QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI 
ĊIVILI U IL-QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA) ġ S.L.12.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 12.20
REGOLAMENTI DWAR IL-QORTI ĊIVILI 
(SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA 
TAL-QORTI ĊIVILI U IL-QORTI TAL-
MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA)
16 ta’ Diċembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 397 ta’ l-2003, kif emendat bl-Avviż Legali 9 ta’ l-
2004.
Titolu.
Emendat:
A.L. 9 ta’ l-2004.
1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar Il-
Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u
Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġurisdizzjoni Superjuri)
(Sezzjoni tal-Familja).
Tifsir.
mod ieħor:
L.S. 12.19
(a) il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), il-Qorti Ċivili
(Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) u l-Qorti tal-
Maġistrati (Għawdex) (Ġurisdizzjoni Superjuri)
(Sezzjoni tal-Familja) huma rispettivament dawk is-
sezzjonijiet tal-qrati kif stabbiliti bl-Ordni dwar it-
Twaqqif ta’ Sezzjonijiet tal-Qrati Ċivili kif riprodott
fl-Iskeda;
(b) ''il-Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-
Ġustizzja.
Ħatra ta’ 
medjaturi, eċċ.
3. (1) Il-Ministru għandu skond l-artikolu 89 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jaħtar listi ta’ esperti kif ġej:
(a) lista ta’ esperti fl-affarijiet tal-familja (hawn iżjed ’il
quddiem f’dawn ir-regolamenti msejħa medjaturi) li
jkunu persuni li fil-fehma tal-Ministru jkollhom il-
kwalitajiet meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet assenjati
lil medjaturi b’dawn ir-regolamenti, liema lista tkun
magħmula minn żewġ listi kif ġej:
(i) l-ewwel lista li tkun tikkonsisti f’persuni li
jkunu kwalifikati kif hawn qabel imsemmi li
minn fosthom il-partijiet f’kawża jistgħu jagħżlu
bil-kunsens taż-żewġ naħat persuna biex
tagħmilha ta’ medjatur; u
(ii) it-tieni lista li tkun tikkonsisti f’persuni li jkunu
kwalifikati kif ingħad qabel u li jkunu maħtura
mill-Qorti abbażi ta’ roster biex jagħmluha ta’
medjaturi f’xi każ partikolari.
Persuna li jkollha l-kwalitajiet meħtieġa kif hawn
qabel imsemmi tista’ tkun inkluża kemm fl-ewwel kif
ukoll fit-tieni lista;
2 ġ S.L.12.20
QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI 
ĊIVILI U IL-QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA)
(b) lista ta’ esperti fil-liġi tal-familja (hawn iżjed ’il
quddiem f’dawn ir-regolamenti msejħa avukati tat-
tfal) li jkunu persuni li jkollhom il-warrant li
jeżerċitaw bħala avukati.
(2) Il-medjaturi u l-avukati tat-tfal għandhom jitħallsu dawk id-
drittijiet għas-servizzi li jagħtu skond ma l-Ministru jista’ minn
żmien għal żmien jistabbilixxi. Meta l-partijiet jagħżlu medjatur
b’kunsens taż-żewġ naħat minn l-ewwel lista ta’ medjaturi, id-
drittijiet dovuti lil dak il-medjatur għandhom jitħallsu mill-
partijiet, inkella d-drittijiet dovuti lill-medjaturi u lill-avukati tat-
tfal għandhom jitħallsu mir-Reġistratur.
(3) Qabel ma jagħmel il-ħatriet kif hawn qabel imsemmi, il-
Ministru għandu jikkonsulta lill-imħallef jew imħallfin li jkunu
qegħdin jippresjedu l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja).
(4) Qabel ma jibdew jaqdu d-dmirijiet tal-kariga tagħhom il-
medjaturi u l-avukati tat-tfal għandhom jieħdu ġurament quddiem l-
Avukat Ġenerali li jkunu se jaqdu d-dmirijiet tal-kariga tagħhom
fedelment u b’imparzjalità  u li ma jiżvelawx ebda informazzjoni li
jistgħu jiġu a konoxxenza tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom. Dak il-
ġurament għandu jiġi ppreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ċivili b’nota
u r-Reġistratur għandu jżomm dik in-nota fi ktieb speċjali, liema
ktieb għandu jkun indiċjat sew u li l-pubbliku jkun jista’ jarah fi
kwalunkwe ħin li matulu r-Reġistru jkun miftuħ.
