EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.05
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-RENJU TAL-BELĠJU
20 ta’ Awissu, 1976
L-AVVIŻ LEGALI 108 ta’ l-1976, kif emendat bl-Avviż Legali 83 ta’ l-
2003.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Renju tal-Belġju.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illli l-arrangamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-
Iskeda 1i tinsab ma’ dan l-Ordni ġiet magħmula mal-
Gvern tar-Renju tal-Belġju sabiex jingħata ħelsien
minn taxxa doppja u sabiex ma jkunx hemm evażjoni
fiskali dwar it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-
Renju tal-Belġju -
(i) taxxa fuq l-income individwali;
(ii) taxxa fuq l-income korporata;
(iii) taxxa fuq l-income fuq entitajiet legali;
(iv) taxxa fuq l-income fuq persuni mhux residenti;
magħduda ħlasijiet bil-quddiem, is-surcharges fuq
dawk it-taxxi u l-ħlasijiet bil-quddiem, u s-suppliment
kommunali għal taxxa fuq l-income individwali; u
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
seħħ.
2 L.S.123.05 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU
FTEHIM BEJN
L-ISTAT TA’ MALTA U R-RENJU TAL-BELGJU
GĦALL-ĦELSIEN MIT-TAXXA DOPPJA
U TĦARIS MINN EVAŻJONI FISKALI
Il-Gvern ta’ l-Istat ta’ Malta u l-Gvern tar-Renju tal-Belgju, billi jixtiequ jagħmlu
Ftehim għall-ħelsien mit-taxxa doppja u tħaris minn evażjoni fiskali, ftehmu kif ġej:
I - Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1 
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il ftehim japplika għal taxxi fuq l-income u fuq kapitali mportati f’isem
kull wieħed mill-Istati Kontraenti jew tas-sottodiviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet
lokali tagħhom, hu li hu l-mod li bih jinġabru.
(2) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma b’mod partikolari:
fuq income totali, fuq kapital totali, jew fuq elementi ta’ income jew ta’ kapital
magħduda taxxi fuq qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-
ammonti totali ta’ pagi u salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq
apprezzament tal-kapital.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma, b’mod
partikolari-
(a) fil-Belgju:
(i) it-taxxa fuq l-income individwali;
(ii) it-taxxa fuq l-income korporata;
(iii) it-taxaa fuq l-income fuq entitajiet legali;
(iv) it-taxxa fuq l-income fuq persuni mhux residenti;
(v) l-imposta speċjali assimilata mat-taxxa fuq l-income individwali;
inklużi l-ħlasijiet bil-quddiem, is-surcharges fuq dawk it-taxxi u l-
ħlasijiet bil-quddiem, u s-supplimenti għat-taxxa fuq l-income
individwali,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "t-taxxa tal-Belgju");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income, inklużi ħlasijiet bil-quddiem ta’ taxxa sew jekk bi
tnaqqis minn ras il-għajn jew xort’oħra,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
(4) Dan il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom li jiġu mposti wara d-data tal-firmar ta’ dan il-Ftehim
SKEDA Emendata:A.L. 83 ta’ l-2003.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 3
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil li jkun sar fil-liġijiet dwar it-
taxxi rispettivi tagħhom.
(5) Meta l-Ftehim jipprovdi li income li jinqala’ fi Stat Kontraenti għandu jiġi
meħlus mit-taxxa f’dak l-Istat, jew għal kollox jew f’parti, u, skond il-liġi fis-seħħ
fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-taxxa b’riferenza għal dak
l-ammont minnu li jintbagħat jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat l-ieħor u mhux
b’riferenza għall-ammont sħiħ tiegħu, allura l-ħelsien li għandu jingħata fl-Istat l-
ewwel imsemmi għandu japplika biss għal dik il-parti mill-income li tkun intbagħtet
jew li ġiet irċevuta fl-Istat l-ieħor.
