TNAQQIS GĦAT-TQAGĦBIR 
ORDINARJU TA’ IMPJANT U MAKKINARJU ġ L.S.123.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.01
REGOLI DWAR IT-TNAQQIS META L-IMPJANT U 
L-MAKKINARJU JITKABAR BL-UŻU ORDINARJU
1 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 298 ta’ l-2001, kif emendat bl-Avviż Legali 323 ta’ l-
2001.
Titolu.
Impjant u l-Makkinarju jitkabar bl-Użu Ordinarju.
Tifsir.
Kap. 123.
2. F’dawn ir-regoli, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra, frażijiet u espressjonijiet użati f’dawn ir-regoli
għandu jkollhom it-tifsir mogħti lilhom  fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att".
Tnaqqis għal 
tqagħbir bl-użu.
3. Tnaqqis li jsir ta’ kull sena meta l-impjant u l-makkinarju
jitkabar bl-użu ordinarju skond l-artikolu 14(1)(f) ta’ l-Att għandu
jiġi kkalkolat fuq il-metodu tal-linja dritta tul l-inqas għadd ta’
snin, preskritt fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-regoli.
Klassifika ta’ l-
attiv.
4. Meta oġġett li jkun impjant u makkinarju jkun jista’ jiġi
kklassifikat taħt iktar mill-partiti fl-Iskeda dan għandu jkun
ikklassifikat skond l-użu preponderanti li jsir minnu ta’ kull sena.
Tnaqqis 
permissibbli.
5. It-tnaqqis ta’ kull sena meta l-impjant u l-makkinarju
jitkabar bl-użu għandu jkun jikkostitwixxi tnaqqis permissibbli biss
f’dawk il-każijiet fejn ikunu nżammu records u dokumentazzjoni
kif imiss tan-nefqa ta’ l-attiv li għar-rigward tiegħu jkun qed
jintalab tnaqqis.
Nefqa ta’ l-attiv.
ta’ kontijiet li jkunu ġeneralment aċċettati.
Tnaqqis li jsir 
skond id-data ta’ l-
akkwist ta’ l-attiv.
7. Meta l-attiv jiġi użat fil-produzzjoni ta’ l-income għal xi
parti mill-perjodu jew sena ta’ kontijiet li dwarha tkun tirreferixxi
sena ta’ stima biss f’każ ta’ xi wieħed mill-każijiet li ġejjin, it-
tnaqqis ta’ kull sena meta l-impjant u l-makkinarju jitkabar bl-użu
dwar dak l-attiv għandu jiġi żgurat kif hawn iktar ’l isfel stabbilit:
(a) jekk l-attiv jiġi akkwistat jew komplut f’xi data li ma
tkunx dik meta tibda s-sena, it-tnaqqis għandu jiġi
kkalkolat bħallikieku l-attiv kien intuża matul is-sena
kollha; u 
(b) jekk l-attiv jinbiegħ jew jiġi xort’oħra trasferit,
meqrud jew ma jibqax jintuża bħala mkidd għalkollox
jew obsolet jew li xort’oħra m’għandux użu jew
m’għadux iktar meħtieġ, f’xi data li ma tkunx dik ta’
tmiem is-sena, m’għandu jkun permess ebda tnaqqis
dwar dik is-sena meta tiġri dik il-ġrajja.
Trasferiment ta’ l-
attiv.
8. Meta persuna takkwista xi attiv mingħand persuna oħra u -
(a) dik il-persuna tkun ikkontrollata u tkun il-proprjetà  sa
limitu ta’ iktar minn ħamsin fil-mija tal-persuna l-
oħra; jew
2 L.S.123.01 ħ
TNAQQIS GĦAT-TQAGĦBIR 
ORDINARJU TA’ IMPJANT U MAKKINARJU
(b) dik il-persuna tkun tikkontrolla u tkun il-proprjetarja
f’iktar minn ħamsin fil-mija tal-persuna l-oħra; jew
(ċ) dawk iż-żewġ persuni, t-tnejn li huma, jkunu
kkontrollati u jkunu l-proprjetà  sa limitu ta’ iktar minn
ħamsin fil-mija ta’ xi persuna jew persuni oħra,
it-tnaqqis meta l-impjant u l-makkinarju jitkabar bl-użu li jkunu
dovuti lil dik il-persuna għandhom jiġu kkalkolati fuq l-inqas
ammont minn bejn dawn -
(i) il-valur miktub ta’ l-attiv li jkun f’idejn il-
persuna l-oħra  fid-data ta’ l-akkwist minn dik
il-persuna, hekk li dak il-valur miktub jiġi
kkalkolat wara li jiżdied jew jitnaqqas xi ħlas
jew allowance bilanċjali skond il-każ; jew
(ii) in-nefqa li tiġi ta’ l-akkwist għas-sid il-ġdid.
