RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI 
TA’ PROFESSJONISTI LEGALI ġ L.S.12.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.17
REGOLAMENTI DWAR IR-RIKONOXXIMENT 
REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI TA’ 
PROFESSJONI LEGALI
1 ta’ Mejju, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 273 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviż Legali 55 ta’ l-
2004.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-2004.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar
Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki ta’ Professjonisti Legali.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jibdew jseħħu fl-1 ta’
Mejju, 2004.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 450.
Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, u fir-rigward tal-
professjoni legali, tirreferi għall-President ta’ Malta;
Kap. 12.
"Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni
tal-Ġustizzja stabbilita bl-artikolu 101A tal-Kostituzzjoni;
"eżerċizzju effettiv u regolari" tfisser l-eżerċizzju attwali ta’ l-
attività  mingħajr ebda interruzzjoni ħlief dik li tirriżulta mill-
ġrajjiet tal-ħajja ta’ kuljum;
"professjoni legali" tfisser persuna li tkun ċittadin ta’ Stat li
jkollu Ftehim u li tkun awtorizzata teżerċita l-attivitajiet
professjonali tagħha taħt xi wieħed mit-titoli professjonali li
jikkorrispondu għal dak ta’ professjonist legali u prokuratur legali
li jistgħu jkunu speċifikati mill-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja minn żmien għal żmien, fi Skedi ma’ dawn ir-regolamenti
u "professjoni legali" għandha tiftiehem skond hekk;
"Stat domestiku li jkollu Ftehim" tfisser l-Istat li jkollu Ftehim
fejn professjonist legali ikun kiseb id-dritt li juża xi wieħed mit-
titoli professjonali li jistgħu jkunu speċifikati mill-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja minn żmien għal żmien, fi Skedi ma’
dawn ir-regolamenti;
"titolu professjonali li jintuża f’pajjiżu" tfisser it-titolu
professjonali użat fl-Istat li jkollu Ftehim fejn professjonist legali
ikun kiseb id-dritt li juża dak it-titolu qabel ma jibda jeżerċita l-
professjoni legali f’Malta;
"titolu professjonali rilevanti" jew "professjoni rilevanti" tfisser
it-titolu professjonali jew il-professjoni regolata mill-awtorità
nominata f’Malta.
Dritt ta’ prattika 
taħt it-titolu 
professjonali li 
jintuża f’pajjiżu.
3. Professjonist legali ikollu jedd jeżerċita fuq bażi
permanenti jew temporanja f’Malta taħt it-titolu professjonali li
jkun jintuża f’pajjiżu, dawk l-attivitajiet speċifikati fir-regolament
2
L.S.12.17 ħ
RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI 
TA’ PROFESSJONISTI LEGALI
7.
Reġistrazzjoni ma’ 
l-awtorità  
nominata.
4. (1) Professjonist legali li jkun irid jipprattika f’Malta
għalkemm ikun kiseb il-kwalifika professjonali tiegħu fl-Istat
domestiku li jkollu Ftehim għandu jirreġistra ruħu ma’ l-awtorità
nominata.
(2) L-awtorità  nominata għandha tirreġistra lill-professjonist
legali malli dan jippreżenta ċertitikat li jkun jixhed għar-
reġistrazzjoni tiegħu ma’ l-awtorità  kompetenti fl-Istat lokali
domestiku li jkollu Ftehim.
(3) L-awtorità  nominata tista’ titlob li, meta tiġi ppreżentata
mill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat domestiku li jkollu Ftehim, iċ-
ċertitikat ma jkunx ilu li ħareġ iżjed minn tliet xhur qabel.
(4) L-awtorità  nominata għandha tgħarraf lill-korp li jkun
kontroparti fl-Istat domestiku li jkollu Ftehim bir-reġistrazzjoni
f’Malta.
Prattika taħt it-
titolu professjonali 
li jintuża f’pajjiżu.
5. (1) Meta professjonist legali ikun qiegħed jeżerċita
f’Malta taħt it-titolu professjonali tiegħu li jintuża f’pajjiżu, dak it-
titolu għandu jkun espress fl-ilsien uffiċjali jew f’xi wieħed mill-
ilsna uffiċjali ta’ l-Istat domestiku li jkollu Ftehim, b’mod
intelliġibbli u b’dak il-mod li jkun jevita konfużjoni mat-titolu
professjonali użat f’Malta.
(2) Ghall-fini ta’ l-applikazzjoni tas-subregolament (1), l-
awtorità  nominata tista’ titlob lil professjonist legali li jkun qed
jipprattika taħt it-titolu professjonali tiegħu li jintuża f’pajjiżu,
jindika liema jkun il-korp professjonali li huwa jkun membru
tiegħu fl-Istat domestiku li jkollu Ftehim, jew liema tkun l-awtorità
ġudizzjarja li huwa jkollu jedd jeżerċita quddiemha konformement
mal-liġijiet ta’ l-Istat domestiku li jkollu Ftehim.