II - Tifsir
ARTIKOLU 3
Tifsiriet ġenerali
(1) F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
(a) il-frażi "Belġju" meta wżata f’sens ġeografiku, tfisser ir-Renju tal-Belġju,
magħduda l-ibħra territorjali tiegħu, u kull area barra mill-baħar territorjali tal-
Belġju li, skond il-liġi internazzjonali, hi hekk imsemmija jew iktar ’il quddiem
tista’ tissejjaħ, taħt il-liġijiet tal-Belġju dwar il-blata kontinentall bħala area li fiha
d-drittijiet tal-Belġju dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom
jistgħu jiġu eżerċitati;
(b) il-frażi "Malta", meta wżuta f’sens ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-
Gżira ta’ Għawdex u l-Gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, magħduda l-ibħra
territorjali tagħhom, u kull area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi
internazzjonali, hi hekk imsemmija jew iktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-
liġijiet ta’ Malta dwar il-blata kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta
dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru l-Belġju
jew Malta skond ma teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija jew korp ieħor ta’ persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża mmexxija minn persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) dwar il-Belġju kull individwu li jkollu n-nazzjonalità  tal-Belġju u kull
persuna, soċjetà  jew assoċjazzjoni legali li tikseb dak l-istat tagħha bis-
saħħa ta’ liġi fis-seħħ fil-Belġju;
(ii) dwar Malta, kull ċittadin ta’ Malta kif provdut fil-Kapitolu III tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta u fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, u kull
persuna, soċjetà  u assoċjazzjoni legali li tikseb dak l-istat tagħha bis-
saħħa tal-liġi fis-seħħ f’Malta;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali," tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru mħaddem minn impriża li għandha l-post tal-maniġġ effettiv
tagħha fi Stat Kontraenti, barra minn meta l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jkun
imħaddem biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
4 L.S.123.05 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tal-Belġju, l-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma
tkunx xort’oħra mfissra għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Kontraenti
dwar it-taxxi li huma suġġetti għal dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 4
Domiċilju Fiskali
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti" tfisser kull persuna, li l-income tagħha jkun suġġett għat-taxxa f’dak l-
Istat, minħabba d-domiċilju, ir-residenza jew il-post tal-maniġġ tagħha jew xi
kriterju ieħor dwarha ta’ din ix-xorta, iżda ma tinkludix xi persuna li tkun suġġetta
għat-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti biss dwar income minn għejjun hemmhekk jew
kapital li jkun qiegħed f’dak l-Istat.
(2) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), individwu jkun persuna
residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-każ tiegħu għandu jiġi stabbilit skond ir-
regoli li ġejjin:
(a) Dan għandu jitqies bħala persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih
għandu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu. Jekk dan għandu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati Kontraenti, dan
għandu jitqies li hu persuna residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti li miegħu
r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-iktar marbuta
(ċentru ta’ nteressi vitali).
(b) Jekk l-Istat Kontraenti li fih għandu ċ-ċentru ta’ l-interess vitali ma
jkunx jista’ jiġi stabbilit, jew jekk dan ma jkollux għad-disposizzjoni
tiegħu dar permanenti f’xi wieħed mill-Istati Kontraenti, dan għandu
jitqies li hu persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi.
(ċ) Jekk dan ikollu post fejn soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati Kontraenti jew
ma jkollu f’ebda wieħed minnhom, dan għandu jitqies li hu persuna
residenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun nazzjonali.
(d) Jekk dan ikun nazzjonali taż-żewġ Stati Kontraenti jew ta’ ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura għandha titqies li hi
persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed il-post tal-maniġġ effettiv
tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim. il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post fiss ta’ negozju li fih jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 5
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, barriera jew post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżervi naturali;
(g) sit tal-bini jew kostruzzjoni jew proġett ta’ assemblea li jeżisti għal
aktar minn tnax-il xahar.
(3) Il-frażi "stabbiliment permanenti" ma għandhiex titqies li tinkludi:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna u wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu propretà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew għall-ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ reklam, għall-
għoti ta’ tagħrif, għal tiftix xjentifiku jew għall-attivitajiet bħal dawn li
jkunu ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja, għall-impriża.
(4) Persuna li taġixxi fi Stat Kontraenti f’isem impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor - li ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu (5) -
għandha titqies li tkun stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk
ikollha, u abitwalment teżerċita f’dak l-Istat, awtorità  li tilkkonkludi kuntratti f’isem
l-impriża, kemm-il darba l-attivitajiet tagħha ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oġġetti
jew merkanzija għall-impriża.
(5) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għaliex biss tkun qed tmexxi negozju f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi
aġent ieħor bi status indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors
ordinarju tan-negozju tagħhom.
(6) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti
tikkontrolla jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat l-ieħor,
jew li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti
sew xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
III - Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn proprjetà  immobiljari
(1) Income minn proprjetà  immobiljari jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fih dik il-proprjetà  tkun qegħda.
(2) II-frażi "proprjetà  immobilijari" għandha tiġi mfissra skond il-liġi ta’ l-Istat
Kontraenti li fih tkun qiegħda dik il-proprjetà . ll-frażi għandha f’kull każ tinkludi
proprietà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, drittijiet li għalihom japplikaw id-
6 L.S.123.05 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobiljari, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew li jkunu bħala kumpens għall-
ħdim ta’, jew għad-dritt li jinħadmu, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra
naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjoniiiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizz professjonali.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-
lstat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li jinqalgħu minn dak l-istabbiliment
permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta mpriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem l-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kondizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem għal
kollox separatament mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
(3) Meta jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandu jkun
permess bħala tnaqqis spejjeż li jsiru għall-iskop ta’ dak l-istabbiliment permanenti
magħduda spejjeż eżekuttivi u aministrativi ġenerali li jsiru, sew jekk fl-Istat li fih l-
istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk isiru band’oħra.