(5) Medjatur jista’ jitlob li jastjeni milli jwettaq dmirijietu f’xi
każ partikolari u jista’ jiġi rikużat għall-istess raġunijiet li fuqhom,
skond il-liġi, mħallef jista’ jastjeni jew ikun rikużat. L-imħallef jew
maġistrat li jkun qed jippresjedi l-Qorti li quddiemha jkun qed jiġi
ttrattat il-każ għandu jiddeċiedi dwar dik it-talba għall-astensjoni
jew rikuża u d-deċiżjoni ta’ l-imħallef jew maġistrat, skond il-każ,
tkun waħda finali u ma jistax isir appell minnha jew terġa’
titqajjem quddiem ebda Qorti oħra.
Awtorizzazzjoni 
sabiex jinbdew 
proċeduri għal 
firda personali.
4. (1) Meta konjuġi tkun trid tipproċedi biex tibda kawża
għall-firda personali kontra l-konjuġi l-ieħor jew l-oħra, dik il-parti
għandha l-ewwel titlob l-awtorità  li tipproċedi mill-Qorti Ċivili
(Diviżjoni tal-Familja) jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
(Ġurisdizzjoni Superjuri) (Diviżjoni tal-Familja) skond il-każ, kull
wieħed minn dawn il-qrati, hawn iżjed ’il quddiem f’dawn ir-
regolamenti msejħa ''il-Qorti'', billi tippreżenta ittra għal dan il-
għan fir-reġistru tal-Qorti indirizzata lir-Reġistratur fejn fiha jiġi
indikat kemm l-isem u l-indirizz ta’ min ikun qed jippreżenta l-ittra
kif ukoll dawk tal-parti l-oħra u jitolbu lill-Qorti tawtorizza lilha
jew lilu biex jipproċedu. Dik l-ittra għandha tkun iffirmata u
ppreżentata mill-parti personalment jew minn avukat jew
prokuratur legali f’isem dik il-parti.
Kap. 16.
(2) Meta tingħata l-awtorità  mill-Qorti biex konjuġi jipproċedi
għal firda personali, ikun leġittimu għal kull wieħed mill-konjuġi li
jibda kawża fil-Qorti, jew jagħmel kontro-talba għall-firda
personali għall-istess raġunijiet jew fuq ir-raġunijiet l-oħra
msemmija fil-Kodiċi Ċivili bħallikieku dik l-awtorizzazzjoni kienet
tirreferi għaż-żewġ partijiet għal kull waħda mir-raġunijiet
QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI 
ĊIVILI U IL-QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA) ġ S.L.12.20 3
imsemmija.
(3) Qabel ma tagħti dik l-awtorizzazzjoni, il-Qorti għandha
ssejjaħ lill-partijiet sabiex jidhru quddiem medjatur, li jkun jew
maħtur minnha jew bil-kunsens taż-żewġ partijiet, u meta l-Qorti
tħoss li hemm bżonn, jew minn jeddha, jew fuq talba tal-medjatur
jew ta’ xi wieħed mill-konjuġi, tista’ taħtar avukat tat-tfal biex
jirrappreżenta l-interessi tat-tfal taħt l-età  tal-partijiet.
(4) Il-medjatur għandu fl-ewwel lok jipprova jirrikonċilja l-
partijiet. F’dan l-istadju, il-medjatur għandu jisma’ lill-partijiet.
(5) Meta ma sseħħx ir-rikonċiljazzjoni bejn il-konjuġi, il-
medjatur għandu jagħmel sforz sabiex jassisti lill-partijiet sabiex
dawn jaslu għal ftehim li jagħmlu kuntratt ta’ firda personali
konsenswali.
(6) Il-medjatur jista’ jisma’ in camera lill-partijiet
separatament jew flimkien, fil-preżenza ta’ l-avukati jew tal-
prokuratur legali tagħhom, u jista’ wkoll jisma’ lil tfal taħt l-età  tal-
konjuġi, l-avukat tat-tfal, jekk ikun hemm, u l-avukati jew il-
prokuraturi legali tal-partijiet.
