TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.) ġ L.S.123.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.02
REGOLI DWAR TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.)
1 ta’ Jannar, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 79 ta’ l-1972, kif emendat bl-Avviżi Legali 101 ta’ l-
1975, 12 ta’ l-1976, 132 u 143 ta’ l-1977, 135 ta’ l-1981, 62 ta’ l-1984, 38
ta’ l-1987 u 25 ta’ l-1989.
Titolu.
Taxxa (P.A.Y.E.).
Tifsir.
jeħtiġx xort’oħra -
Kap. 123.
"emolumenti" tfisser kull income suġġett għat-taxxa skond l-
artikolu 4(1)(b) u (e) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
"imħallas" tfisser imħallas direttament jew indirettatnent kemm
bi flus jew bi speċi, u tinkludi kreditu jew depożitu f’bank jew
f’kont ieħor jew f’post ieħor għall-benefiċċju, użu jew vantaġġ tal-
payee;
"payee" tfisser il-persuna li lilha jitħallsu l-emolumenti;
"pagatur" tfisser kull persuna li tħallas l-emolumenti, jew li
tħallas, jew li jkollha tħallas, emolumenti kemm akkont tagħha jew
f’isem xi persuna oħra u tinkludi dipartimenti tal-Gvern, persuni
fis-servizz pubbliku ta’ Malta, korporazzjonijiet pubblici u l-
uffiċjali tagħhom, u korpijiet ta’ nies oħra u l-uffiċjali tagħhom;
"rata ta’ taxxa" tinkludi rata "xejn".
Kif tiġi stabbilita u mnaqqsa taxxa
Kif tiġi stabbilita 
rata ta’ taxxa li 
għandha titnaqqas 
u kif tiġi mgħarrfa 
lill-pagaturi u lill-
payees.
Kap. 123.
Kap. 372.
3. (1) Il-Kummissarju għandu jistabbilixxi u jordna r-rata li
biha għandha titnaqqas it-taxxa minn pagatur kull darba meta dan
iħallas l-emolumenti lill-payee: iżda jekk l-artikolu 71 ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income ma jkunx japplika u l-artikolu 46 ta’ l-
Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa ma jkunx ġie applikat, il-
Kummissarju m’għandux, mingħajr il-kunsens tal-payee, jordna
tnaqqis ta’ taxxa li jkun iktar minn ħamsin fil-mija ta’ l-
emolumenti.
(2) Ir-rata ta’ taxxa stabbilita mill-Kummissarju għandha tiġi
mgħarrfa kemm jista’ jkun malajr lill-pagatur u lill-payee.
(3) Ordnijiet għat-tnaqqis ta’ taxxa jistgħu jinkludu ordnijiet
dwar il-mod li bih it-taxxa għandha titnaqqas, iż-żmien li matulu
għandu jsir it-tnaqqis u dawk l-ordnijiet l-oħra li l-Kummissarju
jidhirlu xierqa.
2 L.S.123.02 ħ TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.)
Tnaqqis ta’ taxxa 
minn emolumenti.
Emendat:
A.L. 101 ta’ l-
1975;
A.L. 12 ta’ l-1976;
A.L. 143 ta’ l-
1977;
A.L. 135 ta’ l-
1981;
A.L. 62 ta’ l-1984;
A.L. 38 ta’ l-1987;
A.L. 25 ta’ l-1989.
Kap. 452.
L.S.452.62
4. (1) Meta l-emolumenti jitħallsu lil payee, il-pagatur
għandu jnaqqas minnhom taxxa bir-rata stabbilita u mgħarrfa lilu
mill-Kummissarju:
Iżda ma għandu jsir ebda tnaqqis minn xi pagament li
għalih jirreferu l-artikolu 23 ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali, u l-Ordni ta’ Standard Nazzjonali dwar
Allowance fil-ġimgħa, sakemm il-Kummissarju ma jordnax
xort’oħra.
(2) (a) F’każijiet meta l-pagatur ma jkunx irċieva ordnijiet
mingħand il-Kummissarju dwar ir-rata li biha t-taxxa
għandha titnaqqas, hu għandu javza lill-Kummissarju
b’dan fuq il-formula li għal hekk tingħata mill-
Kummissarju.