(4) Safejn ikun soltu li fih Stat Kontraenti jiġu stabbiliti l-profitti li għandhom
jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti totali ta’
l-impriża fuq il-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu (2) ma għandha
ttellef lil dak 1-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu ntaxxati
skond dak it-tqassim kif soltu jsir. Il-metodu tat-tqassim li jiġi wżat għandu,
b’danakollu, ikun hekk li r-riżultat ikun skond il-prinċipji stabbiliti f’dan l-Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti, għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jiġux imfixkla bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 7
ARTIKOLU 8
Shipping u Trasport bl-Ajru
(1) Profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li fih il-post tat-tmexxija
effettiva ta’ l-impriza jkun qiegħed.
(2) Jekk il-post tat-tmexxija effettiva ta’ mpriża tax-shipping ikun abbord
bastiment, allura għandu jitqies li jkun qiegħed fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed
il-post tar-ritorn tal-bastiment, jew, jekk ma jkollux dak il-post tar-ritorn, fl-Istat
Kontraenti li tiegħu l-operatur tal-bastiment ikun residenti.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għal profitti
li jinkisbu mill-parteċipazzjoni f’pool, f’negozju joint jew f’aġenzija ta’ operazzjoni
internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti u mpriża ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ kull profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-imprizi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda dawk id-dividendi jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti li tiegħu l-
kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi tkun residenti u skond il-liġi ta’ dak l-
Istat, iżda -
(a) meta d-dividendi jkunu mħallsa minn kumpannija residenti fil-Belġju lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom, it-taxxa hekk
imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont gross
tad-dividendi; din id-disposizzjoni ma tolqotx it-tassazzjoni tal-
kumpannija tal-Belġju dwar il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi;
(b) meta d-dividendi jkunu mħallsa minn kumpannija residenti f’Malta lil
residenti tal-Belġju li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom -
(i) it-taxxa ta’ Malta ma għandhiex tkun iżjed minn dik taxxabbli
għall-kumpannija li tħallas id-dividendi dwar il-profitti hekk
imqassma;
8 L.S.123.05 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU
(ii) b’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (i) ta’
dan il-paragrafu, it-taxxa ta’ Malta ma għandhiex tkun iżjed minn
15 fil-mija tad-dividendi jekk dawk id-dividendi jitħallsu minn
qligħ jew profitti maqlugħa f’xi sena li dwarha l-kumpannija tkun
qed tirċievi xi benefiċċju taħt id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-
għajnuna lill-industrji f’Malta, u l-azzjonist jissottometti prospetti
u kontijiet lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Malta dwar l-income
tiegħu li hu suġġett għat-taxxa ta’ Malta għas-sena ta’ stima
relattiva.
(3) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet "jouissance" jew drittijiet "jouissance", azzjonijiet f’minjieri,
azzjonijiet tal-fondaturi jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fi profitti, kif ukoll kull income minn drittijiet korporati oħra li hu
suġġett għall-istess trattament ta’ tassazzjoni bħal income minn azzjonijiet mil-liġi
tat-tassazzjoni ta’ l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannij li tagħmel it-tqassim. Il-
frażi tfisser ukoll income, ukoll meta jitħallas bħala imgħax, li jkun taxxabbli taħt il-
kap ta’ income fuq kapital investit minn membri ta’ kumpannija barra minn
kumpannija b’share capital, li tkun residenti fil-Belġju.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi d-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk jew li tkun taqdi f’dak
l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk u l-holding
li dwaru d-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ, id-dividendi
jistgħu jiġu ntaxxati minn dak l-Istat l-ieħor skond il-liġi tiegħu.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti tikseb
profitti jew income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi
ebda taxxa fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel
imsemmi, u ma jistax jissuġġetta l-profitti mhux imqassma tal-kumpannija għal
taxxa fuq profitti mhux imqassma wkoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti
mhux imqassma jikkonsisti għal kollox jew f’parti minn profitti jew income li
jinqala’ minn dak l-Istat l-ieħor; din id-disposizzjoni ma ttellifx lil dak l-Istat l-ieħor
milli jintaxxa dividendi dwar holding li effettivament ikollu x’jaqsam ma’ l-
istabbiliment permanenti miżmum f’dak l-Istat l-ieħor minn residenti ta’ l-Istat l-
ewwel imsemmi.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti, fejn jinqala’,
u skond il-liġi ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ 1-
imgħax, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont ta’ l-imgħax.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) -
(a) imgħax li jinqala’ fil-Belġju u li jitħallas lill-Istat ta’ Malta, lill-Bank
Ċentrali ta’ Malta jew lil xi istituzzjoni oħra li l-kapital tagħha jkun
għal kollox il-proprjetà  ta’ l-Istat ta’ Malta, jkun eżentat mit-taxxa tal-
Belġju;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 9
(b) imgħax li jinqala’ f’Malta u li jitħallas lir-Renju tal-Belġju, lill-Bank
Nazzjonali tal-Belġju jew lil xi istituzzjoni oħra li l-kapital tagħha jkun
għal kollox proprjetà  tar-Renju tal-Belġju jkun eżentat mit-taxxa ta’
Malta;
(ċ) imgħax fuq pretensjonijiet debitriċi kummerċjali - inklużi
pretensjonijiet debitriċi rappreżentati b’istrumenti negozjabbli - kif
jirriżultaw minn pagamenti deferiti għal oġġetti, merkanzija jew
servizzi fornuti minn intrapriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu
eżenti mit-taxxa fl-Istat Kontraenti l-ieħor.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għad-dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u, b’mod partikolari, income minn
assikurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet annessi ma’ bonds jew debentures, kif ukoll income imxebbaħ ma’ jew
intaxxat bl-istess mod bħal income minn flus imsellfa skond il-liġi tat-tassazzjoni ta’
l-Istat li fih jinqala’ l-income. Iżda, il-frażi "imgħax" ma tinkludix, għall-fini ta’ dan
l-Artikolu, penalitajiet għal ħlas tard u lanqas ma tinkludi imgħax meqjus bħala
dividendi skond il-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 10.