(7) Il-konjuġi u l-persuni l-oħra kollha ma jkunu meħtieġa
jieħdu ebda ġurament u ma tistax tiġi prodotta ebda prova quddiem
xi qorti dwar dak li jkun ingħad quddiem il-medjatur fil-proċeduri
ta’ konċiljazzjoni jew ta’ medjazzjoni dwar xi proposta li huwa jew
xi ħadd ieħor ikun għamel waqt il-proċeduri jew dwar ir-reazzjoni
ta’ xi konjuġi minnhom għal dawk il-proposti.
(8) Meta l-medjatur jirnexxilu jirrikonċilja l-partijiet huwa
għandu jikteb nota li tkun tirreġistra dan fl-inkartament tar-rikors,
u jibgħat dak l-inkartament lill-imħallef li għandu jagħlaq il-
proċeduri.
(9) Meta l-partijiet ma jkunux irrikonċiljaw bejniethom, imma
jkunu bis-saħħa tal-medjatur jew xort’oħra qablu li jagħmlu
kuntratt ta’ firda personali konsenswali, il-medjatur għandu jgħaddi
lill-imħallef abbozz tal-kuntratt ta’ firda personali, flimkien ma’
kull kumment dwar dak l-abbozz mill-avukati jew prokuraturi
legali tal-partijiet, l-avukat tat-tfal, jekk ikun hemm, u l-fehmiet
tiegħu, sabiex tkun tista’ tingħata l-awtorizzazzjoni mill-imħallef.
(10) L-imħallef għandu jagħti l-awtorizzazzjoni b’digriet in
camera, imma jista’ qabel ma jgħaddi biex jagħti dak id-digriet
jisma’ lill-partijiet, it-tfal jew l-avukati u l-prokuraturi legali
rispettivi tagħhom.
(11) (a) Tul il-proċess tal-medjazzjoni, il-partijiet jistgħu bil-
kunsens taż-żewġ naħat, jitolbu ’l Qorti taħtar assistent
ġudizzjarju sabiex jisma’ x-xiehda bil-ġurament li
jgħinu biex jiffaċilitaw il-proċess quddiem il-medjatur.
(b) L-imħallef għandu jagħmel digriet fuq talba bħal dik in
camera, wara li jisma’, jekk hekk jidhirlu, lill-konjuġi,
it-tfal taħt l-età , u, jew, l-avukati u l-prokuraturi legali
rispettivi tagħhom.
(12) Meta t-tentattivi tal-medjatur biex jirrikonċilja l-partijiet
4 ġ S.L.12.20
QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI 
ĊIVILI U IL-QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA)
jew biex iwassalhom għal ftehim kif hawn qabel imsemmi jkunu
fallew, jew jekk meta jiskadu xahrejn mill-preżentata ta’ l-ittra
msemmija fis-subregolament (1) (jew dak il-perjodu itwal li l-Qorti
tista’ għal raġuni tajba tikkonċedi) ma tkun la saret konċiljazzjoni u
lanqas ftehim, il-medjatur għandu jinforma dan bil-miktub lill-
imħallef li mbagħad jikkonċedi l-awtorizzazzjoni mitluba:
Iżda meta fil-fehma tal-medjatur, x’aktarx li tali
konċiljazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb jew dak il-ftehim ma jkunx
jista’ jintlaħaq, il-medjatur jista’ jgħaddi biex jinforma lill-imħallef
qabel ma jiskadi dak il-perjodu ta’ xahrejn jew qabel dak il-perjodu
itwal kif imsemmi qabel.
(13) Mingħajr preġudizzju għas-subregolament (11), kull parti
tista’ filwaqt li jkunu għadhom għaddejjin il-proċeduri ta’
konċiljazzjoni, medjazzjoni, jew stadji ta’ qabel jew matul is-smigħ
tal-kawża, titlob lill-Qorti tagħti dawk l-ordnijiet provviżorji jew
tiddekreta tali provvediment jew mandat skond ma jistgħu jkunu
meħtieġa biex tikkawtela kull interess li jista’ jkollha.