(b) L-avviż meħtieġ f’din is-subregola għandu jsir fi żmien
tliet ijiem mill-bidu fis-seħħ tal-kuntratt li bis-saħħa
tiegħu l-emolumenti jitħallsu milll-pagatur.
(3) Meta l-pagatur ma jkunx irċieva mingħand il-Kummissarju
ordnijiet dwar ir-rata li biha t-taxxa għandha titnaqqas hu għandu,
sakemm jirċievi dawk l-ordnijiet, inaqqas it-taxxa bir-rata ta’
għaxra fil-mija: iżda jekk il-payee ma jkunx jirrisjedi Malta, il-
pagatur għandu jnaqqas it-taxxa bir-rata ta’ ħamsa u għoxrin fil-
mija.
(4) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-subregola
(3), iżda bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregola (6), ma
għandu jsir ebda tnaqqis mill-emolumenti mħallsa lil payee
residenti meta ma jkunux gew riċevuti ordnijiet mill-pagatur fil-
każijiet li ġejjin:
(a) meta l-payee jkun għażeb jew armel u l-emolumenti,
jekk espressi li għandhom jitħallsu -
(i) fuq bażi ta’ sena, jirrappreżentaw income ta’
inqas minn elf u tletin lira fis-sena;
(ii) fuq bażi ta’ xahar, jirrappreżentaw income ta’
inqas minn ħamsa u tmenin lira fix-xahar;
(iii) fuq bażi ta’ ħmistax-il ġurnata, jirrappreżentaw
income ta’ inqas minn disgħa u tletin lira kull
ħmistax-il ġurnata;
(iv) fuq bażi ta’ ġimgħa, jirrappreżentaw income ta’
inqas minn dsatax-il lira u ħamsin ċenteżmu fil-
ġimgħa;
(v) fuq bażi bil-ġurnata, jirrappreżentaw income ta’
inqas minn tliet liri u sitta u disgħin ċenteżmu
kull jum;
(b) Meta l-payee skond l-aħjar tagħrif tal-pagatur ikun qed
igħix ma’ martu u jmantniha u l-emolumenti jkunu
espressi li għandhom jitħallsu -
(i) fuq bażi ta’ sena, jirrappreżentaw income ta’
inqas minn elf seba’ mija u tletin lira fis-sena;
(ii) fuq bażi ta’ xahar, jirrappreżentaw income ta’
inqas minn mija erbgħa u erbgħin lira fix-xahar;
TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.) ġ L.S.123.02 3
(iii) fuq bażi ta’ ħmistax-il ġurnata, jirrappreżentaw
income ta’ inqas minn sitta u sittin lira kull
ħmistax-il ġurnata;
(iv) fuq bażi ta’ ġimgħa, jirrappreżentaw income ta’
inqas minn tlieta u tletin lira fil-ġimgħa;
(v) fuq bażi ta’ ġurnata, jirrappreżentaw income ta’
inqas minn sitt liri u hamsa u sittin ċenteżmu
kull jum.
(5) Għall-finijiet tas-subregola (4), meta l-emolumenti jkunu
espressi bħala li għandhom jitħallsu fuq bażi oħra barra minn dawk
imsemmija, il-prova li għandha ssir jekk titnaqqasx taxxa jew le
għandha ssir billi tintuża l-alternattiva l-aktar xierqa.
Kap. 123.
(6) Meta l-emolumenti jkunu qligħ jew profitti taxxabbli
skond l-artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, id-
disposizzjonijiet tas-subregoli (4) u (5) ma jkunux applikabbli jekk
l-emolumenti jitħallsu lil impjegat li -
(a) skond l-aħjar tagħrif tal-pagatur tkun mara miżżewġa;
jew
(b) ma jkunx mistenni jagħti s-servizzi tiegħu full-time
lill-pagatur li jħallas l-emolumenti matul iż-żmien jew
iż-żminijiet li dwarhom ikunu espressi li għandhom
jitħallsu.
It-tnaqqis li għandu 
jsir wara li jispiċċa 
l-kuntratt.
5. Id-disposizzjonijiet tar-regola 4(1) għandhom japplikaw
għal emolumenti mħallsa wara li jispiċċa l-kuntratt relattiv li bis-
saħħa tiegħu jkunu tħallsu l-emolumenti.
