemgħu fi ġranet konsekuttivi sakemm jintemm is-
smigħ tagħhom u jibqgħu differiti għas-sentenzi.
(2)  Il-proċedimenti imsemmija fir-regola 2 ta’ dawn ir-Regoli,
meta jinbdew bejn l-1 ta’ Lulju u t-30 ta’ Settembru ta’ kull sena,
jistgħu ma jiġux appuntati għas-smigħ matul dawk it-tliet xhur jekk
PRATTIKA U L-PROĊEDURA TAL-QRATI ġ L.S.12.09 3
kemm-il darba l-qorti jidhrilha li minnhom infushom ma jeħtiġux
għaġġla partikolari u li ebda waħda mill-partijiet ma tkun sejra
ssofri preġudizzju jekk l-appuntament isir fix-xahar ta’ Ottubru.
Proċedimenti u 
reġistrazzjoni ta’ 
deċiżjonijiet taħt l-
Att dwar is-
Sekwestru u l-
Kustodja ta’ 
Minuri. 
Miżjud:
A.L. 129 ta’ l-
2000.
Kap. 410.
8A. (1) Procedimenti taħt l-artikolu 6 ta’ l-Att dwar is-
Sekwestru u l-Kustodja ta’ Minuri, li jsiru fil-Prim’ Awla tal-Qorti
Ċivili jew f’kull qorti oħra li l-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja jista’ b’ordni jsemmi għall-għanijiet ta’ l-Att, jistgħu
jinbdew permezz ta’ rikors. 
(2) Għall-għanijiet ta’ l-artikolu 6 ta’ l-Att, ir-rikors għandu
jsemmi l-fatti b’mod ċar u fil-qosor u miegħu għandha tintehmeż
kopja debitament awtentikata tad-deċiżjoni jew sentenza mogħtija
fi Stat Kontraenti ieħor minbarra Malta għall-Konvenzjoni dwar l-
Aspetti Ċivili fis-Sekwestru Internazzjonali ta’ Minuri, li ġiet
iffirmata f’The Hague fil-25 ta’ Ottubru, 1980. 
(3) F’rikors li jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti ta’ l-Appell, ir-
rikors għandu jkun fih b’mod ċar u fil-qosor iċ-ċirkostanzi li
minħabba fihom ikun qed isir l-appell, ir-raġunijiet għall-appell u t-
talba għat-tħassir jew tibdil speċifiku tad-deċiżjoni li minnha jkun
qed isir l-appell. 
(4) In-nuqqas li fir-rikors jiġu mħarsa l-ħtiġiet tas-subregoli
(2) u (3) ma għandux jagħmel ir-rikors null; iżda l-Qorti tista’,
f’każ bħal dak, tordna lir-rikorrent jippreżenta, f’dak it-terminu li
l-Qorti tistabbilixxi, nota li jkun fiha l-partikolaritajiet meħtieġa, u
r-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż li jkollhom x’jaqsmu ma’ dik l-
ordni. 
(5) Il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili jew dik il-qorti li b’ordni tiġi
msemmija mill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja għandha
tappunta l-każ għas-smigħ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol minn
meta r-rikors jiġi ppreżentat fil-Qorti. 
(6) Ir-rikors għandu jiġi notifikat lill-intimat mingħajr
dewmien. 
(7) Ġaladarba każ ikun ġie appuntat għas-smigħ, il-Qorti li
tkun qed tieħu konjizzjoni tal-każ għandha tiżgura li s-smigħ tal-
kawża jsir kemm jista’ jkun malajr, u s-smigħ tal-każ għandu
jitkompla fi ġranet konsekuttivi, u meta dan ma jkunx possibbli
f’dati viċin ta’ xulxin. Il-Qorti għandha wara dan tiddeċiedi
mingħajr ebda dewmien. 
(8) Rikors ta’ appell għandu jsir fi żmien tmint ijiem tax-
xogħol mid-data tal-preżentata tad-deċiżjoni u l-intimat jista’
jippreżenta risposta bil-miktub fi żmien sitt ijiem tax-xogħol mid-
data tan-notifika jew f’dak iż-żmien li jkun iqsar li l-Qorti tista’
tistabbilixxi. 
(9) Il-Qorti ta’ l-Appell għandha tappunta data għas-smigħ fi
żmien tmint ijiem tax-xogħol mid-data tal-preżentata tar-rikors,
jew mill-preżentata ta’ risposta mill-intimat fiż-żmien mogħti mil-
liġi għaldaqshekk, jew inkella jekk ma tiġi ppreżentata ebda
risposta bħal dik mill-iskadenza ta’ dak iż-żmien. 
(10) Il-Qorti ta’ l-Appell għandha tagħti d-deċiżjoni finali
tagħha mingħajr ebda dewmien. 
4 L.S.12.09 ħ PRATTIKA U L-PROĊEDURA TAL-QRATI
Reġistrazzjoni ta’ 
deċiżjonijiet dwar 
il-kustodja.