(3) L-awtorità  nominata tista’ wkoll teħtieġ lil professjonist
legali li jkun qed jeżerċita taħt it-titolu professjonali tiegħu li
jintuża f’pajjiżu, jinkludi riferenza għar-reġistrazzjoni tiegħu ma’
l-awtorità  kompetenti f’dak l-Istat.
Trattament ugwali 
daqs professjonist 
legali f’Malta.
L.S. 450.01
6. (1) Professjonist legali li jkun jeżerċita taħt it-titolu
professjonali tiegħu li jintuża f’pajjiżu f’Malta jista’, f’kull waqt,
japplika biex ikollu l-grad tiegħu rikonoxxut skond it-Taqsima I
tar-Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ l-
Edukazzjoni u t-Taħriġ Professjonali, bil-għan li jikseb dħul fil-
professjoni legali f’Malta u li jeżerċitaha taħt it-titolu professjonali
li jkun jikkorrispondi għall-professjoni f’Malta u ma għandux jibda
hekk jeżerċita qabel ma jkun kiseb dak ir-rikonoxximent.
(2) Professjonist legali li jipprattika taħt it-titolu professjonali
tiegħu li jintuża f’pajjiżu li jkun effettivament u regolarment
eżerċita għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin attività  f’Malta li
tirrigwarda l-liġi ta’ Malta għandu, bil-għan li jikseb dħul fil-
professjoni legali f’Malta, ikun eżentat mill-awtorità  nominata
mill-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolament 9(2) tar-Regolamenti
dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ l-Edukazzjoni u t-Taħriġ
Professjonali.
(3) Tkun ir-responsabbiltà  tal-professjonist legali involut li
RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI 
TA’ PROFESSJONISTI LEGALI ġ L.S.12.17 3
jissupplixxi lill-awtorità  nominata prova ta’ dak l-eżerċizzju
regolari effettiv għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin ta’ xi attività
fil-liġi ta’ Malta. Għal dak 1-iskop:
(a) il-professjonist legali għandu jagħti lill-awtorità
nominata kull informazzjoni u dokumentazzjoni
rilevanti, notevolment dwar l-għadd ta’ suġġetti li jkun
ittratta u x-xorta tagħhom;
(b) l-awtorità  nominata tista’ tivverifika ix-xorta effettiva
u regolari ta’ l-attività  eżerċitata u tista’, jekk ikun
meħtieġ, titlob lill-professjonist legali jipprovdi, bil-
fomm jew bil-miktub, kjarifika jew dettalji ulterjuri
dwar l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija
fil-paragrafu (a).
Kap. 450.
(4) Meta ma tingħatax eżenzjoni skond is-subregolamenti (2) u
(3), l-awtorità  nominata għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għal dak
ir-rifjut u jkun jista’ jsir appell minn kull deċiżjoni li tittieħed
quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’
Kwalifiki stabbilit taħt 1-artikolu 7 ta’ l-Att dwar ir-
Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki.
L.S.450.41
(5) Professjonist legali li jippratika taħt it-titolu professjonali
tiegħu li jintuża f’pajjiżu li jkun effettivament u regolarment
eżerċita xi attività  professjonali f’Malta għal perjodu ta’ mill-inqas
tliet snin imma għal perjodu iqsar fil-liġi ta’ Malta jista’ jikseb
mingħand l-awtorità  nominata dħul fil-professjoni legali f’Malta u
d-dritt li jeżerċita taħt it-titolu professjonali li jkun jikkorrispondi
għall-professjoni f’Malta mingħajr ma jkollu jħares il-
kondizzjonijiet imsemmija fir-regolament 9(2) tar-Regolamenti
dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ l-Edukazzjoni u t-Taħriġ
Professjonali, taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri stabbiliti
hawn isfel:
(a) L-awtorità  nominata għandha tqis kull attività
professjonali effettiva u regolari eżerċitata matul il-
perjodu hawn qabel imsemmi u kull għarfien u
esperjenza professjonali tal-liġi ta’ Malta, u kull
attendenza f’lectures jew seminars fuq il-liġi ta’
Malta, inklużi r-regoli li jirregolaw il-prattika u l-
imġieba professjonali.