Bidla fl-impieg.
Kap. 123.
6. (1) Meta l-pagatur ikun persuna li tħaddem u l-payee jkun
impjegat ġdid, u l-emolumenti mħallsa lill-payee jkunu qligħ jew
profitti taxxabbli skond l-artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income, il-pagatur għandu, sa dak iż-żmien li jirċievi ordnijiet
mingħand il-Kummissarju skond ir-regola 3 ta’ dawn ir-Regoli,
inaqqas taxxa mill-emolumenti mħallsa lill-imsemmi payee fuq il-
bażi ta’ l-ordnijiet dwar dak it-tnaqqis maħruġa mill-Kummissarju
lill-persuna li qabel kienet tħaddem lill-payee.
(2) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-subregola
(1), id-disposizzjonijiet tar-regola 4(3) u (4) jkunu applikabbli -
(a) jekk prova konklużiva dwar l-ordnijiet maħruġa lill-
persuna li tħaddem ta’ qabel ma tingħatax lill-pagatur
mill-payee;
(b) jekk l-ordnijiet maħruġa mill-Kummissarju lill-
persuna li tħaddem ta’ qabel f’data li tkun qabel id-
data li fiha l-emolumenti jitħallsu l-ewwel darba mill-
pagatur lill-impjegat il-ġdid tiegħu b’iktar minn
ħmistax-il xahar;
(ċ) dwar xi emolumenti mħallsa tliet xhur jew iktar wara li
l-impjegat il-ġdid ikun ġie mpjegat meta bl-ordnijiet
imsemmija fil-paragrafi (a) u (b) tkun ġiet avżata rata
ta’ għaxra fil-mija jew anqas.
Payees li jmutu.
xi emolumenti li jinqalgħu minn xi individwu li kellhom itħallsu
4 L.S.123.02 ħ TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.)
f’xi żmien wara l-mewt tiegħu, il-pagatur għandu jnaqqas minnhom
it-taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli daqslikieku l-
individwu l-mejjet kien għadu ħaj u l-ħlas qed isir lilu.
Setgħa tal-
Kummissarju li 
jiddeċiedi 
kwistjonijiet.
8. Jekk tinqala’ xi kwistjoni dwar -
(a) l-applikabbiltà  jew xort’oħra ta’ dawn ir-Regoli dwar
xi klassi ta’ income, u/jew
(b) ir-rata li biha t-taxxa għandha titnaqqas meta jitħallsu
xi emolumenti,
dik il-kwistjoni għandha tiġi deċiża mill-Kummissarju, mingħajr
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli.
Talbiet għal 
riduzzjoni fir-rata 
ta’ tnaqqis mit-
taxxa.
9.(1) (a) Kull payee li jħossu aggravat bir-rata ta’ taxxa
stabbilita mill-Kummiissarju, jew xi pagatur f’isem il-
payee, jista’ jitlob lill-Kummissarju biex jordna
riduzzjoni fir-rata li biha t-taxxa tkun qed titnaqqas. It-
talba għandha ssir bil-miktub u għandha tinkludi
dettalji biżżejjed biex il-Kummissarju jkun jista’
jiddeċiedi jekk riduzzjoni fir-rata li biha t-taxxa tkun
qed titnaqqas hijiex ġustifikata.
(b) Kull talba magħmula skond id-disposizzjonijiet ta’ din
ir-regola ma tkunx valida jekk issir dwar rata jew dwar
parti minn dik ir-rata ċertifikata mill-Kummissarju li
tkun stabbilita għall-ġbir ta’ taxxa mhux imħallsa għal
sena jew għal snin ta’ stima barra dik is-sena ta’ stima
li tiġi wara dik li matulha jkun qed isir it-tnaqqis.
(2) Kull talba lill-Kummissarju magħmula skond id-
disposizzjonijiet ta’ din ir-regola -
(a) ma tobbligahx li jordna lill-pagatur biex ma jkomplix
jagħmel tnaqqis ta’ taxxa jew li jnaqqas it-taxxa b’rata
inqas; u
(b) ma tagħtix is-setgħa lill-pagatur li jieqaf milli jnaqqas
it-taxxa jew li jnaqqas it-taxxa b’rata aktar baxxa
qabel ma jingħata istruzzjonijiet biex jagħmel hekk
mill-Kummissarju.