(11) Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-
kustodja magħmula minn awtorità  fi Stat Kontraenti, minbarra
Malta, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent u l-
Infurzar ta’ Deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kustodja ta’
Minuri u dwar ir-restituzzjoni tal-Kustodja ta’ Minuri li kienet ġiet
iffirmata fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Mejju, 1980, għandha ssir fir-
Reġistru tal-Qorti ta’ l-Appell u magħha għandha tintehmeż kopja
awtentika tad-deċiżjoni. 
(12) L-applikazzjoni għandu jkun fiha kull dokument rilevanti
ieħor u l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li jkollhom jiġu notifikati
bil-preżentata ta’ l-applikazzjoni. 
(13) (a) Il-Qorti ta’ l-Appell tista’ b’ordni tagħti direttivi
sabiex tiżgura l-iżvelar ta’ kull informazzjoni dwar xi
minuri li jkun is-suġġett ta’ proċedimenti taħt it-
Taqsima II ta’ l-Att u sabiex jitħares il-benesseri
tiegħu.
(b) Malli tiġi reġistrata deċiżjoni dwar il-kustodja, ir-
Reġistratur tal-Qorti ta’ l-Appell għandu javża lid-
Direttur responsabbli għall-Welfare u lil kull persuna
oħra li l-Qorti tista’ tqis li jkun meħtieġ bir-
reġistrazzjoni tad-deċiżjoni u d-data meta din tkun
saret. 
(14) Meta r-reġistrazzjoni ta’ xi deċiżjoni kif provdut fl-artikolu
19(1) u (2) ta’ l-Att tiġi kanċellata jew mibdula, l-Qorti ta’ l-Appell
għandha tinnotifika b’dak it-tħassir lill-persuni li kienu ġew
notifikati bir-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni, lid-Direttur responsabbli
għall-Welfare u lil kull persuna oħra li l-Qorti tista’ tqis li jkun
meħtieġ. 
Kap. 410.
(15) Għall-għanijiet ta’ din ir-regola u kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra, "Att" tfisser l-Att dwar is-
Sekwestru u l-Kustodja ta’ Minuri.
Il-kawżi 
jinstemgħu b’ordni 
kronoloġiku.
Kap. 12.
9. Meta jkun qed jagħmel il-lista msemmija fl-artikolu 194
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, ir-Reġistratur
għandu jimxi skond dawk id-direttivi li jistgħu jingħatawlu mill-
qorti li għandha tara li, kemm jista’ jkun possibbli, il-kawżi
jinstemgħu u jinqatgħu fl-ordni kronoloġiku li fih ikun ġie
preżentat fir-reġistru tal-qorti l-att promotorju tal-kawża. Mhux il-
kawżi kollha li qegħdin fi stat li jistgħu jinstemgħu għandhom
jitqegħdu fuq il-lista, iżda dawk biss li l-imħallef iqis li jista’
jittratta f’seduta partikolari:
Iżda mingħajr preġudizzju għal kull ħaġa oħra li tinsab f’xi
liġi oħra, għandhom jitqegħdu l-ewwel għas-smigħ, u fil-fatt
jinstemgħu l-ewwel, dawk il-kawżi li jkunu -
(i) kawżi ta’ ritrattazzjoni;
Kap. 12.
(ii) kawżi ta’ spoll imsemmija fl-artikolu 791 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;
(iii) kawżi dwar disprezz tal-qorti;
(iv) kawżi li min-natura tagħhom stess jenħtieġ li
jiġu trattati bi speditezza ikbar.
PRATTIKA U L-PROĊEDURA TAL-QRATI ġ L.S.12.09 5
Ix-xhieda li jitħarrku għal seduta partikolari għandhom,
fejn hu possibbli, jinstemgħu f’dik is-seduta.
Differiment tal-
kawżi.
Kap. 12.
10. Għall-finijiet ta’ l-artikoli 195 u 212 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dawn li ġejjin jistgħu jitqiesu
bħala ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw talba għal
differiment ta’ kawża:
(a) mard temporanju ta’ l-avukat ta’ xi parti;
(b) ftehim bejn il-partijiet għal differiment, imwassal lill-
qorti mhux inqas minn tmienja u erbgħin siegħa qabel
id-data tas-smigħ tal-kawża, sakemm il-qorti ma tkunx
tal-fehma li dak il-ftehim ikun qed itawwal
irraġonevolment il-proċedimenti; u
(ċ) kull ċirkostanza oħra speċjali li l-qorti tqis bħala
waħda serja, eċċezzjonali u suffiċjenti.
Kull waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi, li jiġġustifikaw it-
talba u l-akkoljiment ta’ differiment, għandha titniżżel f’verbal u
tiġi reġistrata fl-atti tal-kawża.
Kif jitmexxew il-
proċedimenti.
11. (1) Il-provi fil-kawża jew jinstemgħu direttament mill-
ġudikant jew isiru permezz ta’ affidavit, ħlief f’dawk il-każijiet li
minħabba n-natura stess tal-kawża, ikun hemm il-bżonn ta’
intervent ta’ perit tekniku li fejn hu possibbli jassisti l-qorti waqt
is-smigħ tax-xiehda fis-seduta viva voce, u f’każ ta’ bżonn jisma’ l-
provi f’seduta apposta anke bl-assistenza ta’ perit ġudizzjarju jew
assistent ġudizzjarju.