Ftehim li jingħata 
b’digriet fuq 
affarijiet 
kollaterali.
5. (1) Meta matul l-istadju ta’ konċiljazzjoni jew medjazzjoni
l-partijiet jaslu għal ftehim dwar il-ħlas ta’ somma flus għall-
manteniment li jista’ jitħallas minn xi parti lill-oħra, dwaru jew
dwarha jew dwar it-tfal, jew jintlaħaq ftehim dwar il-kustodja jew
id-drittijiet għall-aċċess ta’ l-ulied, jew dwar min għandu jibqa’
joqgħod fid-dar matrimonjali, il-medjatur għandu jagħmel nota
dwar dak il-ftehim, liema nota għandha tiġi ffirmata mill-partijiet,
u għandu minnufih jgħaddi dik in-nota lill-Qorti li mbagħad
għandha tagħti digriet.
(2) Meta jew parti waħda jew iż-żewġ partijiet ma jkunux
assistiti minn avukat jew prokuratur legali l-medjatur għandu
jgħarraf lill-partijiet bl-importanza tal-ftehim u bid-dritt li
għandhom li jkunu assistiti minn avukat jew prokuratur legali jew li
jieħdu parir legali qabel ma jiffirmaw xi ftehim bħal dak.
Firda konsenswali. 6. (a) Meta ż-żewġ konjuġi jaqblu li jagħmlu kuntratt ta’
firda personali bil-kunsens tagħhom it-tnejn u mhux
bil-proċess tal-medjazzjoni kif provdut fir-regolament
4, huma għandhom jindikaw din il-ħaġa permezz ta’
nota ffirmata min-nutar u mill-avukati jew prokuraturi
legali rispettivi tagħhom. Din in-nota għandha tiġi
ppreżentata fis-Sezzjoni tal-Familja tal-Qorti Ċivili
jew tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġurisdizzjoni
Superjuri) flimkien ma’ abbozz tal-kuntratt.
(b) Meta l-Qorti tirċievi din n-nota, għandha tirreferi l-
kwistjoni lil medjatur, jew dak magħżul bil-kunsens
taż-żewġ partijiet mill-ewwel lista u ndikat minnhom
fin-nota jew dak li jiġi assenjat mill-Qorti.
(ċ) Il-medjatur għandu mhux aktar minn xahar mill-
preżentata tan-nota jeżamina l-abbozz u jekk iħoss il-
bżonn jisma’ lill-partijiet fil-preżenza tal-konsulenti
legali kif ukoll l-ulied taħt l-eta’ tal-konjuġi, jekk ikun
il-każ, u jista’ jitlob lill-Qorti taħtar avukat għall-
QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI 
ĊIVILI U IL-QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA) ġ S.L.12.20 5
minuri. Il-medjatur għandu fi żmien imsemmi ta’ xahar
jibgħat in-nota lura lill-Qorti flimkien mal-fehmiet
tiegħu.
(d) Kif il-Qorti tirċievi dan, din għandha, jekk hi tħoss il-
bżonn, li tisma’ lill-konjuġi jew xi wħud mill-ulied,
tgħaddi biex tagħti d-digriet tagħha kemm jista’ jkun
malajr fejn tapprova jew temenda jew tirrifjuta l-
imsemmi abbozz.
Kawża f’każijiet 
ta’ firda personali.
7. (1) Meta l-Qorti tkun awtorizzat lil xi wieħed mill-konjuġi
jipproċedi b’kawża għal firda personali, kull parti tista’ tibda l-
proċeduri fi żmien xahrejn jew f’dak iż-żmien itwal skond ma l-
Qorti tista’ tistabbilixxi għal xi raġuni gravi.
(2) Meta tinbeda l-kawża u malli jagħlqu l-proċeduri bil-
miktub, il-Qorti għandha tgħaddi biex taħtar avukat tat-tfal meta
fil-fehma tagħha dan ikun meħtieġ fl-aħjar interess tat-tfal taħt l-età
tal-konjuġi, u f’dan l-istadju l-Qorti għandha tiffissa żmien li fih il-
partijiet għandhom iressqu kull prova dokumentarja in sostenn tal-
każ tagħhom u jġibu lil dawk ix-xhieda li x-xiehda tagħhom ma
tistax tingħata permezz ta’ affidavit.