It-tnaqqis li jsir ta’ 
kull sena f’każ li l-
akkwist ma jkunx 
b’titolu oneruż.
9. Meta jinkiseb attiv b’mod li ma jkunx titolu oneruż, it-
tnaqqis ta’ kull sena meta l-impjant u l-makkinarju jitkabar bl-użu
għal dik il-persuna m’għandux ikun akbar minn dak li kieku kien
ikun permess lis-sid preċedenti.
Tnaqqis dwar l-użu 
u l-proprjetà  ta’ l-
attiv.
10. Meta persuna tagħmel użu minn attiv li ma jkunx
jappartjeni lilha b’dawk il-pattijiet li l-oneru tat-tqagħbir bl-użu
jkun jinkombi fuq l-utent u mhux fuq is-sid ta’ l-attiv, it-tqagħbir
bl-użu għandu jiġi kkalkolat skond dawn ir-regoli u għandu jitħalla
jsir bħala tnaqqis mill-utent fl-istess limitu daqslikieku is-sid ta’ l-
attiv kien żamm l-użu ta’ dak l-attiv u kien qed jużah fil-
produzzjoni ta’ l-income tas-sid innifsu.
Attiv li jintuża 
għall-produzzjoni 
ta’ l-income u għal 
finijiet oħra.
11. Meta attiv jintuża kemm fil-produzzjoni ta’ l-income kemm
għal finijiet oħra, it-tnaqqis ta’ kull sena għat-tqagħbir bl-użu
għandu f’kull każ jiġi kkalkolat skond dawn ir-regoli, iżda t-tnaqqis
li għandu jiġi permess ta’ kull sena dwar kull tali tnaqqis hekk
ikkalkolat, għandu jitnaqqas fil-proporzjon bejn l-użu ta’ l-attiv fil-
produzzjoni ta’ l-income u l-użu totali tiegħu.
Attiv li fuqu jkunu 
qabel intalbu 
allowances.
12. Il-valur miktub ta’ impjant u makkinarju li dwarhom ikun
ġie permess tnaqqis għal tqagħbir bl-użu qabel is-sena ta’ stima
2002 għandu, għall-fini ta’ dawn ir-regoli, jitqies li jkun in-nefqa
ta’ l-akkwist li fuqu għandhom jiġu permessi allowances għal
tqagħbir bl-użu, skond dawn ir-regoli, għal dik is-sena ta’ stima u
għal snin ta’ stima li jiġu wara għar-rigward ta’ tali impjant u
makkinarju.
TNAQQIS GĦAT-TQAGĦBIR 
ORDINARJU TA’ IMPJANT U MAKKINARJU ġ L.S.123.01 3
Emendata:
A.L. 323 ta’ l-
2001.
SKEDA
L-inqas għadd ta’ snin li matulhom isir deprezzament ta’ oġġetti
ta’ impjant u makkinarju
Kategorija Snin
1. Computers u Tagħmir Elettroniku 4
2. Computer software 4
3. Vetturi bil-Mutur 5
4. Għamara, Fixtures, Fittings u Soft
Furnishings
10
5. Tagħmir li jintuża fil-kostruzzjoni ta’ bini u
fl-iskavar 6
6. Tagħmir tal-Catering 6
7. Inġenji ta’ l-ajru 12
8. Bastimenti u opri tal-baħar 10
9. Stallazzjonijiet ta’ l-Elettriku u ta’ l-Ilma u
Fittings Sanitarji 15
10. Infrastruttura bil-Cable 20
11. Infrastruttura bil-Pipeline 20
12. Tagħmir għall-Komunikazzjoni u għax-
Xandir 6
13. Tagħmir Mediku 6
14. Lifts u Skali Mobbli 10
15. Air-conditioners 6
16. Tagħmir prinċipalment imfassal jew użat
għall-produzzjoni ta’ l-ilma jew l-elettriku 6
17. Kull makkinarju ieħor 5
18. Kull impjant ieħor 10
