EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA ġ L.S.123.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.03
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA
1 ta’ Jannar, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 7 ta’ l-1973, kif emendat bl-Avviż Legali 201 ta’ l-
1996.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika Għarbija tal-Libja.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illli l-arrangamenti speċifikati fil-Konvenzjoni murija
fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Ordni ġiet magħmula mal-
Gvern tar-Repubblika Għarbija tal-Libja sabiex tagħti
eżenzjoni minn taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin
imposti bil-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Libja -
(i) It-taxxa dwar ir-Real Estate;
(ii) It-taxxa dwar l-Agrikoltura;
(iii) It-taxxi dwar profitti Kummerċjali, Industrjali u
Professjonali, li jinkludu:
(a) It-taxxi fuq profitti li jinqalgħu minn
attivitajiet Kummerċjali, Industrjali u
Professjonali;
(b) It-taxxi fuq Kumpanniji;
(iv) It-taxxi fuq profitti li jinqalglu mill-prattika tal-
Professjoni Libera;
(v) It-taxxi fuq pagi, salarji u din ix-xorta;
(vi) It-taxxi fuq Income li jinqala’ barra mill-pajjiż;
(vii) It-taxxa ġenerali fuq Income;
(viii) It-taxxa Al-Jihad (Taxxa għad-Difiża); u
(b) illi huwa espedjenti li dawk l-arranġamenti jkunu
effettivi.
2 L.S.123.03 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA
SKEDA
KONVENZJONI
BEJN IL-GVERN TA’ MALTA U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA 
TAL-LIBJA GĦALL-EŻENZJONI MIT-TAXXA DOPPJA DWAR TAXXI
FUQ L-INCOME
BILLI l-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika Għarbija tal-Libja jixtiequ
jiftiehmu bejniethom għall-eżenzjoni ta’ taxxa doppja dwar it-taxxi fuq l-income,
ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
L-Iskop tal-Konvenzjoni
ARTIKOLU 1
Taxxi Koperti
1. Din il-Konvenzjoni tapplika għal taxxi fuq income imposti minn kull Stat
Kontraenti jew mill-awtoritajiet lokali, jkun xi jkun il-mod li bih jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu li huma taxxa fuq l-income t-taxxi kollha mposti fuq
income totali, jew fuq xorta ta’ income.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom tapplika din il-Konvenzjoni huma:
(A) Dwar ir-Repubblika Għarbija tal-Libja.
(i) it-taxxa dwar ir-Real Estate;
(ii) it-taxxa dwar l-Agrikoltura;
(iii) it-taxxi dwar profitti Kummerċjali, Industrjali u Professjonali, li
jinkludu:
(a) it-taxxi fuq profitti li jinqalgħu minn attivitajiet Kummerċjali,
Industrjali u Professjonali;
(b) it-taxxi fuq Kumpanniji;
(iv) it-taxxi fuq profitti li jinqalglu mill-prattika tal-Professjoni
Libera;
(v) it-taxxi fuq pagi, salarji u din ix-xorta;
(vi) it-taxxi fuq Income li jinqala’ barra mill-pajjiż;
(vii) it-taxxa ġenerali fuq Income;
(viii) it-taxxa Al-Jihad (Taxxa għad-Difiża).
(B) Dwar Malta.
it-taxxa fuq l-Income.
4. Il-Konvenzjoni għandha tapplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment jixxiebħu li sussegwentement tiġi mposta b’żieda ma’, jew minflok,
it-taxxi eżistenti. Fl-aħħar ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull bidla li tkun saret fil-liġijiet dwar it-
taxxi rispettivi tagħhom.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA ġ L.S.123.03 3
KAPITOLU II
Tifsir
ARTIKOLU 2 
Tifsiriet ġenerali
1. F’din il-Konvenzjoni, kemm-il darba l-kuntest tal-kliem ma jeħtieġx
xort’oħra -
(a) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru Malta jew
il-Libja, skond kif jeħtieġ il-kontest;
(b) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(ċ) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(d) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża mmexxija minn persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(e) il-frażi "awtorità  kompetenti" dwar ir-Repubblika Għarbija tal-Libja tfisser
il-Ministeru tat-Teżor, u dwar Malta tfisser il-Kummissarju tat-Taxxi Interni.
2. Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni, il-frażi "persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti" tfisser kull persuna li, skond il-liġi ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-
taxxa hemmhekk minħabba li hi tkun hemm domiċiljata, residenti, jew hemm
immaniġġa jew għal xi raġuni oħra bħal dawn.
3. Dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni minn Stat Kontraenti kull frażi li ma
tkunx xort’oħra mfissra għandha, kemm-il darba r-rabta l-kuntest tal-kliem ma
jeħtieġx xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha bil-liġijiet ta’ dak l-Istat
Kontraenti dwar it-taxxi li huma suġġetti għall-Konvenzjoni.
ARTIKOLU 3
Id-Domiċilju tat-Taxxa
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, id-Domiċilju tat-Taxxa ta’
kull income għandu jitqies li hu l-Istat Kontraenti li fih jinqala’ l-income.
ARTIKOLU 4
Stabbiliment Permanenti
1. Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni, il-frażi "stabbiliment permanenti"
tfisser post fiss ta’ negozju li fih jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) Post ta’ tmexxija;
(b) Fergħa;
(ċ) Uffiċċju;
(d) Fabbrika;
(e) Ħanut tax-xogħol;
4 L.S.123.03 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA
(f) Minjiera, barriera jew post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżervi naturali;
(g) Bini jew sit tal-bini.
3. Il-frażi "stabbiliment permanenti" ma għandhiex titqies li tinkludi:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss li jinħażnu jew jintwerew oġġetti
jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) biex jinżamm l-istock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss li jinħażen jew jintwera;
(ċ) biex jinżamm l-istock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) biex jinżamm l-post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti
jew merkanzija, jew biex tinġabar informazzjoni, għall-impriża;
(e) biex jinżamm l-post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ reklam, biex
tingħata informazzjoni, għal riċerka xjentifika jew għall-attivitajiet bħal
dawn li jkunu ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja, għall-impriża.
4. Persuna li taġixxi fi Stat Kontraenti f’isem impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor - li ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika il-paragrafu 5 -
għandha titqies li tkun stabbiliment permanenti fl-Istat fejn taġixxi jekk ikollha, u
abitwalment teżerċita f’dak l-Istat, awtorità  li tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriża,
kemm-il darba l-attivitajiet tagħha ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
5. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għaliex tkun qed tmexxi biss negozju f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi
aġent ieħor ta’ status indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu għal
rashom fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
6. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti f’wieħed mill-Istati Kontraenti
tikkontrolla jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi li xi
waħda mill-kumpanniji hija stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ l-Income
ARTIKOLU 5
L-Income minn Proprjetà  Immobiljari
1. L-Income minn proprjetà  immobiljari jiġi ntaxxat biss fl-Istat Kontraenti li
fih dik il-proprjetà  tkun qegħda.
2. Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandha tiġi mfissra skond il-liġi ta’ l-Istat
Kontraenti li fih tkun qegħda l-proprjetà  li tkun.
ARTIKOLU 6
Profitti minn Negozju
1. Il-profitti ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati fl-Istat fejn
l-impriża tkun qegħda u wkoll fl-Istat fejn ikollha stabbiliment permanenti, f’liema
każ, it-taxxa għandha tiġi limitata għall-profitti li jinqalgħu mill-istabbiliment
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA ġ L.S.123.03 5
permanenti, u ma għandhiex tkun aktar minn ħmistax fil-mija tal-profitti.
2. Meta mpriża ta’ Stat Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien
jkun mistenni jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem l-istess
attivitajiet jew oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li
taħdem għal kollox separatament mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment
permanenti.
3. Meta jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandu jkun
permess bħala tnaqqis l-ispejjeż li jsiru għall-iskop ta’ dak l-istabbiliment
permanenti sew jekk dawk l-ispejjeż ikunu saru fl-Istat li fih l-istabbiliment
permanenti jkun qiegħed sew jekk isiru band’oħra.
4. Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
5. Għall-fini tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti lill-
istabbilimient permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir il-kuntrarju.
6. Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ din il-Konvenzjoni, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-artikoli
ma jiġux imfixla bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 7
Shipping u Trasport bl-Ajru
Profitti mill-attività  ta’ bastimenti jew ta’ inġenji ta’ l-ajru fit-traffiku
internazzjonali jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti fejn ikun qiegħed il-post tat-
tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
ARTIKOLU 8
Impriżi Assoċjati
Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti u l-impriża
ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti
kundizzjonijiet bejn iż-żewġ imprizi fir-relazzjonijiet kummerċjali jew
finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li kienu jiġu
magħmula bejn imprizi indipendenti,
f’dak il-każ kull profitti li, kieku ma kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu
jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda, minħabba dawk il-kundizzjonijiet, ma
jkunux ġew hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-profitti ta’ dik l-impriża u
ntaxxati u għalhekk għandhom jiġu applikati l-proċeduri li hemm fil-liġijiet
rispettivi ta’ kull wieħed mill-Istati Kontraenti.
6 L.S.123.03 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA
ARTIKOLU 9
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun reġistrata f’wieħed mill-Istati
Kontraenti jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat. Din it-taxxa ma għandhiex tkun aktar
minn ħmistax fil-mija fuq l-ammont gross tad-dividendi:
Iżda kumpannija reġistrata f’wieħed mill-Istati Kontraenti għandha d-dritt li
l-profitti u l-qligħ, jew parti minnhom, li jistgħu jiġu distribwiti bħala dividend lil xi
persuna residenti fl-Istat Kontraenri l-ieħor, titħallas taxxa fuqhom ta’ mhux aktar
minn ħmistax fil-mija anki jekk dawk id-dividendi ma tiddistribwihomx jew ma
tqassamhomx.
2. Il-frażi "dividendi" għandha tiġi mfissra skond il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li
fih il-kumpannija tkun reġistrata.
ARTIKOLU 10
Imgħax
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lill-persuna residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor għandu jiġi ntaxxat biss fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’. Jekk
min jirċievi l-imgħax tkun il-persuna li hija intitolata għalihom, it-taxxa li għandha
titħallas ma għandhiex tkun aktar minn ħmistax fil-mija fuq l-imgħax kollu.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi l-imgħax, li jkun persuna residenti ta’ Stat Kontraenti, ikollu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax stabbiliment permanenti li miegħu id-dritt
għad-dejn li minnu jinqala’ l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam. F’dan il-każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6.
3. L-imgħax għandu jitqies li nqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallsu jkun
dak l-Istat innifsu, sub-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew persuna residenti ta’
dak l-Istat.
ARTIKOLU 11
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati f’dak l-
Istat. Jekk min jirċievihom jkun il-persuna li għandha d-dritt għalihom, it-taxxa li
għandha titħallas ma għandhiex tkun aktar minn ħmistax fil-mija.
2. Il-frażi "royalties" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull xorta
bħala kumpens għall-użu, jew għad-dritt li tintuża, kull privattiva ta’ xogħol
letterarju, artistiku jew xjentifiku, kull invenzjoni, trade mark, disinn jew mudell,
pjan, formula jew proċess sigriet jew għall-użu, jew id-dritt għall-użu, ta’ tagħmir
industrjali, kummerċjali jew xjentifiku, jew għal informazzjoni dwar esperjenza
industrjali, kummerċjali jew xjentifika.
3. Il-frażi "royalties" kif użata f’dan l-Artikolu teskludi kiri u income ieħor
dwar films ċinematografiċi. Dak il-kiri u income għandhom, għall-fini ta’ din il-
Konvenzjoni, jitqiesu bħala profitti minn negozju.