Kap. 12.
(2) Fl-ewwel appuntament tal-kawża, il-Qorti għandha tara li
jiġu identifikati u verbalizzati l-punti ta’ fatt u ta’ liġi in
kontestazzjoni u li l-partijiet jindikaw kemm jista’ jkun bi
preċiżjoni u jivverbalizzaw l-oġġett tal-prova ta’ kull xhud indikat
skond l-artikolu 561 anke sabiex tassigura aħjar l-applikazzjoni ta’
l-artikolu 558 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(3) Fl-ewwel seduta ta’ kull kawża il-qorti għandha -
(a) jew tappunta data jew dati konsekuttivi, li fihom
jinstemgħu x-xhieda kollha tal-partijiet sad-
differiment għas-sentenza, u fejn dak l-appuntament
ta’ dati konsekuttivi ma jkunx possibbli, tappunta dati
li jkunu kemm jista’ jkun viċini sabiex jintlaħaq l-
istess skop;
(b) jew fil-każ ta’ qbil bejn il-partijiet (li xi waħda mill-
partijiet titlob) li l-provi kollha jsiru permezz ta’
affidavit (jew meta l-qorti ma tkunx f’pożizzjoni li
tiffissa appuntament għas-smigħ viva voce), il-qorti
għandha tistabbilixxi żminijiet li fihom kull waħda
mill-partijiet ikollha tagħmel il-provi tagħha kollha
permezz ta’ affidavit u sussegwentement, id-data li
fiha għandu jsir il-kontroeżami tax-xhieda mogħtija
bl-affidavit, jekk dan ikun intalab.
(4) It-termini li jingħataw skond is-sub-regola (3) ta’ din ir-
regola jistgħu jiġġeddu mill-Qorti għal raġunijiet validi u serji li
għandhom jitniżżlu fl-ordni li jingħata.
6 L.S.12.09 ħ PRATTIKA U L-PROĊEDURA TAL-QRATI
Kap. 12.
(5) Jekk ikun hemm xhud li ma jkunx irid jikkopera ma’ xi
waħda mill-partijiet u ma jkunx irid jagħmel affidavit, dik il-parti
għandha titlob fl-aqsar żmien possibbli, permezz ta’ rikors skond
ma hemm maħsub fl-artikolu 97A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, biex dak ix-xhud jiġi ordnat jidher u jixhed
quddiem l-assistent ġudizzjarju skond l-imsemmi artikolu 97A.
(6) Fil-kawżi ġodda l-attur jew wieħed mill-atturi, u l-konvenut
jew wieħed mill-konvenuti, flimkien ma’ ċitazzjoni u man-nota ta’
eċċezzjonijiet, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ġuramentata
b’mod ċar u dettaljat, biex jipprova dak li ġie allegat fiċ-ċitazzjoni
jew nota ta’ eċċezzjonijiet. Din id-dikjarazzjoni tkun tammonta
għax-xiehda tal-parti fil-kawża, u l-parti tiddikjara fiha li taf
personalment bil-fatti dikjarati.
In-nomina ta’ periti 
ġudizzjarji 
għandha tkun 
ristretta.
12. (1) In-nomina ta’ periti ġudizzjarji għandha tkun ristretta
għal każijiet speċjali u partikolari fejn tassew ikun meħtieġ billi l-
każ ikun jirrikjedi konoxxenza speċjalizzata f’qasam partikolari
tal-liġi. Kull meta ġħandha ssir nomina bħal din, il-qorti għandha
tindika b’mod ċar u preċiż fid-digriet tagħha r-raġunijiet u l-
ġustifikazzjoni għal dik in-nomina.
(2) Fil-każ fejn jinħatru periti ġudizzjarji, kull xiehda għandha
ssir permezz ta’ dikjarazzjoni ġuramentata quddiem l-istess perit
ġudizzjarju u d-disposizzjoniet tar-regola 11(3)(b) u (5) għandhom
japplikaw. Il-Qorti għandha f’kull każ tordna lill-perit li
jirrapportalha xi jkun ġara fid-dati indikati minnha, sabiex l-istess
qorti tkun f’qagħda li tista’ tiżgura li l-ordnijiet tagħha jkunu
twettqu. Il-Qorti għandha tappunta wkoll data meta għandu jiġi
ppreżentat ir-rapport finali.
L-ilbies ta’ l-
avukati.
13. L-avukati li jidhru quddiem xi waħda mill-Qrati Superjuri
għas-smigħ ta’ kawża għandhom jilbsu libsa ta’ lewn ikħal skur,
griż skur jew iswed, jew qalziet iswed irrigat u ġakketta sewda,
qmis bajda b’ingravata jew bow-tie suwed, griżi jew bojod u toga
sewda.
L-avukati nisa għandhom jilbsu lbiesi ta’ lewn iswed jew
ta’ lewn ikħal jew griż skur, jew blouse abjad u dublett iswed u
dejjem taħt toga sewda.
Avukat li ma jikkonformax ruħu ma’ dawn il-ħtiġiet ma
jkollux jedd ta’ smigħ.