(5) Id-disposizzjoniiiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikollu fl-Istat Kontraenti
l-ieħor stabbiliment permanenti li fih jinqala’ l-imgħax, jew jagħmel servizzi
professjonali f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk u d-dritt
għad-dejn li minnu jinqala’ l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ, id-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu l4 ta’ dan il-Ftehim, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(6) L-imgħax għandu jitqies li nqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallsu jkun
dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li miegħu
jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-imgħax ikun ir-
responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dak l-imgħax għandu jitqies
li nqala’ fl-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejnhom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax li tħallas, meta jitqies id-
dritt għad-dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun miftiehem
bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjoniijet
ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’dak
il-każ, dik il-parti żejda fuq il-ħlasijiet tibqa’ taxxabbbli skond il-liġi ta’ kull Stat
Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor biss jekk dak
ir-residenti jkun is-sid benefiċjarju tar-royalties u r-royalties ikunu jikkonsistu fi
ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta li jkunu riċevuti bħala kumpens għall-użu jew għall-
jedd ta’ l-użu ta’ kull dritt ta’ l-awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku,
inklużi films ċinematografiċi jew tapes għal televiżjoni jew xandir.
(2) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
10 L.S.123.05 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk ir-
royalties jikkonsistu fi ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta riċevuti bħala kumpens għall-
użu ta’ jew għall-jedd ta’ l-użu ta’ kull invenzjoni, trade mark, disinn, mudell, pjan,
formula jew proċess sigriet, tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku, jew
informazzjoni dwar esperjenza ndustrjali, kummerċjali jew xjentifika. Iżda, dawk ir-
royalties jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti minn fejn jinqalgħu, u skond
il-liġi ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid benefiċjarju tar-royalties,
it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont gross
tar-royalties.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragafi (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx
japplikaw jekk min jirċievi r-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed
imexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà
li dwarha jitħallsu r-royalties ikollha x’taqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ, id-disposizzjonijiet ta’ l-
Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(4) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħlu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, l-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti li dwaru jkun ġie finalizzat il-kuntratt li taħtu jitħallsu r-
royalties, u dawk ir-royalties jkunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment
permanenti, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat
Kontraenti li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti.
(5) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejnhom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties imħallsa, meta jitqiesu l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li għalihom ikunu mħallsa jkun iżjed mill-ammont
li kien jkun miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġi ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Qligħ Kapitali
(l) Qligħ mit-tneħħija ta’ proprjetà  immobbli, kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’
l-Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih dik il-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fi-Istat Kontraenti l-ieħor jew proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lil bażi
stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi professjonali, inkluż dak il-qligħ
mill-bejgħ ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat l-ieħor. Iżda, qligħ mit-
tneħħija ta’ proprjetà  mobbli tax-xorta kif imsemmi fil-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu
22 għandu jkun taxabbli biss fl-Istat Kontraenti li fih dik il-proprjetà  mobbli tkun
taxxabbli skond l-imsemmi Artikolu.
(3) Qligħ mit-tneħħija ta’ kull proprjetà  barra minn dik imsemmija fil-paragrafi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 11
(1) u (2) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
ARTIKOLU 14
Servizz personali indipendenti
(1) Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar servizzi
professjonali jew dwar attivitajiet oħra bħal dawn għandu jiġi ntaxxat biss f’dak l-
Istat kemm-il darba l-persuna ma jkollhiex bażi stabbilit li hi tista’ tuża regolarment
fl-Istat Kontraenti l-ieħor sabiex taqdi l-attivitajiet tagħha. Jekk ikollha dak il-bażi
stabbilit, l-income jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor iżda sa dak l-ammont
biss li jkun attribwibbli għal dak il-bażi stabbilit.