ARTIKOLU 12
Servizzi Personali Indipendenti
l. Income li jinkiseb minn persuna residenti ta’ Stat Kontraenti dwar servizzi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA ġ L.S.123.03 7
professjonali jew dwar attivitajiet indipendenti oħra bħal dawn għandu jiġu ntaxxat
biss f’dak l-Istat kemm-il darba il-persuna ma jkollhiex bażi fissa li hi tista’ tuża
regolarment fl-Istat Kontraenti l-ieħor sabiex tagħmel l-attivitajiet tagħha. Jekk
ikollha dik il-bażi fissa, l-income jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor iżda sa
dak l-ammont biss li jkun attribwibbli għal dik il-bażi fissa.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tfisser attivitajiet indipendenti skond il-
liġijiet u r-regolamenti li jkunu jseħħu f’kull Stat Kontraenti.
ARTIKOLU 13
Servizzi Personali Dipendenti
Salarji, pagi u emolumenti bħal dawn li jinqalgħu f’wieħed mill-Istati Kontraenti
jkunu taxxabbli biss fl-Istat fejn isiru s-servizzi li minnhom jinqala’ dak l-income,
iżda jekk dak l-income jinqala’ minn xogħol li jsir fuq bastiment jew ajruplani li
jaħdmu fil-qasam tat-trasport internazzjonali, ikun taxxabbli biss fl-Istat fejn ikun
qiegħed il-post tat-tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
ARTIKOLU 14
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinqalgħu minn persuna residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kariga tagħha bħala membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija
li tkun residenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 15
Artisti u Atleti
B’dak kollu li jinsab fl-Artikoli 12 u 13, income li jinqala’ minn min jagħmel
spettakoli pubbliċi ta’ divertiment, bħala artisti tat-teatru, tal-films ċinematografici,
tar-radju jew tat-televiżjoni, mużiċisti u minn atleti, mill-attivitajiet personali
tagħhom, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fihom dawk l-attivitajiet jiġu
eżerċitati.
ARTIKOLU 16
Pensjonijiet
Pensjonijiet u income ieħor simili mħallas lil persuna residenti ta’ Stat Kontraenti
b’kumpens ta’ mpieg li kellha qabel jista’ jiġi ntaxxat biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 17
Funzjonijiet tal-Gvern
1. Rimunerazzjoni mħallsa mill-Gvern ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti lil xi
individwu għas-servizzi mogħtija lil dak il-Gvern fil-qadi ta’ funzjonijiet tal-gvern
tkun eżenti mit-taxxa fl-Istat l-ieħor jekk l-individwu ma jkunx persuna residenti
f’dak l-Istat l-ieħor jew ikun persuna residenti f’dak l-Istat l-ieħor għall-iskop biss li
jagħti dawk is-servizzi, kemm-il darba, dak l-individwu jkollu n-nazzjonalità  ta’ dak
l-Istat Kontraenti.
2. Id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu ma tapplikax għall-ħlasijiet dwar servizzi
mogħtija in konnessjoni ma’ xi kummerċ jew negozju mmexxi minn xi wieħed mill-
Gvernijiet għall-finijiet ta’ profitt.
8 L.S.123.03 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA
3. F’dan l-Artikolu, "Gvern" għandha titqies li tinkludi korporazzjonijiet
pubbliċi u għaqdiet parastatali oħra simili.
ARTIKOLU 18
Studenti
1. Student jew apprendista fin-negozju li jkun jew li qabel kien persuna
residenti ta’ Stat Kontraenti li jkun qiegħed fl-Istat Kontraenti l-ieħor għall-iskop
biss ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ tiegħu, li jirċievi ħlasijiet għall-fini tal-manteniment,
ta’ l-edukazzjoni u tat-taħriġ tiegħu ma għandux jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor,
kemm-il darba dawk il-ħlasijiet ma jsirulux minn għejjun barra dak l-Istat l-ieħor.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw wkoll għall-
income li l-istudent jew l-apprendista tan-negozju jista’ jaqla’ minn impieg fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, kemm-il darba dak l-impieg ikollu x’jaqsam ma’ l-istudju jew
mat-taħriġ tiegħu u/jew dak l-income li jaqla’ minnu jkun meħtieġ mill-istudent jew
mill-apprendista biex iħallas l-ispejjeż ta’ l-għajxien tiegħu.