(3) Iż-żmien ta’ qabel is-smigħ jagħlaq meta jkunu nġiebu d-
dokumenti kollha u kull prova oħra tal-partijiet, jew meta jkun
skada ż-żmien li fih dawn kellhom hekk jinġiebu. Matul dak il-
perjodu l-Qorti tista’ wkoll taħtar lil dawk l-esperti li tista’ tqis li
jkunu meħtieġa sabiex jassistuha.
(4) Ħlief għal raġunijiet gravi u serji li l-Qorti għandha tindika
x’inhuma, iż-żmien ta’ qabel is-smigħ ma għandux itul iżjed minn
sena wara l-għeluq tal-proċeduri bil-miktub.
(5) Matul iż-żmien ta’ qabel is-smigħ u sakemm tgħaddi biex
tagħti s-sentenza tagħha, il-Qorti tista’ wara li tintalab hekk
tagħmel minn parti jew oħra, tagħti dawk l-ordnijiet provviżorji
skond ma tista’ tqis li jkun meħtieġ, u tista’ wkoll bl-istess mod
meta jkun hekk meħtieġ minħabba f’raġunijiet gravi jew bidla fiċ-
ċirkostanzi, tibdel jew tirrevoka dawk l-ordnijiet.
(6) Wara l-għeluq ta’ l-stadju qabel il-kawża proprja, l-imħallef
għandu jistabbilixxi d-data għal meta jkun se jsir is-smigħ li matulu
l-avukati tal-konjuġi u l-avukati tat-tfal, li setghu ġew maħtura,
jkunu ser jagħmlu s-sottomissjonijiet u kontro-sottomissjonijiet
tagħhom, u l-Qorti għandha tgħaddi biex tiddeċiedi fuq il-punti
kollha in kwistjoni:
Kap. 387.
Iżda jekk il-Qorti ma tkunx tista’ tiddeċiedi kif għandha tiġi
likwidata xi komunjoni tal-proprjetà  bejn il-partijiet, hija għandha
l-ewwel tiddeċiedi dwar ħwejjeġ oħra u mbagħad tgħaddi biex
tiddeċiedi dwar dak il-punt fi stadju ulterjuri. Il-Qorti tista’ wkoll
f’kull stadju tħajjar lill-partijiet jagħmlu ftehim ta’ arbitraġġ kif
hemm provdut dwar dan fil-proviso ta’ l-artikolu 15(6) ta’ l-Att
dwar l-Arbitraġġ.
Bidu fis-seħħ 
għall-proċeduri 
taħt dawn ir-
regolamenti.
8. Meta persuna tkun meħtieġa taħt xi liġi tipproċedi quddiem
xi qorti f’xi żmien partikolari, dawk il-proċeduri għandhom għall-
finijiet ta’ dawn il-proċeduri jitqiesu li jkunu hekk inbdew malli
6 ġ S.L.12.20
QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI 
ĊIVILI U IL-QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA)
tiġi ppreżentata fir-reġistru tal-Qorti l-ittra msemmija fir-
regolament 4(1).
Il-proċeduri ta’ 
medjazzjoni 
japplikaw ukoll 
f’każijiet oħra.
9. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
regolamenti 4 sa 7 meta persuna tkun trid tipproċedi quddiem il-
Qorti fuq is-segwenti -
(a) nuqqas ta’ qbil bejn partijiet, sew miżżewġin jew le,
dwar il-kustodja, manteniment u aċċess ta’ wliedhom;
jew
(b) manteniment bejn il-konjuġi; jew
(ċ) bidliet f’kull ħaġa regolata minn sentenza ta’ firda
personali jew minn kuntratt ta’ firda personali; jew
(d) tibdil fi ftehim dwar kull ħaġa msemmija fil-paragrafu
(a),
dik il-parti għandha, fl-ewwel lok, tippreżenta ittra fir-reġistru tal-
Qorti fejn tgħid x’inhi t-talba tagħha, li jkun fiha d-dettalji elenkati
fir-regolament 4(1) u li tkun iffirmata u tiġi ppreżentata skond ma
hemm f’dik id-diposizzjoni.
