DISTRIBUZZJONI TA’ KAWŻI FIL-QORTI TA’ L-APPELL ġ L.S.12.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.11
REGOLI DWAR ID-DISTRIBUZZJONI TA’ 
KAWŻI FIL-QORTI TA’ L-APPELL
29 ta’ April, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 51 ta’ l-1994.
Titolu.
Distribuzzjoni ta’ Kawżi fil-Qorti ta’ l-Appell.
Distribuzzjoni ta’ 
kawżi quddiem l-
Ewwel u t-Tieni 
Sezzjoni.
2. Il-Prim Imħallef għandu jassenja u jappunta l-kawżi li
għandhom jiġu trattati mit-Tieni Sezzjoni tal-Qorti ta’ l-Appell, u
mhux mill-Ewwel Sezzjoni tal-istess qorti, u dan a bażi ta’ dawn il-
prinċipji:
(a) il-kawżi li għandhom jiġu appuntati għandhom kemm
jista’ jkun isegwu kronoloġikament dawk li f’kull
xahar jiġu appuntati fl-Ewwel Sezzjoni tal-qorti b’mod
illi dawn l-appuntamenti jkunu f’funzjoni sussidjarja
għall-appuntamenti quddiem l-Ewwel Sezzjoni;
(b) l-ebda kawża li s-sentenza tagħha tkun ġiet
pronunzjata minn xi wieħed mill-imħallfin komponenti
t-Tieni Sezzjoni m’għandha tiġi assenjata lil dik is-
sezzjoni;
(ċ) l-ebda appell minn sentenza tal-Qorti t’Għawdex
m’għandu jinstema mit-Tieni Sezzjoni;
(d) appelli li prima facie jidhru li huma ta’ natura
komplessa jew komplikata jew li jkunu jeħtieġu
trattazzjoni li teħtieġ aktar minn seduta waħda,
għandhom normalment jinstemgħu mill-Ewwel
Sezzjoni.