(3) Il-Kummissarju kemm jista’ jkun malajr wara li jirċievi
talba magħmula skond id-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola jista’
jitlob lill-pagatur biex jagħtih dik l-informazzjoni l-oħra li jidhirlu
meħtieġa. Jekk il-Kummissarju jkun sodisfatt li tkun ġustifikata
riduzzjoni fir-rata, hu għandu jistabbilixxi u jordna skond id-
disposizzjonijiet tar-regola 3(1) ir-rata l-ġdida li biha t-taxxa
għandha titnaqqas, u għandu javzaha skond ir-regola 3(2).
(4) (a) Ma tistax issir iktar minn talba waħda skond din ir-
regola minn jew f’isem payee matul xi perijodu ta’
tnax-il xahar konsekuttivi.
Kap. 372.
(b) Ebda ħaġa li tinsab f’din ir-regola ma għandha ttellef
id-drittijiet tal-payee skond it-Taqsimiet V u VI ta’ l-
Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa wara li
jingħatalu avviz ta’ stima skond l-artikolu 33(1).
TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.) ġ L.S.123.02 5
Kontijiet tat-tnaqqis
Pagaturi jżommu 
notamenti.
10. (1) Kull pagatur għandu fiż-żminijiet kollha jżomm
notament aġġornat li jkollu t-totali kull xahar li juru d-dettalji li
ġejjin dwar kull payee - 
(a) isem sħiħ u indirizz;
(b) id-data tal-pagament u l-emolumenti gross imħallsa;
(ċ) it-taxxa, jekk ikun hemm, imnaqqsa; u
(d) xi dettalji u informazzjoni oħra li l-Kummissarju jista’
jitlob.
Kap. 372.
(2) In-notament li għandu jinżamm skond id-disposizzjonijiet
tas-sub-regola (1) ta’ din ir-regola għandu jinżamm u jiġi miżmum
kif stabbilit fl-artikolu 19 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-
Taxxa. Dak in-notament għandu jinżamm fuq il-formuli mogħtija
mill-Kummissarju għal hekk.
Tingħata 
dikjarazzjoni lil 
payees.
Emendat:
A.L. 132 ta’ l-
1977.
11.(1)(a) Kull darba li emolumenti jitħallsu minn pagatur, hu
għandu jagħti lill-payee li jkun qed jirċievi dawk l-
emolumenti dikjarazzjoni li turi l-ammont gross ta’
dawk l-emolumenti u l-ammont tat-taxxa, jekk ikun
hemm, imnaqqas minnhom skond dawn ir-Regoli. Id-
dikjarazzjoni għandha tingħata fuq formula approvata
mill-Kummissarju.
Kap. 372.
(b) Il-pagatur għandu jagħti wkoll lill-payee, fi żmien
għoxrin jum mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena,
dikjarazzjoni in duplikat (kopja biex tinżamm mill-
payee u l-kopja l-oħra biex tintbagħat minnu lill-
Kummissarju flimkien mal-prospett li għandu jiġi
preżentat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 ta’
l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa) li turi l-
ammont gross ta’ l-emolumenti mħallsa lilu skond dik
is-sena u l-ammont ta’ taxxa, jekk ikun hemm,
imnaqqas minnhom:
Iżda, jekk il-kuntratt li taħtu jkunu qed jitħallsu l-
emolumenti jintemm qabel il-31 ta’ Diċembru ta’ xi
sena, kemm-il darba ma jkunux japplikaw id-
disposizzjonijiet tar-regola 19 jew tar-regola 26, l-
imsemmija dikjarazzjoni in duplikat għandha tingħata
lill-payee jew, fil-każ tal-mewt tiegħu, lill-werrieta jew
lir-rappreżentant legali tiegħu, fi żmien tnax-il jum
minn dak it-tmiem.
