NOTIFIKA TA’ ATTI ĠUDIZZJARJI BIL-POSTA ġ L.S.12.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.12
REGOLI DWAR IN-NOTIFIKA TA’ ATTI 
ĠUDIZZJARJI BIL-POSTA
1 ta’ Ottubru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 132 ta’ l-1995.
Titolu.
Atti Ġudizzjarji bil-Posta.
Tifsir.
"att ġudizzjarju" tfisser kull att jew skrittura preżentata fir-
reġistru, jew li toħroġ minn, xi Qorti, Tribunal jew Bord f’Malta, u
kull att jew skrittura preżentata, jew li toħroġ minn, xi Qorti,
Tribunal jew Bord barra minn Malta, li tista’, bis-saħħa ta’ xi liġi
jew trattat, tiġi notifikata lil xi persuna f’Malta, iżda ma tinkludix
il-mandati u l-ordnijiet imsemmija fit-Titolu VII tat-Tieni Ktieb u
fit-Titolu VI tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi;
Kap. 12.
"Qorti" tfisser kull qorti imsemmija fl-artikoli 3 u 4 tal-Kodiċi;
Kap. 304.
Att dwar ir-Ratifika ta’ Trattati.
Notifika bil-posta.
xi qorti ma tordnax xort’oħra, issir bil-posta reġistrata, u għandha
ssir applikazzjoni għal avviż ta’ konsenja meta tiġi mpustata:
Iżda r-Reġistratur jista’, meta tingħata raġuni xierqa fuq
talba tal-parti li tippreżenta l-att ġudizzjarju, jordna li n-notifika
ssir mill-uffiċjali eżekuturi tal-qrati.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola ma għandhomx
japplikaw għar-rigward ta’ -
(a) rikorsi ta’ l-appell; 
Kap. 319.
(b) rikorsi li jsiru bis-saħħa tad-disposizzjonijiet tal-
Kostituzzjoni u ta’ l-Att dwar il-Konvenzjoni
Ewropea;
(ċ) ċitazzjonijiet; u
(d) rikorsi msemmija fit-Taqsima II tat-Tieni Ktieb tal-
Kodiċi.
L-atti għandhom 
jingħalqu 
f’invilopp.
4. Il-kopji ta’ l-atti ġudizzjarji li jkunu ser jiġu notifikati bil-
posta kif imsemmi qabel għandhom jingħalqu ġewwa invilopp li
jkollu fuqu l-kliem "Att Ġudizzjarju" f’post fejn jidher sewwa.
Dmirijiet ta’ l-
uffiċjali eżekuturi 
tal-qrati.
5. Meta n-notifika tkun ser issir bil-posta, l-uffiċjali eżekuturi
tal- qrati għandhom -
(a) iħejju d-dokumenti postali meħtieġa għal dik in-
notifika, u jippreżentaw l-invilopp relattiv bl-iskrittura
magħluqa ġewwa fih fl-uffiċċju tal-posta;
2 L.S.12.12 ħ NOTIFIKA TA’ ATTI ĠUDIZZJARJI BIL-POSTA
(b) jinnotaw f’reġistru miżmum għal hekk, il-
partikolaritajiet fl-att ġudizzjarju msemmi fl-artikolu
174 tal-Kodiċi, id-data tal-preżentata fir-reġistru u n-
numru ta’ l-uffiċċju tal-kaxxier tar-reġistru immarkat
fuq l-att ġudizzjarju, in-numru mogħti mill-
awtoritajiet tal-posta lill-invilopp li fih ikun ġie
magħluq l-att ġudizzjarju biex jiġi impustat, u, jekk in-
notifika tkun saret, id-data ta’ dik in-notifika u d-data
meta jiġi lura l-avviż tal-konsenja;
(ċ) jagħmlu ċertifikat fejn jingħad jekk in-notifika saritx
jew le u li fih għandhom jidħlu wkoll il-
partikolaritajiet imsemmija fl-artikolu 188 tal-Kodiċi;
(d) jgħarrfu lill-parti li tippreżenta l-iskrittura, jew lill-
avukat jew prokuratur legali tagħha, jekk in-notifika
tkunx saret jew le, u jekk tkun saret, meta.