ARTIKOLU 19
Professuri, Għalliema u Riċerkaturi
Professur, għalliem jew riċerkatur minn wieħed mill-Istati Kontraenti li jirċievi
rimunerazzjoni minn tagħlim jew minn xogħol ta’ riċerki matul iż-żmien tar-
residenza temporanja li ma jkunx iktar minn tliet xhur f’Università , Kulleġġ jew
istituzzjoni oħra ta’ edukazzjoni ogħla jew riċerki xjentifiċi fl-Istat Kontraenti l-
ieħor ikun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor dwar dik ir-rimunerazzjoni: iżda l-
imsemmi żmien ta’ tliet xhur jista’ jittawwal bi żminijiet simili.
KAPITOLU IV
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 20
Krediti ta’ Taxxa
1. Meta persuna residenti ta’ Stat Kontraenti taqla’ income li fuqu tkun tħallset
ukoll taxxa fl-Istat Kontraenti l-ieħor, l-Istat l-ewwel imsemmi għandu jnaqqas mit-
taxxa tiegħu fuq l-income ta’ dik il-persuna somma li tkun daqs it-taxxa mħallsa fl-
Istat Kontraenti l-ieħor: iżda dak it-tnaqqis ma jkunx iżjed minn dik il-parti tat-taxxa
kif maħduma qabel ma jingħata t-tnaqqis li jkun japplika għall-income ntaxxat fl-
Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-Artikolu ma ttellef kull ħelsien ieħor li jkun
xieraq skond id-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti dwar
kull ammont ta’ taxxa li bih it-taxxa f’wieħed mill-Istati tkun iktar mill-kreditu li
jista’ jingħata akkont tagħha fl-Istat l-ieħor skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Artikolu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA ġ L.S.123.03 9
KAPITOLU V
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 21
Ebda Diskriminazzjoni
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma jkunux suġġetti fl-Istat Kontraenti l-ieħor
għal xi tassazzjoni jew ħtieġa oħra li jkollha x’taqsam magħha li tkun piż ieħor jew
piz aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li għalih iċ-
ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma suġġetti.
2. Il-frażi "ċittadin" tfisser:
(a) l-individwi kollha li jkollhom n-nazzjonalità  ta’ Stat Kontraenti;
(b) il-persuni legali, is-soċjetajiet u l-għaqdiet kollha rikonoxxuti mil-liġi li
tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti.
3. It-tassazzjoni ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar bi żvantaġġ f’dak l-Istat l-
ieħor għat-tassazzjoni miġbura minn impriża ta’ dak l-Istat l-ieħor li tmexxi l-istess
attivitajiet. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem bħala li tobbliga lill-Istat
Kontraenti milli jagħti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis personali,
ħelsien u tnaqqis għall-finijiet ta’ tassazzjoni minħabba l-istat ċivili jew
responsabbiltajiet tal-familja li jagħti lil residenti tiegħu stess.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikunu proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament minn
residenti wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ewwel imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi htiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li tkun piż ieħor jew aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom
x’jaqsmu magħha li għalih impriżi bħal dawk fl-Istat l-ewwel imsemmi huma/jew
jistgħu jkunu suġġetti.
ARTIKOLU 22
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
l. Meta persuna residenti ta’ Stat Kontraenti jidhrilha li l-azzjonijiet ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li hi tiġi
ntaxxata mhux skond din il-Konvenzjoni, hi tista’, minkejja r-rimedji provduti fil-
liġijiet nazzjonali ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu tkun persuna residenti.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tara jekk l-oġġezzjoni tidher li tkun
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni xierqa, li tirriżolvi
l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor bil-
ħsieb li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-Konvenzjoni.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li
jirriżolvu bi ftehim reċiproku kull diffikoltajiet jew dubbju li jinqala’ dwar it-tifsir
jew l-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni. Huma jistgħu wkoll jikkonsultaw
flimkien sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja f’każijiet li m’hemmx provdut
għalihom fil-Konvenzjoni.