L.S.372.18
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regola 10(2), payee
jkollu għall-finijiet ta’ dawn ir-Regoli jew tar-Regoli dwar Ħlas ta’
Taxxa Provviżorja (TP), dritt li jitlob lil kull persuna li f’xi żmien
tkun ħallsitu emolumenti biex tagħtih fi żmien tnax-il ġurnata minn
meta jitlobha dikjarazzjoni li turi l-emolumenti gross totali mħallsa
lilu u l-ammont tat-taxxa, jekk ikun hemm, imnaqqas minnhom
matul xi sena speċifika jew parti minnha. Din id-dikjarazzjoni
għandha tingħata fuq il-formula approvata mill-Kummissarju u
għandha tingħata lill-payee in duplikat.
6 L.S.123.02 ħ TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.)
Prospett kull xahar 
u rimessa lill-
Kummissarju.
12.(1)(a) Kull pagatur għandu jibgħat prospett lill-Kummissarju
(inkluż prospett nil), fuq il-formula approvata minnu,
sa l-għaxar ġurnata ta’ kull xahar li jkun fiha d-dettalji
li ġejjin dwar kull payee li lilu jkunu tħallsu l-
emolumenti darba jew iktar matul ix-xahar ta’ qabel -
(i) l-isem sħiħ u l-indirizz;
(ii) l-emolumenti gross imħallsa matul ix-xahar ta’
qabel;
(iii) ir-rata ta’ taxxa li għandha titnaqqas;
(iv) it-taxxa, jekk ikun hemm, imnaqqsa matul ix-
xahar ta’ qabel; u
(v) kull dettalji jew informazzjoni oħra li l-
Kummissarju jidhirlu meħtieġa.
It-taxxa totali li kellha titnaqqas matul l-imsemmi
xahar ta’ qabel kif murija fuq l-imsemmija prospett,
nieqes kull ammont imnaqqas skond il-paragrafu (b),
għandha tiġi rimessa lill-Kummissarju flimkien mal-
prospett. Dak il-prospett għandu jintbagħat fuq il-
formula mogħtija jew approvata mill-Kummissarju.
(b) Meta l-pagatur ikun naqqas it-taxxa b’rata ogħla minn
dik applikabbli skond dawn ir-Regoli u minħabba
f’hekk tkun tnaqqset u ġiet rimessa taxxa żejda lill-
Kummissarju, u dak it-tnaqqis żejjed u r-rimessa żejda
jsir jaf bihom il-pagatur, hu għandu minnufih iħallas
minn flusu lill-payee ammont li jkun daqs dak iż-
żejjed:
Iżda meta ċ-ċirkostanzi tal-każ ikunu jeħtieġu
aġġustament għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju u
jkun sar dak il-ħlas lura lill-payee, il-pagatur jkollu d-
dritt, mar-rimessa ta’ wara lill-Kummissarju, li jpatti u
jitħallas mill-ammont totali tat-taxxa li tkun ser
tintbagħat lill-Kummissarju ammont li jkun daqs l-
ammont hekk imħallas lura lill-payee.
(2) (a) Jekk ir-rimessa li għandha ssir skond is-subregola (1)
ma tiġix riċevuta mill-Kummissarju fid-data xierqa,
jew jekk l-ammont riċevut ikun inqas minn dak li kellu
jintbagħat, il-Kummissarju għandu jistabbilixxi skond
l-aħjar ġudizzju tiegħu l-ammont totali tat-tnaqqis ta’
taxxa li kellu jsir mill-pagatur matul ix-xahar ta’ qabel,
u għandu jagħti avviż lill-pagatur fejn jitolbu jħallas l-
ammont sħiħ, jew id-differenza, skond il-każ, fiż-
żmien stabbilit f’dak l-avviż. Dak l-ammont sħiħ jew
dik id-differenza, skond il-każ, isir minnufih dejn
dovut lill-Gvern u jinġabar mingħand il-pagatur kif
muri fir-regola 17(2).
(b) Meta, wara li jingħata avviż maħruġ skond il-paragrafu
(a), il-Kummissarju, wara li jikkunsidra l-prospett
rilevanti mibgħut mill-pagatur skond is-subregola (1)
ikun sodisfatt li l-ammont totali li hu jkun irċieva jkun
iktar mit- tnaqqis tat-taxxa li kellu jsir, dak l-eċċess
għandu jitħallas lura jew jitpatta għal kollox jew f’parti
TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.) ġ L.S.123.02 7
mar-rimessa ta’ wara jew ma’ xi rimessa oħra li jkollha
ssir.