(2) II-frażi "servizzi professjonali" tinkludi, b’mod speċjali, attivitajiet
indipendenti xjentifiċi, letterarji, artistiċi, ta’ edukazzjoni jew ta’ tagħlim kif ukoll
attivitajiet ta’ physicians, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi personali dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 20, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix eżerċitat fl-Istat
Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens li jinkiseb
minnu jista’ jiġi mħassar f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li
jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti
l-ieħor ikun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux iktar minn 183 ġurnata fis-sena kalendarja li tkun, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minnu, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx għak-karigu ta’ stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li min iħaddem ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu,
kumpens dwar impieg eżercitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed il-post tat-
tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
ARTIKOLU 16
Managers ta’ Kumpanniji
(1) Id-drittijiet ta’ diretturi u pagamenti oħra simili li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi jew ta’ xi
organu simili ta’ kumpannija residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu
intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
Din id-disposizzjoni għandha wkoll tkun tapplika għal pagament miksub
dwar it-twettiq ta’ funzjonijiet li, taħt il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu l-
kumpannija tkun residenti, jitqiesu bħala funzjonijiet ta’ xorta simili bħal dawk
imwettqa minn persuna msemmija f’dik id-disposizzjoni.
(2) Ir-rimunerazzjoni li tinkiseb minn persuna mesemmija fil-paragrafu (1)
mill-kumpannija għar-rigward tat-twettiq tal-funzjonijiet ta’ kuljum ta’ xorta
12 L.S.123.05 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU
manaġerjali jew teknika u r-rimunerazzjoni li residenti ta’ Stat Kontaenti jirċievi
għar-rigward ta’ l-attività  personali tiegħu bħala soċju ta’ kumpannija, li ma tkunx
kumpannija b’sehem azzjonarju, li jkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jista’
jiġi intaxxat skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ l-Artikolu 15, bħallikieku r-
rimunerazzjoni kienet rimunerazzjoni ta’ impjegat għar-rigward ta’ xi impjieg u
bħallikieku riferenzi għall-impjegat kienu riferenzi għall-kumpannija.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li
jinqala’ minn min jagħmel spettakoli pubbliċi ta’ divertiment, bħal artisti tat-teatru,
tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, u mużiċisti, u minn atleti,
mill-attivitajiet personali tagħhom bħala hekk, jista jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fihom dawk l-attivitajiet jiġu eżerċitati.
(2) Meta income dwar attivitajiet personali ta’ artista jew atleta bħala tali jmur
mhux għal dak l-artista jew l-atleta nnifsu iżda għal persuna oħra, dak l-income jista’
b’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15 jiġi ntaxxat fl-Istat
Kontraenti li fih l-attivitajiet ta’ l-artista jew ta’ l-atleta jkunu eżerċitati.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet 
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u rimunerazzjoni oħra simili li tiġi mħallsa lil residenti ta’ Stat
Kontraenti bħala korrispettiv għal impjieg imgħoddi, għandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat.
(2) Madankollu, pensjonijiet u allowances oħra, perjodiċi jew mhux perjodiċi,
imħallsa taħt il-leġislazzjoni tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti jew taħt xi skema
pubblika organizzata minn Stat Kontraenti sabiex jissupplementa l-benefiċċji ta’ dik
il-leġislazzjoni, għandhom jiġu intaxxati f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità
lokali tiegħu tista tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u min jirċeviha
jkun residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor li -
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jaqdi dawk is-
servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew mill-fondi maħluqa minn Stat
Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu
lil xi individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni
jew awtorità  lokali tiegħu tkun tista’ tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 13
jekk min jirċeviha jkun nazzjonali ta’ u residenti f’dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom bl-istess mod japplikaw
dwar rimunerazzjoni mħallsa taħt programm ta’ għajnuna għall-iżvilupp ta’ Stat
Kontraenti, ta’ sotto-diviżjoni politika jew ta’ awtorità  lokali tiegħu, minn fondi
esklużivament provduti minn dak l-Istat, dawk is-sotto-diviżjonijiet politiċi jew
awtoritajiet lokali tiegħu lil speċjalista jew voluntier mibgħut temporanjament fl-
Istat Kontraenti l-ieħor bil-kunsens ta’ dak l-Istat l-ieħor.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar kull negozju mmexxi
minn Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali
tiegħu.