4. L-awtoritajet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
flimkien direttament sabiex jintlaħaq ftehim fis-sens tal-paragrafi ta’ qabel. Meta
jkun jidher konsiljabbli sabiex jintlaħaq ftehim li jsir skambju verbali ta’ fehmiet,
10 L.S.123.03 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA
dan l-iskambju jista’ jsir permezz ta’ Kummissjoni li tkun magħmula minn
rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 23
Skambju ta’ Informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jagħtu lil xulxin
l-informazzjoni meħtieġa sabiex isseħħ il-Konvenzjoni u jseħħu l-liġijiet domestiċi
ta’ l-Istati Kontraenti dwar it-taxxi li għalihom tapplika din il-Konvenzjoni safejn it-
tassazzjoni tkun skond din il-Konvenzjoni. Kull informazzjoni għandha titqies li hi
sigrieta u ma għandhiex tingħata lil xi persuni jew awtoritajiet barra minn dawk li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istima jew il-ġbir tat-taxxi li huma s-suġġett tal-
Konvenzjoni.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftehmu li
jimponu fuq xi wieħed mill-Istati Kontraenti l-obbligu -
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jkunux skond il-liġijiet jew il-
prattika amministrattiva ta’ dak l-Istat jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti dawk il-partikolaritajiet li ma jkunux jistgħu jinkisbu skond il-
liġijiet jew fil-kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat jew ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, negozju,
industrjali jew professjonali jew xi proċess tal-kummerċ, jew
informazzjoni, meta dan ikun kontra l-interess pubblku.
ARTIKOLU 24
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
Ebda ħaġa f’din il-Konvenzjoni ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ l-
uffiċjali diplomatiċi jew konsulari skond ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali
jew skond id-disposizzjonijiet ta’ ftehim speċjali.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Finali 
ARTIKOLU 25
Bidu fis-Seħħ
Il-Konvenzjoni għandha tibda sseħħ ma l-iskambju ta’ dawk l-atti ta’
ratifikazzjoni u d-disposizzjonijiet tagħha għandhom jibdew iseħħu mill-1 ta’
Jannar, 1973.
ARTIKOLU 26
Terminazzjoni
Din il-Konvenzjoni għandha tibqa’ sseħħ sakemm tigi rinunzjata minn wieħed
mill-Istati Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jirrinunzja għall-
Konvenzjoni permezz ta’ mezzi diplomatiċi billi javża t-terminazzjoni għall-anqas
sitt xhur qabel ma tispiċċa xi sena kalendarja wara s-sena 1975. F’dak il-każ, il-
Konvenzjoni tieqaf dwar il-kategoriji kollha ta’ income li jinkisbu wara li tispiċċa s-
sena kalendarja li matulha jkun ingħata avviż tar-rinunzja tal-Konvenzjoni minn
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ 
L-INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAL-LIBJA ġ L.S.123.03 11
wieħed mill-Istati Kontraenti lill-Istat l-ieħor.
B’xiehda tal-ftehim hawn fuq milħuq, il-firmatarji llum iffirmaw din il-
Konvenzjoni bis-saħħa ta’ l-awtorità  mogħtija lilhom għal hekk mill-Gvernijiet
rispettivi tagħhom.
Din il-Konvenzjoni qed tiġi iffirmata in duplikat, iżda b’effett wieħed, fl-ilsien
Għarbi u Ingliż, u ż-żewġ ilsna huma t-tnejn awtorevoli.
Illum, 27 ta’ Shaban 1392 Hijria
li jikkorrispondi għall-5 ta’ Ottubru 1972 A.D.
Għall-Gvern tar-Repubblika
Għarbija tal-Libja
ABDUL ATI ELOBEIDI
Ministru tax-Xogħol
(firma)
Għall-Gvern ta’ Malta
DR JOSEPH CASSAR 
Ministru tax-Xogħol, Impiegi 
u Sigurtà  
(firma)