Ġbir tat-tnaqqis 
imħallas lill-
Kummissarju 
mingħand payees.
13. Meta pagatur ma jnaqqasx it-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli minn xi emolumenti, u hu wara
jħallas lill-Kummissarju l-ammont li kellu jitnaqqas, hu jista’
jiġbor lura dak l-ammont, iżda dak l-ammont biss, bil-mod
approvat mill-Kummissarju mingħand il-payee li mill-emolumenti
tiegħu kellu jitnaqqas.
Prospett li kull 
sena jintbagħat 
mill-pagaturi.
14. (1) Mhux aktar tard mit-30 ta’ Jannar ta’ kull sena, kull
pagatur għandu jibgħat lill-Kummissarju d-dokumenti li ġejjin -
(a) prospett separat għal kull payee fuq il-formula
mogħtija jew approvata mill-Kummissarju li jagħti d-
dettalji li ġejjin dwar kull payee li lilu jkunu tħallsu l-
emolumenti darba jew aktar matul is-sena li tispiċċa
fil-31 ta’ Diċembru ta’ qabel:
(i) l-isem sħiħ u l-indirizz;
(ii) l-emolumenti gross imħallsa matul dik is-sena;
(iii) it-taxxa, jekk ikun hemm, imnaqqsa matul dik
is-sena; u
(iv) kull dettalji jew informazzjoni oħra li l-
Kummissarju jidhirlu meħtieġa; u
(b) dikjarazzjoni fuq il-formula mogħtija jew approvata
mill-Kummissarju li għandha tinkludi dan li ġej:
(i) lista li turi l-ismijiet u l-indirizzi tal-payees
kollha li dwarhom ikun sar prospett skond il-
paragrafu (a), it-total ta’ l-emolumenti gross
imħallsa matul dik is-sena, u t-taxxa totali
mnaqqsa minnhom; u
(ii) rikonċiljazzjoni tas-somma tat-taxxa totali
mnaqqsa mingħand kull payee mniżżel fid-
dikjarazzjoni tas-subparagrafu (i) mas-somma
tar-rimessi ta’ kull xahar magħmula mill-pagatur
għall-imsemmija sena.
(2) Id-dokumenti mitluba skond is-subregola (1)(a) u (b)
għandhom jingħataw b’żieda ma’ kull prospett ieħor meħtieġ skond
ir-regola 12(1)(a).
(3) Il-Kummissarju jista’ f’kull żmien jitlob aktar prospetti
jew dikjarazzjonijiet dwar kull perijodu jew perijodi speċifiċi.
(4) Il-Kummissarju jista’ jeżenta lil kull persuna jew klassi ta’
persuni milli jħarsu xi disposizzjonijiet ta’ din ir-regola. Kull
eżenzjoni tista’, f’kull żmien, tiġi revokata mill-Kummissarju.
Meta pagatur ma 
jkomplix 
jiffunzjona.
15. Meta pagatur, qabel ma tispiċċa s-sena, ma jkomplix għal
xi raġuni jeżerċita l-funzjonijiet ta’ pagatur, u d-disposizzjonijiet
tar-regola 26 ma jkunux japplikaw, il-prospetti meħtieġa skond ir-
regola 14 għandhom jintbagħtu fi żmien xahar minn meta waqaf
jiffunzjona.
It-tnaqqis ta’ taxxa 
jitpatta mat-taxxa 
dovuta mill-
payees.
16. Kull tnaqqis magħmul skond dawn ir-Regoli għandu, meta
l-ammont relattiv ikun tħallas lill-Kummissarju, jitpatta għall-fini
ta’ ġbir tat-taxxa dovuta għas-sena ta’ stima li tiġi minnufih wara
8 L.S.123.02 ħ TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.)
dik li matulha t-tnaqqis ikun sar:
Iżda meta t-tnaqqis li jkun ser jitpatta kif intqal qabel ikun
iżjed mit-taxxa dovuta għall-imsemmija sena ta’ stima, kif
imnaqqsa b’xi pagamenti oħra magħmula dwarha, dak l-eċċess
għandu jitpatta ma’ kull ammont dovut għal xi sena ta’ stima oħra,
u kull eċċess li jibqa’ għandu jitħallas lura.
