TWAQQIF TA’ SEZZJONIJIET
TAL-QRATI ĊIVILI ġ L.S.12.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.19
ORDNI DWAR IT-TWAQQIF TA’ 
SEZZJONIJIET TAL-QRATI ĊIVILI
16 ta’ Diċembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 396 ta’ l-2003, kif emendat bl-Avviż Legali 8 ta’ l-
2004.
Titolu.
Sezzjonijiet tal-Qrati Ċivili.
Il-Qorti Ċivili 
jkollha tliet 
Sezzjonijiet.
2. Ikun hemm tliet sezzjonijiet fil-Qorti Ċivili li għandu jiġi
assenjat lilhom, kif inhu provdut b’dan l-Ordni, il-kategorija ta’
kawżi, li sa issa kienu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ċivili
(Prim’Awla) u tal-Qorti Ċivili (Sekond’Awla), jew skond ma jista’
jiġi assenjat lill-Qorti Ċivili b’kull liġi.
Is-Sezzjonijiet.
Emendat:
A.L. 8 ta’ l-2004.
3. Is-sezzjonijiet tal-Qorti Ċivili jkunu dawn, is-Sezzjoni tal-
Familja, is-Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja u s-sezzjoni ta’
ġurisdizzjoni ġenerali li tissejjaħ il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili.
Assenjazzjoni ta’ 
kawżi tal-Qorti 
Ċivili (Sezzjoni 
tal-Familja).
4. Lill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) għandhom jiġu
assenjati dawk il-kawżi li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Ċivili u
li għandhom x’jaqsmu ma’:
Kap. 16.
Kap. 48.
Manteniment;
Kap. 242.
Manteniment;
Kap. 255
Kap. 410.
Assenjazzjoni ta’ 
kawżi lill-Qorti 
Ċivili (Sezzjoni ta’ 
Ġurisdizzjoni 
Volontarja).
Kap. 16.
5. Lill-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja)
għandhom jiġu assenjati dawk ir-rikorsi li jaqgħu fil-kompetenza
tal-Qorti Ċivili u li għandhom x’jaqsmu ma’:
(a) it-Titoli III, V, VI u VII ta’ l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi
Ċivili; u
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Assenjazzjoni ta’ 
kawżi lill-Prim’ 
Awla tal-Qorti 
Ċivili.
Emendat:
A.L. 8 ta’ l-2004.
6. Lill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili għandhom jiġu assenjati l-
kawżi kollha li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Ċivili u li ma jiġux
assenjati lis-Sezzjoni tal-Familja jew lis-Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni
Volontarja.
Ir-Reġistratur 
jassenja l-kawżi.
7. Bla ħsara għal kull regola tal-qorti jew ta’ xi regolament,
il-kawżi għandhom jiġu assenjati lis-sezzjonijiet differenti tal-
Qorti Ċivili mir-Reġistratur skond il-kategorija li l-kawża tkun
taqa’ taħtha.
2
L.S.12.19 ħ
TWAQQIF TA’ SEZZJONIJIET
TAL-QRATI ĊIVILI
Il-Prim Imħallef 
jistabbilixxi s-
Sezzjoni f’kawżi 
partikolari.
8. Meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil dwar jekk kawża
għandhiex tiġi assenjata lil xi Sezzjoni waħda jew oħra tal-Qorti
Ċivili, jew meta kawża tkun tinvolvi iktar minn kategorija waħda
skond ma għandhom jiġu assenjati lil Sezzjonijiet differenti tal-
Qorti Ċivili, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Prim Imħallef li
għandu mbagħad, in camera, jiddeċiedi dwar liema Sezzjoni
għandha tiġi assenjata l-kawża. Id-deċiżjoni tal-Prim Imħallef
għandha tiġi reġistrata fl-atti tal-kawża u tkun waħda finali. 
Qorti tal-Maġistrati 
(Għawdex) fil-
Ġurisdizzjoni 
Superjuri tagħha.
Kap. 12.
9. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
54 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, għandu jkun
hemm fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), fil-Ġurisdizzjoni
Superjuri tagħha, żewġ Sezzjonijiet li rispettivament jissemmew
''Is-Sezzjoni tal-Familja'' u ''Is-Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni
Ġenerali''. Lis-Sezzjoni tal-Familja għandhom jiġu assenjati kawżi
li jaqgħu fil-kompetenza ta’ dik il-Qorti fil-Ġurisdizzjoni Superjuri
tagħha u li huma regolati bid-disposizzjonijiet msemmija fl-
artikolu 4(a) sa (e) ta’ dan l-Ordni, u lis-Sezzjonijiet ta’
Ġurisdizzjoni Ġenerali għandhom jiġu assenjati kawżi li jaqgħu fil-
kompetenza ta’ dik il-Qorti fil-Ġurisdizzjoni Superjuri tagħha li
m’humiex assenjati lis-Sezzjoni tal-Familja jew li dwarhom l-
imsemmi artikolu 54 ta’ l-imsemmi Kodiċi ma japplikax. L-artikoli
7 u 9 ta’ dan l-Ordni għandhom mutatis mutandis ikunu applikabbli
għar-rigward ta’ kawżi li jaqgħu fil-kompetenza ta’ l-imsemmija
Qorti fil-Ġurisdizzjoni Superjuri tagħha għar-rigward ta’ l-
assenjazzjoni ta’ kawżi lid-diversi Sezzjonijiet.