(b) Il-professjonist legali għandu jipprovdi lill-awtorità
nominata kull informazzjoni u dokumentazzjoni
rilevanti, b’mod partikolari fuq is-suġġetti li huwa
jkun ittratta. Għandha ssir stima ta’ l-attività  effettiva
u regolari tal-professjonist legali f’Malta u stima ta’ l-
abbiltà  tiegħu li jkompli dik l-attività  li jkun eżerċita
għandha ssir permezz ta’ intervista ma’ l-awtorità
nominata sabiex tiġi verifikata x-xorta regolari u
effettiva ta’ l-attività  eżerċitata.
Kap. 450.
(6) Meta ma tingħatax awtorizzazzjoni skond is-subregolament
(5), l-awtorità  nominata għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għal dak
ir-rifjut, u jista’ jsir appell mid-deċiżjoni quddiem il-Bord ta’ l-
Appelli dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, stabbilit
taħt l-artikolu 7 ta’ l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’
4
L.S.12.17 ħ
RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI 
TA’ PROFESSJONISTI LEGALI
Kwalifiki.
(7) L-awtorità  nominata tista’, b’deċiżjoni motivata li jista’
jsir appell minnha quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar ir-
Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki stabbilit bl-artikolu 7 ta’ l-
Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, tirrifjuta milli
tippermetti lill-professjonist legali il-benefiċċju tad-
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jekk din tikkonsidra li dan
ikun imur kontra l-interess pubbliku, b’mod partikolari minħabba fi
proċedimenti dixxiplinari, ilmenti jew inċidenti ta’ kull xorta.
(8) L-awtorità  nominata li tkun responsabbli biex tikkonsidra
l-applikazzjoni għandha tippreserva l-konfidenzjalità  ta’ kull
informazzjoni riċevuta.
(9) Professjonist legali li jikseb dħul fil-professjoni legali
f’Malta skond is-subregolamenti (1) sa (6) ikollu jedd juża t-titolu
professjonali tiegħu li jintuża f’pajjiżu, kif espress fl-ilsien uffiċjali
jew f’xi wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat domestiku li jkollu
Ftehim, flimkien mat-titolu professjonali li jkun jikkorrispondi
għall-professjoni legali f’Malta.
Area ta’ attività . 7. (1) Professjonist legali li jkun qed jipprattika taħt lt-titolu
professjonali tiegħu li jintuża f’pajjiżu, jibqa’ għaddej bl-istess
attivitajiet professjonali bħala professjonist legali li jkun qed
jipprattika taħt it-titolu professjonali rilevanti użat f’Malta u jista’,
fost affarijiet oħra, jagħti pariri fuq il-liġi ta’ l-Istat domestiku li
jkollu Ftehim, fuq id-dritt internazzjonali u fuq il-liġi f’Malta.
Huwa għandu f’kull każ iħares ir-regoli ta’ proċedura applikabbli
fil-qrati ta’ Malta.
(2) Professjonisti legali li jkunu qegħdin jeżerċitaw taħt titolu
professjonali li jintuża f’pajjiżu ma għandhomx jeżerċitaw bħala
Nutar Pubbliku f’Malta.
(3) Għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet li jirrigwardaw ir-
rappreżentazzjoni jew id-difiża ta’ klijent fi proċedimenti legali u
sakemm il-liġi f’Malta tkun tirriserva dawk l-attivitajiet għal
professjonisti legali li jeżerċitaw taħt it-titolu professjonali
rilevanti f’Malta, l-awtorità  nominata għandha tkun teħtieġ lill-
professjonisti legali li jeżerċitaw taħt it-titoli professjonali ta’
pajjiżhom li jaħdmu flimkien ma’ professjonisti legali li jeżerċitaw
quddiem il-Qrati ta’ Malta u li jkunu, meta jkun hekk meħtieġ,
tenuti responsabbli quddiem dawk il-qrati.
Regoli ta’ mġieba 
professjonali 
applikabbli.
8. Irrespettivament mir-regoli ta’ mġieba professjonali li
professjonist legali jkun soġġett għalihom fi Stat domestiku li
jkollu Ftehim, professjonist legali li jkun jeżerċita taħt it-titolu
professjonali tiegħu li jintuża f’pajjiżu għandu jkun soġġett għall-
istess regoli ta’ mġieba professjonali bħala professjonisti legali li
jeżerċitaw taħt it-titolu professjonali rilevanti f’Malta fir-rigward
ta’ l-attivitajiet li jeżerċita f’Malta.
Proċedimenti 
dixxiplinari.
9. (1) Fil-każ ta’ nuqqas minn professjonist legali li jkun
jeżerċita taħt it-titolu professjonali domestiku tiegħu li jwettaq l-
obbligazzjonijiet li jkunu fis-seħħ f’Malta, għandhom japplikaw ir-
regoli ta’ proċedura, penalitajiet u rimedji li hemm provdut
dwarhom f’Malta.
RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI 
TA’ PROFESSJONISTI LEGALI ġ L.S.12.17 5
(2) Qabel ma jinbdew proċedimenti dixxiplinari kontra
professjonist legali li jkun jeżerċita taħt it-titolu professjonali
tiegħu li jintuża f’pajjiżu, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-
awtorità  kompetenti fl-Istat domestiku li jkollu Ftehim kemm jista’
jkun malajr, billi jibgħatlu d-dettalji kollha rilevanti.
(3) Is-subregolament (2) għandu japplika mutatis mutandis
meta proċedimenti dixxiplinari jkunu ġew mibdija mill-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat domestiku li jkollu Ftehim, li għandu jgħarraf
lill-Kummissjoni skond hekk.
(4) Mingħajr preġudizzju għas-setgħa li għandha li tagħmel
deċiżjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkoopera matul il-
proċedimenti dixxiplinari kollha ma’ l-awtorità  kompetenti fl-Istat
domestiku li jkollu Ftehim. B’mod partikolari, il-Kummissjoni
għandha tieħu dawk il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-
awtorità  kompetenti fl-Istat domestiku li jkollu Ftehim tkun tista’
tagħmel sottomissjonijiet quddiem il-korpi responsabbli għas-
smigħ ta’ l-appell.
(5) L-awtorità  kompetenti fl-Istat domestiku li jkollu Ftehim
għandha tiddeċiedi liema azzjoni għandha tittieħed, taħt ir-regoli
proċedurali u sostantivi tagħha, fil-qies ta’ deċiżjoni tal-
Kummissjoni dwar professjonist legali li jkun jeżerċita taħt it-titolu
professjonali tiegħu li jintuża f’pajjiżu.
(6) Għalkemm ma jkunx prerekwiżit għad-deċiżjoni tal-
Kummissjoni, l-irtirar temporanju jew permanenti mill-awtorità
kompetenti fl-Istat domestiku li jkollu Ftehim, ta’ l-awtorizzazzjoni
li tiġi eżerċitata l-professjoni għandu awtomatikament iwassal lill-
professjonist legali involut li jkun temporanjament jew
permanentement projbit milli jeżerċita taħt it-titolu professjonali
tiegħu li jintuża f’pajjiżu f’Malta.
Prattika li dwarha 
jitħallas salarju.
10. Professjonist legali reġistrat f’Malta taħt it-titolu
professjonali tiegħu li jintuża f’pajjiżu jista’ jeżerċita bħala
professjonist legali li jitħallas salarju filwaqt li jkun impjegat ma’
xi professjonist legali ieħor, assoċjazzjoni jew ditta ta’
professjonisti legali, jew impriża pubblika jew privata daqstant
kemm l-awtorità  nominata tkun hekk tippermetti dwar
professjonisti legali reġistrati taħt it-titolu professjonali użat
f’Malta.
Deċiżjoni ta’ l-
awtorità  nominata 
u appell.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-2004.
11. (1) L-awtorità  nominata għandha tqis applikazzjoni kemm
jista’ jkun malajr daqskemm ikun raġonevolment prattikabbli, u
għandha tavża lill-applikant bid-deċiżjoni tagħha flimkien mar-
raġunijiet tagħha li jkunu jimmotivaw dik id-deċiżjoni b’dan li dak
li jiġi kkunsidrat ikun limitat għal evalwazzjoni tal-kwalifiki li
jkollu l-applikant.
Kap. 450.
(2) Għandu jkun hemm disponibbli rimedju għall-applikant
kontra tali deċiżjoni quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar ir-
Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki stabbilit taħt l-artikolu 7
ta’ l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki.
6
L.S.12.17 ħ
RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAL-KWALIFIKI 
TA’ PROFESSJONISTI LEGALI
Kooperazzjoni 
bejn l-awtorità  
nominata u l-korp 
li jkun kontroparti 
fl-Istat domestiku 
li jkollu Ftehim u l-
awtorità  nominata 
u konfidenzjalità .
12. (1) Sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti u sabiex jipprevjeni li dawn il-provvedimenti jiġu
applikati ħażin għall-fini unika li wieħed jaħrab b’qerq mir-regoli
applikabbli f’Malta, l-awtorità  nominata u l-korp li jkun
kontroparti fl-Istat domestiku li jkollu Ftehim, għandhom
jikkollaboraw mill-qrib u jagħtu lil xulxin kull assistenza reċiproka
oħra.
(2) Iż-żewġ awtoritajiet imsemmija fis-subregolament (1)
għandhom iżommu kull informazzjoni skambjata bejniethom bħala
waħda konfidenzjali.