Ġbir u Ħlas lura
Ġbir ta’ taxxa 
mnaqqsa minn 
pagaturi.
17. (1) Kull taxxa mnaqqsa jew li kellha titnaqqas minn
pagaturi skond dawn ir-Regoli matul xi xahar tkun dejn dovut lill-
Gvern mill-għaxar ġurnata tax-xahar ta’ wara u għaldaqstant
għandha tinġabar.
(2) Bla ħsara għal kull setgħa oħra mogħtija lilu, il-
Kummissarju jista’ jagħmel kawża f’qorti ta’ ġurisdizzjoni
kompetenti għall-ġbir ta’ kull taxxa mnaqqsa jew li kellha titnaqqas
minn pagatur skond dawn ir-Regoli u li ma tkunx mibgħuta lill-
Kummissarju fiż-żmien preskritt.
Ħlas lura ta’ taxxa 
mnaqqsa żejda.
18. (1) Payee jkollu d-dritt jitlob ħlas lura ta’ taxxa mnaqqsa
minn pagaturi mill-emolumenti tiegħu u mħallsa lill-Kummissarju
skond dawn ir-Regoli, li tkun iżjed mill-ammont li hu għandu
jħallas.
Kap. 372.
(2) Bla ħsara għar-regola 16 talbiet għall-ħlasijiet lura skond
dawn ir-Regoli jsiru skond l-artikolu 48 ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa.
Mixxellanji
Pagaturi li jmutu. 19. Jekk xi pagatur imut, kull ħaġa li hu kellu jagħmel skond
dawn ir-Regoli għandha ssir mill-werrieta tiegħu, mir-
rappreżentanti legali jew mis-suċċessuri tiegħu jew, f’kaz ta’
pagatur li jkun ħallas emolumenti f’isem xi persuna oħra, mill-
persuna li tiġi minfloku, jew, jekk ebda persuna ma tiġi minfloku,
mill-persuna li f’isimha jkun ħallas emolumenti.
Responsabbiltà  in 
solidum.
20. Meta żewġ persuni jew aktar jitqiesu li flimkien huma l-
pagaturi dwar xi payee għall-finijiet ta’ dawn ir-Regoli, l-
obbligazzjonijiet, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet imposti fuq
pagaturi b’dawn ir-Regoli għandhom jitqiesu li ġew imposti
fuqhom solidalment.
Spezzjon ta’ 
notamenti.
21. Kull pagatur, meta jkun mitlub mill-Kummissarju, għandu
jipproduċi għall-ispezzjoni, fil-post tal-pagatur jew, meta l-
Kummissarju hekk jeħtieġ, fl-Uffiċċju tat-Taxxi Interni, il-karti, il-
listi u dokumenti u notamenti oħra tal-pagi, jkunu liema jkunu,
dwar il-kalkolu jew il-ħlas ta’ l-emolumenti mħallsa minnu, jew it-
tnaqqis tat-taxxa minnhom, jew il-kontijiet ta’ kull taxxa hekk
imnaqqsa.
Ħlas f’isem 
persuna oħra.
Kap. 123.
Kap. 372.
22. Meta l-pagatur iħallas emolumenti f’isem persuna oħra din
ta’ l-aħħar għandha tagħti lill-pagatur l-informazzjoni kollha
meħtieġa sabiex il-pagatur ikun jista’ b’kull mod iħares id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, ta’ l-Att
dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u ta’ dawn ir-Regoli.
TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.) ġ L.S.123.02 9
Emolumenti bla 
taxxa.
23. (1) Meta xi ammont jitħallas mill-pagatur lil jew għall-
benefiċċju ta’ payee dwar xi taxxa li l-payee jkollu jħallas, l-
emolumenti għandhom jitqiesu li żdiedu b’somma daqs l-ammont
hekk imħallas.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola għandhom ukoll
japplikaw f’każijiet meta l-pagatur jibgħat taxxa lill-Kummissarju
li kellha titnaqqas mill-emolumenti mħallsa minnu iżda li ma
tnaqqsitx, u li wara ma tinġabarx mill-pagatur mingħand il-payee.
