ĠRANET U L-ĦINIJIET TAX-XOGĦOL TAL-FTUĦ 
U L-GĦELUQ TAR-REĠISTRI TAL-QRATI ġ L.S.12.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.13
REGOLAMENTI DWAR IL-ĠRANET U 
L-ĦINIJIET TAX-XOGĦOL TAL-FTUĦ U 
L-GĦELUQ TAR-REĠISTRI TAL-QRATI
1 ta’ Ottubru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 59 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 95 ta’ l-
2001.
Titolu.
Ġranet u l-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ftuħ u l-Għeluq tar-Reġistri tal-
Qrati.
Ġranet u ħinijiet 
tax-xogħol tar-
reġistri tal-qrati.
2. Ir-reġistri tal-Qrati kemm Superjuri kif ukoll Inferjuri
għandhom jinfetħu għall-preżentata ta’ atti ġudizzjarji fil-ġranet u
fil-ħinijiet li ġejjin:
Bejn l-1 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Ġunju: 
Bejn id-9.00 a.m. u t-3.00 p.m.
Bejn is-16 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru: 
Bejn it-8.00 a.m. u nofs in-nhar.
Ġranet ta’ l-għeluq 
tar-reġistri tal-
qrati.
Kap. 12.
Kap. 352.
3. Bla ħsara għall-proviso li hemm fl-artikolu 109(2) tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, ir-Reġistri
msemmija m’għandhomx jinfetħu għall-preżentata ta’ atti
ġudizzjarji nhar ta’ Sibt, fil-btajjel pubbliċi kif ipprovdut fl-Att
dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra, u nhar l-Erbgħa u
nhar il-Ħamis tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Provvediment 
dwar id-9 ta’ 
Mejju, 2001.
Kap. 12.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u bla
ħsara għall-proviso ma’ l-artikolu 109(2) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, ir-reġistri tal-Qrati Superjuri u
Inferjuri m’għandhomx jinfetħu għall-preżentata ta’atti ġudizzjarji
fid-9 ta’ Mejju, 2001.