(2) Il-Qorti għandha ssejjaħ lill-partijiet biex jidhru quddiem
medjatur, u għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tar-
regolament 4(3).
(3) Il-medjatur għandu jimmedja bejn il-partijiet sabiex
iwassalhom għal ftehim dwar il-kwistjoni ta’ bejniethom u d-
disposizzjonijiet tar-regolament 4(6) u (7) għandhom japplikaw
għall-proċess ta’ medjazzjoni.
(4) Meta l-partijiet jaslu għal ftehim, dan għandu jiġi reġistrat
bil-miktub u jiġi nserit fl-atti tal-proċeduri, li mbagħad għandhom
jintbagħtu mill-medjatur lill-Qorti, li għandha kemm-il darba ma
jkun hemm xejn kuntrarju għall-ordni pubbliku, tagħti digriet fuq
il-kwistjoni.
(5) Meta l-partijiet ma jaslux għal ftehim, il-medjatur għandu
jinforma lill-Qorti b’dan.
(6) Matul il-medjazzjoni kull waħda mill-partijiet tista’ titlob
lill-Qorti għall-ħruġ ta’ kull ordni provviżorju jew il-ħruġ ta’ kull
att jew mandat sabiex jikkawtela d-drittijiet tiegħu jew tagħha.
Kawżi fil-każijiet 
l-oħra.
10. (1) Kif il-medjatur jinforma lill-Qorti li l-partijiet ma
waslux għal ftehim wara l-proċess tal-medjazzjoni taħt ir-
regolament preċedenti, hija għandha tawtorizza lill-partijiet jibdew
il-proċeduri fi żmien xahrejn jew dak il-perjodu itwal li jista’ jiġi
mogħti għal raġuni gravi.
(2) Meta tinbeda l-kawża u malli jagħlqu l-proċeduri bil-
miktub, il-Qorti għandha tgħaddi biex taħtar avukat tat-tfal meta
fil-fehma tagħha dan ikun meħtieġ fl-aħjar interess tat-tfal taħt l-età
tal-konjuġi, u f’dan l-istadju l-Qorti għandha tiffissa żmien li fih il-
partijiet għandhom iressqu kull prova dokumentarja in sostenn tal-
każ tagħhom u jġibu lil dawk ix-xhieda li x-xiehda tagħhom ma
tistax tingħata permezz ta’ affidavit.
QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI 
ĊIVILI U IL-QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA) ġ S.L.12.20 7
(3) Iż-żmien ta’ qabel is-smigħ jagħlaq meta jkunu nġiebu d-
dokumenti kollha u kull prova oħra tal-partijiet, jew meta jkun
skada ż-żmien li fih dawn kellhom hekk jinġiebu. Matul dak il-
perjodu l-Qorti tista’ wkoll taħtar lil dawk l-esperti li tista’ tqis li
jkunu meħtieġa sabiex jassistuha.
(4) Ħlief għal raġunijiet gravi u serji li l-Qorti għandha tindika
x’inhuma, iż-żmien ta’ qabel is-smigħ ma għandux itul iżjed minn
sena wara l-għeluq tal-proċeduri bil-miktub.
(5) Matul iż-żmien ta’ qabel is-smigħ u sakemm tgħaddi biex
tagħti s-sentenza tagħha, il-Qorti tista’ wara li tintalab hekk
tagħmel minn parti jew oħra, tagħti dawk l-ordnijiet provviżorji
skond ma tista’ tqis li jkun meħtieġ, u tista’ wkoll bl-istess mod
meta jkun hekk meħtieġ minħabba f’raġunijiet gravi jew bidla fiċ-
ċirkostanzi, tibdel jew tirrevoka dawk l-ordnijiet.
(6) Wara l-għeluq ta’ l-stadju qabel il-kawża proprja, l-imħallef
għandu jistabbilixxi d-data għal meta jkun se jsir is-smigħ li matulu
l-avukati tal-konjuġi u l-avukati tat-tfal, li setghu ġew maħtura,
jkunu ser jagħmlu s-sottomissjonijiet u kontro-sottomissjonijiet
tagħhom, u l-Qorti għandha tgħaddi biex tiddeċiedi fuq il-punti
kollha in kwistjoni.
