QSIM TA’ SEZZJONIJIET FIL-QORTI TA’ L-APPELL ġ L.S.12.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.10
ORDNI DWAR ID-DIVIŻJONI F’SEZZJONIJIET 
FIL-QORTI TA’ L-APPELL
29 ta’ April, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 50 ta’ l-1994, kif emendat bl-Avviż Legali 58 ta’ l-
1994.
Titolu.
f’Sezzjonijiet fil-Qorti ta’ l-Appell.
Jitwaqqfu żewġ 
sezzjonijiet fil-
Qorti ta’ l-Appell.
2. In-numru ta’ sezzjonijiet fil-Qorti ta’ l-Appell ikun ta’
tnejn. Dawn is-sezzjonijiet għandhom jissejjħu rispettivament
bħala l-Qorti ta’ l-Appell (L-Ewwel Sezzjoni) u l-Qorti ta’ l-Appell
(It-Tieni Sezzjoni).
Kawżi pendenti 
quddiem il-Qorti 
ta’ l-Appell qabel 
id-dħul fis-seħħ ta’ 
dan l-Ordni.
Kap. 12.
3. (1) Dawk il-kawżi u proċedimenti oħra li kienu pendenti
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell u li kienu ġew imqegħda fuq il-lista
għas-smiegħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Ordni għandhom,
kemm-il darba ma jiġix provdut mod ieħor fir-regoli li għandhom
isiru bis-saħħa ta’ l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili skond l-artikolu 41(3) ta’ l-imsemmi Kodiċi, jiġu
trattati mill-Qorti ta’ l-Appell (L-Ewwel Sezzjoni).
(2) Kemm-il darba ma jiġix provdut mod ieħor fir-regoli
msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ta’ dan l-Ordni, u
sakemm ma jsirux arranġamenti oħra dwar dan, il-kawżi pendenti
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Ordni
u li ġew assenjati b’mod speċjali lill-imħallfin li kienu ġew
surrogati biex joqogħdu f’dik il-qorti, għandhom jibqgħu hekk
assenjati daqslikieku dawk l-imħallfin kienu ġew surrogati biex
joqogħdu fil-Qorti ta’ l-Appell (L-Ewwel Sezzjoni).
Astensjoni jew 
rikuża ta’ imħallef 
f’xi sezzjoni.
Sostitwit:
A.L. 58 ta’ l-1994.
4. Meta f’xi kawża xi wieħed mill-imħallfin f’xi sezzjoni
jastjeni jew jiġi rikużat u dik ir-rikuża tiġi aċċettata, għandha ssir
surroga skond il-liġi ta’ mħallef ieħor biex joqgħod minfloku f’dik
is-sezzjoni għas-smiegħ ta’ dik il-kawża, li għandha tkompli
tinstema fis-sezzjoni li lilha jkun ġie assenjat dak il-każ.