ARTIKOLU 20
Għalliema, studenti u trainees
(1) Rimunerazzjoni li professur jew għalliem li jkun, jew li immedjatament
qabel kien, residenti ta’ Stat Kontraenti u li jżur l-Istat Kontraenti l-ieħor għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sentejn sabiex jagħmel studju avvanzat jew riċerki jew biex
igħallem f’università  jew f’xi istituzzjoni edukattiva magħrufa oħra jirċievi għal dak
ix-xogħol ma għandhiex tiġi ntaxxata f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Individwu li kien residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma jżur l-Istat
Kontraenti l-ieħor u li jkun qiegħed temporanjament f’dak l-Istat l-ieħor biss bħala
student ta’ università  jew ta’ xi istituzzjoni edukattiva magħrufa oħra f’dak l-Istat l-
ieħor jew bħala apprendista tan-negozju għandu, mid-data ta’ l-ewwel wasla tiegħu
f’dak l-Istat l-ieħor dwar dik iż-żjara, ikun eżentat mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor -
(a) fuq ir-rimessi kollha minn barra l-pajjiż għall-finijiet ta’ manteniment,
edukazzjoni jew taħriġ tiegħu; u
(b) għal żmien ta’ mhux iżjed minn erba’ snin b’kollox, fuq kull
rimunerazzjoni ta’ mhux iżjed minn 120,000 Franki Belġjani jew l-
ekwivalenti tagħhom fi flus Maltin, għal kull sena kalendarja għal
servizzi personali li jingħataw f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor bil-ħsieb
li jiġu supplementati r-riżorsi li hu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu għal
dawk l-għanijiet.
(3) Individwu li kien residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma jżur l-Istat
Kontraenti l-ieħor u jkun temporanjament jirrisjedi f’dak l-Istat l-ieħor biss għall-
fini ta’ studju, riċerki jew taħriġ bħala li qed jirċievi għotja, allowance jew award
minn organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew tal-karità  jew taħt
programm ta’ għajnuna teknika li jkun daħal fih Gvern ta’ Stat Kontraenti għandu
mid-data ta’ l-ewwel wasla tiegħu dwar dik iż-żjara, ikun eżentat mit-taxxa f’dak l-
Istat l-ieħor -
(a) fuq l-ammont ta’ dak l-għoti, allowance jew award; u
(b) fuq ir-rimessi kollha minn barra l-pajjiż għall-finijiet tal-manteniment ,
edukazzjoni jew taħriġ tiegħu.
ARTIKOLU 21
Income ieħor
(1) Oġġetti oħra ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
ikun ikun, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim ikunu jistgħu
jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
14 L.S.123.05 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi l-income, li jkunu residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew li
jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi staibbilit sitwat
hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallas l-income jkollu effettivament
x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permamenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
IV - Tassazzjoni ta’ Kapital
ARTIKOLU 22
(1) Kapital rappreżentat bi proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-paragrafu (2) ta’
l-Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn dik il-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Kapital rappreżentat bi proprjetà  mobbli li tifforma parti mill-proprjetà  ta’
negozju ta’ stabbiliment permanenti ta’ impriża, jew minn proprjetà  mobbli li
tappartjeni lil bażi stabbilit użat għall-qadi ta’ servizzi professjonali, jista’ jiġi
ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit ikun
sitwat.
(3) Bastimenti u inġenji ta’ l-ajru mħaddma fuq traffiku internazzjonali, u
proprjetà  mobbli li tappartjeni lit-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti u inġenji ta’ l-ajru,
għandhom jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li fih il-post effettiv tal-maniġġ ta’ l-
impriża jkun sitwat.
(4) L-elementi l-oħra kollha tal-kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
V - Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 23
(1) Fil-każ tal-Belġju, it-taxxa doppja għandha tiġi meħlusa kif ġej:
(a) Meta residenti tal-Belġju jikseb income jew ikun jippossjedi oġġetti
kapitali li jistgħu jiġu intaxxati f’Malta skond id-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim, li ma jkunux dawk tas-subparagrafu (b) tal-paragrafu (2)
ta’ l-Artikolu 10, tal-paragrafi (2) u (7) ta’ l-Artikolu 11 u tal-paragrafi
(2) u (5) ta’ l-Artikolu 12, il-Belġju għandu jeżenta dak l-income jew
dawk l-oġġetti kapitali mit-taxxa imma jista’, fil-kalkolu ta’ l-ammont
tat-taxxa fuq l-income jew kapital li jifdal ta’ dak ir-residenti, japplika
r-rata ta’ taxxa li kien kieku japplika li kieku dak l-income jew oġġetti
kapitali ma kienux eżentati.