Meta xi parti 
tonqos milli tidher 
qabel il-
medjazzjoni.
11. Meta persuna tkun ġiet imsejħa taħt id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti biex tidher quddiem medjatur u tonqos milli
tidher, il-medjatur għandu jinforma lill-Qorti u jindika dak in-
nuqqas flimkien ma’ kull raġuni li tkun inġiebet minn dik il-
persuna dwar in-nuqqas tagħha, u l-Qorti meta tiġi biex tiddeċiedi
dwar il-kwistjoni pendenti quddiemha għandha tqis sew u tagħti
kull konsiderazzjoni dovuta għal dak in-nuqqas.
Mħallef jew 
maġistrat jistgħu 
jagħtu kull ordni 
meħtieġa.
12. L-imħallef jew il-maġistrat, skond il-każ, u kull assistent
ġudizzjarju li jista’ jkun assenjat għall-każ, u dan dejjem taħt id-
direzzjoni tal-Qorti, għandhom jagħtu kull ordni skond ma jista’
jkun neċessarju għall-aħjar tmexxija tal-każ.
Disposizzjoni 
transitorja.
Miżjud:
A.L. 9 ta’ l-2004.
L.S. 12.19
13. Is-sezzjoni tal-Qorti li skond dawn ir-Regolamenti u skond
l-Ordni dwar it-Twaqqif tas-Sezzjonijiet tal-Qrati Ċivili għandha,
skond in-natura ta’ l-istess jew skond il-ġurisdizzjoni territorjali
tal-Qorti, tieħu konjizzjoni ta’ xi atti, rikorsi jew ċitazzjonijiet,
għandha mal-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti tieħu
konjizzjoni ta’ dawk l-atti, rikorsi jew ċitazzjonijiet li minnufih
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti jew dak l-Ordni
kienu, pendenti quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili, is-Sekond’
Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
(Ġurisdizzjoni Superjuri), u dan skond il-ġurisdizzjoni ta’ kull
waħda minn dawk is-sezzjonijiet skond dawn ir-Regolamenti u dak
l-Ordni, b’dan illi minkejja kull ħaġa li hemm f’dawn ir-
Regolamenti jew f’dak l-Ordni, il-proċedura li għandha tiġi segwita
fir-rigward ta’ kull att, rikors jew ċitazzjoni pprezentati qabel id-
data tal-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti u ta’ dak l-Ordni,
għandha tkun dik viġenti minnufih qabel l-istess data.
8 ġ S.L.12.20
QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI 
ĊIVILI U IL-QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA)
Miżjuda:
A.L. 9 ta’ l-2004.
SKEDA
Regolament 2(a)
Ordni dwar it-Twaqqif ta’ Sezzjonijiet tal-Qrati Ċivili
Titolu. 1. It-titolu ta’ dan l-Ordni hu l-Ordni dwar it-Twaqqif ta’
Sezzjonijiet tal-Qrati Ċivili.
Il-Qorti Ċivili 
jkollha tliet 
Sezzjonijiet.
2. Ikun hemm tliet sezzjonijiet fil-Qorti Ċivili li għandu jiġi
assenjat lilhom, kif inhu provdut b’dan l-Ordni, il-kategorija ta’
kawżi, li sa issa kienu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ċivili
(Prim’Awla) u tal-Qorti Ċivili (Sekond’Awla), jew skond ma jista’
jiġi assenjat lill-Qorti Ċivili b’kull liġi.
Is-Sezzjonijiet.
Emendat:
A.L. 8 ta’ l-2004.
3. Is-sezzjonijiet tal-Qorti Ċivili jkunu dawn, is-Sezzjoni tal-
Familja, is-Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja u s-sezzjoni ta’
ġurisdizzjoni ġenerali li tissejjaħ il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili.
Assenjazzjoni ta’ 
kawżi tal-Qorti 
Ċivili (Sezzjoni 
tal-Familja).