Pagamenti ta’ l-
aħħar.
24. (1) Meta xi ħlas ta’ emolumenti lill-payee residenti
jirrappreżenta jew jinkludi ammonti li għandhom jitħallsu meta
jispiċċa kuntratt li jġib miegħu l-ħlas ta’ emolumenti, ir-rata ta’
tnaqqis ta’ taxxa minnhom, b’dak kollu li hemm fid-
disposizzjonijiet tar-regola 3(1) u tar-regola 4(3) għandha tkun dik
murija hawn taħt:
(a) meta pagament ta’ l-aħħar ikun inqas minn ħames mitt
lira  .................................................................... 15%;
(b) meta jkun ħames mitt lira jew iktar, iżda inqas minn
elf lira ................................................................ 20%; 
(c) meta jkun elflirajew iżjed, iżda inqas minn elfejn 
lira ..................................................................... 30%; 
(d) meta jkun elfejn lira jew iżjed, iżda inqas minn ħamest
elef lira..............................................................  45%;
(e) meta jkun ħamest elef lira jew iżjed, iżda inqas minn
sebat elef u ħames mitt lira  ................................ 50%;
(f) meta jkun sebat elef u ħames mitt lira jew iżjed ... 55%.
(2) Ir-rati ta’ tnaqqis ta’ taxxa skond is-sub-regola (1) ta’ din
ir-regola għandhom kull darba jiżdiedu b’għaxra fil-mija meta l-
ħlas isir lill-payee mhux residenti jew lill-persuna residenti f’isem
payee mhux residenti.
Indennizz ta’ 
pagaturi.
25. Kull pagatur huwa hawnhekk indennizzat kontra kull
persuna tkun liema tkun għat-tnaqqis u l-ħlasijiet kollha li hu
jagħmel skond u bis-saħħa ta’ dawn ir-Regoli.
Meta jinbidel il-
pagatur u mhux il-
kuntratt relattiv.
26. Meta jkun hemm tibdil fil-pagatur li minn għandu payee
jirċievi emolumenti mingħajr ma jkun hemm tibdil effettiv fil-
kuntratt li bis-saħħa tiegħu jitħallsu l-emolumenti, il-pagatur il-
ġdid ikollu jagħmel kull ħaġa li l-pagatur ta’ qablu kellu jagħmel
skond dawn ir-Regoli.
Ċerti arranġamenti 
jkunu nulli u bla 
effett.
27. Ħlief arrangamenti bħal dawk li għalihom hemm provdut
fir-regola 23, kull arranġament li bih pagatur jintrabat li ma
jnaqqasx taxxa kif meħtieġ b’dawn ir-Regoli minn xi parti jew
mill-emolumenti kollha mħallsa lil payee jkun null u bla effett.
Managers jew 
uffiċjali prinċipali 
oħra ta’ korpijiet 
ta’ persuni.
28. Il-manager jew kull uffiċjal prinċipali ieħor ta’ kull korp
ta’ persuni jkollu jirrispondi personalment għal dak kollu li hu
meħtieġ li jsir skond dawn ir-Regoli mill-korp ta’ persuni.
Pagaturi jagħtu 
avviż lill-
Kummissarju.
29. Kull pagatur huwa obbligat li javża lill-Kummissarju fi
żmien tliet ijiem mill-bidu fis-seħħ tal-kuntratt li bis-saħħa tiegħu
jitħallsu minnu l-emolumenti għall-ewwel darba lil kull payee. Dan
l-avviż għandu jingħata minn kull pagatur fuq il-formula mogħtija
10 L.S.123.02 ħ TNAQQIS TA’ TAXXA (P.A.Y.E.)
mill-Kummissarju.
Formuli msemmija 
f’dawn ir-Regoli.
30. Numru biżżejjed tal-formuli msemmija f’dawn ir-Regoli
għandhom jingħataw bla ħlas mill-Kummissarju lil kull pagatur li
jitlobhom. Ebda prospett, dikjarazzjoni, ċertifikat jew
informazzjoni oħra li għandha tingħata skond dawn ir-Regoli ma
għandha titqies li ntbagħtet kemm-il darba ma ssirx fuq il-formula
mogħtija jew approvata mill-Kummissariu.