(b) (i) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi tal-Belġju għar-rigward tal-
fatt li t-taxxi mħallsa barra l-pajjiż jitqiesu bħala kreditu kontra t-taxxa
tal-Belġju, meta residenti tal-Belġju jikseb oġġetti ta’ l-income aggregat
tiegħu għall-finijiet tat-taxxa tal-Belġju li huma dividendi taxxabbli
skond il-paragrafu (2)(b) ta’ l-Artikolu 10, mhux eżenti mit-taxxa tal-
Belġju skond is-subparagrafu (ċ) ta’ dan l-Artikolu, jew imgħax
taxxabbli skond il-paragrafi (2) jew (7) ta’ l-Artikolu 11, jew royalties
taxxabbli skond il-paragrafi (2) jew (5) ta’ l-Artikolu 12, it-taxxa ta’
Malta li tinġabar fuq dak l-income għandha titqies bħala kreditu kontra
t-taxxa tal-Belġju fir-rigward ta’ dak l-income.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 15
(ii) Il-Belġju għandu wkoll iqis il-kreditu li hemm provdut dwaru f’(i)
ta’ dan is-subparagrafu għar-rigward ta’ taxxa li titħallas fuq dividendi
jew imgħax minn investiment dirett li huma taxxabbli f’Malta bis-saħħa
tal-Ftehim u tal-liġi ġenerali ta’ Malta meta dik it-taxxa tkun
temporanjament mogħtija lura jew imnaqqsa taħt disposizzjonijiet
speċjali mfassla biex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta.
Dak il-kreditu għandu japplika għall-ewwel ħames snin li dwarhom il-
Ftehim Supplimentari jkun effettiv; madankollu l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkonsultaw lil xulxin biex
jistabbilixxu jekk dan il-perjodu ta’ żmien ikunx se jiġi mtawwal jew le.
Il-frażi ''dividendi jew imgħax minn investment dirett'' tfisser dividendi
imħallsa għar-rigward ta’ ishma jew imgħax imħallas għar-rigward ta’
pretensjonijiet debitriċi li huma direttament u għal żmien li jdum
konnessi ma’ proġetti ta’ żvilupp industrijali jew kummerċjali f’Malta..
(ċ) Meta kumpannija li tkun residenti tal-Belġju jkollha ishma
f’kumpannija li tkun residenti f’Malta, id-dividendi li jiġu lilha mħallsa
mill-kumpannija l-aħħar imsemmija u li jistgħu jiġu intaxxati f’Malta
skond is-subparagrafu (b) tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 10, għandhom
ikunu eżenti mit-taxxa korporata fuq l-income fil-Belġju taħt il-
kondizzjonijiet u fil-limiti li hemm provdut dwarhom fil-liġi tal-Belġju.
(d) Meta, skond il-liġi tal-Belġju, telf ta’ mpriża Belġjana attribwita għal
stabbiliment permanenti sitwat f’Malta jkun effettivament tnaqqas mill-
profitti ta’ dik l-impriża għat-tassazzjoni fil-Belġju, l-eżenzjoni
provduta fis-subparagrafu (a) ma għandhiex tapplika fil-Belġju għall-
profitti ta’ perijodi oħra taxxabbli attribwibbli għal dak l-istabbiliment
safejn dawk il-profitti jkunu gew eżentati mit-taxxa ta’ Malta minħabba
kumpens għall-imsemmi telf.
(2) Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha tiġi meħlusa kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu kontra
taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim, ikun inkluż f’likwidazzjoni ta’ Malta income minn għejjun fil-Belġju jew
elementi ta’ kapital sitwati fil-Belġju, it-taxxa tal-Belġju fuq dak l-income jew dawk
l-elementi ta’ kapital għandha tingħata bħala kreditu kontra t-taxxa ta’ Malta
għandha titħallas fuqhom.
VI - Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 24
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu l, iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti,
ikunu jew le residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti, ma jkunux suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew ħtieġa li għandhom x’jaqsmu magħha li
tkun ta’ piż ieħor jew aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha
li għalih iċ-ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew jistgħu
jkunu suġġetti.
(2) It-tassazzjoni ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar bi żvantaġġ f’dak l-Istat l-
ieħor għat-tassazzjoni miġbura minn impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-istess
attivitajiet.
Din id-disposizzjoni ma għandhiex tinftiehem bħala li tobbliga Stat
16 L.S.123.05 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU
Kontraenti milli jagħti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis personali,
ħelsien u tnaqqis għal finijiet ta’ tassazzjoni minħabba l-istat ċivili jew ir-
responsabbilitajiet tal-familja li jagħti lil residenti tiegħu stess.