4. Lill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) għandhom jiġu
assenjati dawk il-kawżi li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Ċivili u
li għandhom x’jaqsmu ma’:
Kap. 16. (a) it-Titoli I, II u IV ta’ l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Ċivili;
Kap. 48. (b) l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’
Manteniment;
Kap. 242. (ċ) l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’
Manteniment;
Kap. 255 (d) l-Att dwar iż-Żwieġ; u
Kap. 410. (e) l-Att dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta’ Minuri.
Assenjazzjoni ta’ 
kawżi lill-Qorti 
Ċivili (Sezzjoni ta’ 
Ġurisdizzjoni 
Volontarja).
Kap. 16.
5. Lill-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja)
għandhom jiġu assenjati dawk ir-rikorsi li jaqgħu fil-kompetenza
tal-Qorti Ċivili u li għandhom x’jaqsmu ma’:
(a) it-Titoli III, V, VI u VII ta’ l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi
Ċivili; u
Kap. 12. (b) it-Taqsima II tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Assenjazzjoni ta’ 
kawżi lill-Prim’ 
Awla tal-Qorti 
Ċivili.
Emendat:
A.L. 8 ta’ l-2004.
6. Lill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili għandhom jiġu assenjati l-
kawżi kollha li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Ċivili u li ma jiġux
assenjati lis-Sezzjoni tal-Familja jew lis-Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni
Volontarja.
Ir-Reġistratur 
jassenja l-kawżi.
7. Bla ħsara għal kull regola tal-qorti jew ta’ xi regolament,
il-kawżi għandhom jiġu assenjati lis-sezzjonijiet differenti tal-
Qorti Ċivili mir-Reġistratur skond il-kategorija li l-kawża tkun
taqa’ taħtha.
Il-Prim Imħallef 
jistabbilixxi s-
Sezzjoni f’kawżi 
partikolari.
8. Meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil dwar jekk kawża
għandhiex tiġi assenjata lil xi Sezzjoni waħda jew oħra tal-Qorti
Ċivili, jew meta kawża tkun tinvolvi iktar minn kategorija waħda
skond ma għandhom jiġu assenjati lil Sezzjonijiet differenti tal-
Qorti Ċivili, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Prim Imħallef li
QORTI ĊIVILI (SEZZJONI TAL-FAMILJA), IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI 
ĊIVILI U IL-QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) (ĠURISDIZZJONI 
SUPERJURI) (SEZZJONI TAL-FAMILJA) ġ S.L.12.20 9
għandu mbagħad, in camera, jiddeċiedi dwar liema Sezzjoni
għandha tiġi assenjata l-kawża. Id-deċiżjoni tal-Prim Imħallef
għandha tiġi reġistrata fl-atti tal-kawża u tkun waħda finali. 
Qorti tal-Maġistrati 
(Għawdex) fil-
Ġurisdizzjoni 
Superjuri tagħha.
Kap. 12.
9. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
54 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, għandu jkun
hemm fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), fil-Ġurisdizzjoni
Superjuri tagħha, żewġ Sezzjonijiet li rispettivament jissemmew
''Is-Sezzjoni tal-Familja'' u ''Is-Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni
Ġenerali''. Lis-Sezzjoni tal-Familja għandhom jiġu assenjati kawżi
li jaqgħu fil-kompetenza ta’ dik il-Qorti fil-Ġurisdizzjoni Superjuri
tagħha u li huma regolati bid-disposizzjonijiet msemmija fl-
artikolu 4(a) sa (e) ta’ dan l-Ordni, u lis-Sezzjonijiet ta’
Ġurisdizzjoni Ġenerali għandhom jiġu assenjati kawżi li jaqgħu fil-
kompetenza ta’ dik il-Qorti fil-Ġurisdizzjoni Superjuri tagħha li
m’humiex assenjati lis-Sezzjoni tal-Familja jew li dwarhom l-
imsemmi artikolu 54 ta’ l-imsemmi Kodiċi ma japplikax. L-artikoli
7 u 9 ta’ dan l-Ordni għandhom mutatis mutandis ikunu applikabbli
għar-rigward ta’ kawżi li jaqgħu fil-kompetenza ta’ l-imsemmija
Qorti fil-Ġurisdizzjoni Superjuri tagħha għar-rigward ta’ l-
assenjazzjoni ta’ kawżi lid-diversi Sezzjonijiet.