(3) Ħlief meta japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, jew tal-paragrafu
7 ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 12, imgħax, royalties u nfieq
ieħor imħallsa minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor għandhom, sabiex jiġu stabbiliti l-profitti taxxabbli ta’ dik l-impriża, ikunu
jistgħu jitnaqqsu taħt l-istess kundizzionijiet bħallikieku kienu tħallsu lil residenti
ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi. Bl-istess mod, kull dejn ta’ mpriza ta’ Stat Kontraenti
lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandu, sabiex jiġi stabbilit il-kapital
taxxabbli ta’ dik l-impriża, ikun jitnaqqas bħallikieku kien kuntrattat lil residenti ta’
l-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontranti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, minn
residenti wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ewwel imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li tkun ta’ piż ieħor jew aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom
x’jaqsmu magħha li għalihom impriżi bħal dawk fl-Istat l-ewwel imsemmi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tiftiehem li ttellef lill-Belġju -
(a) milli jintaxxa l-ammont totali tal-profitti attribwibbli lil stabbiliment
permanenti fil-Belġju ta’ kumpnnija li tkun residenti ta’ Malta jew ta’
assoċjazzjoni li l-post effettiv tal-maniġġ tagħha jkun f’Malta bir-rata
ta’ taxxa provduta bil-liġi tal-Belġju, iżda din ir-rata ma tistax teċċedi r-
rata massima li tapplika għall-profitti kollha jew għal parti minnhom ta’
kumpanniji li huma residenti tal-Belġju;
(b) milli jimponi l-ħlas bil-quddiem ta’ proprjetà  mobbli fuq dividendi li
jinkisbu minn holding li effettivament ikollu x’jaqsam ma’ stabbiliment
permanenti jew ma’ bażi stabbilit miżmum fil-Belġju minn kumpannija
residenti f’Malta jew minn assoċjazzjoni li għandha il-post effettiv tal-
maniġġ tagħha f’Malta u li tkun taxxabbli bħala għaqda korporata fil-
Belġju.
(6) F’dan l-Artikolu l-frażi "tassazzjoni" tfisser taxxi ta’ kull xorta u
deskrizzjoni.
ARTIKOLU 25
Proċedura għal ftehim reċiproku
(1) Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ wieħed mill-
Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li jiġi ntaxxat mhux skond
dan il-Ftehim, hu jista’ minkejja r-rimedji provduti bil-liġijiet nazzjonali ta’ dawk l-
Istati, jippreżenta l-każ tiegħu lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
jkun residenti. Dan il-każ għandu jiġi ippreżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel
avviż ta’ l-azzjoni li toħloq it-tassazzjoni mhux skond dan il-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidher li tkun
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni xierqa, li tirriżolvi
l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-
ħsieb li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirriżolvu
bi ftehim reċiproku kull diffikoltajiet jew dubji li jinqalgħu dwar l-applikazzjoni tal-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 17
Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiftehmu dwar
miżuri amministrattivi meħieġa biex iseħħu d-disposizzjonijiet tal-Ftehim, b’mod
partikolari dwar il-provi li għandhom jingħataw minn residenti ta’ kull Stat
Kontraenti sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw fl-Istat Kontraenti l-ieħor mill-
eżenzjonijiet u mit-tnaqqis provduti f’dan il-Ftehim.
(5) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin sabiex jiġi applikat il-Ftehim.
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex iseħħ dan il-Ftehim u jseħħu l-liġijiet
nazzjonali ta’ l-Istati Kontraenti dwar it-taxxi li għalihom japplika dan il-Ftehim
safejn it-tassazzjoni taħthom tkun skond dan il-Ftehim. Kull informazzjoni hekk
mibdula għandha titqies li hi sigrieta u tista’ tiġi mikxufa biss lil min iħallas it-taxxa
jew lill-aġent tiegħu, u lil persuni, awtoritajiet jew qrati li għandhom x’jaqsmu mal-
likwidazzjoni jew ġbir tat-taxxi li huma s-suġġetti tal-Ftehim jew tad-deċiżjoni ta’
appelli jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati dwarhom.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jiftiehmu
bħala li jimponu fuq wieħed mill-Istati Kontraenti l-obbligu -
(a) li jieħu miżuri amministarttivi li ma jkunux skond il-liġijiet jew il-
prattika amministrattiva ta’ dak l-Istat jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti dawk il-partikolaritajiet li ma jkunux jistgħu jinkisbu skond il-
liġijiet jew fil-kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat
Kontraenti jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, negozju,
ndustrija jew professjonali jew xi proċess tal-kummerċ, jew
informazzjoni, li l-kxif tagħha jkun kontra l-interess pubbliku.
ARTIKOLU 27
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
(1) Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot privileġġi diplomatiċi jew
konsulari taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet
ta’ ftehim speċjali.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, persuni li huma membri ta’ missjoni
diplomatika jew konsulari ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew f’xi Stat
ieħor u li jkunu ċittadini ta’ l-Istat li jibgħathom, għandhom jitqiesu li huma
residenti ta’ l-Istat li jibgħathom jekk hemmhekk huma jkunu suġġetti għall-istess
obbligu dwar it-taxxi fuq income u fuq kapital bħal residenti f’dak l-Istat.
VII - Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 28
Bidu fis-seħħ
(1) Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat u d-dokumenti tar-ratifikazzjoni
għandhom jiġu mibdula fi Brusels kemm jista’ jkun malajr.
18 L.S.123.05 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU
(2) Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ 30 ġurnata wara d-data tat-tibdil tad-
dokumenti ta’ ratifikazzjoni, u d-disposizzjonijiet għandhom iseħħu -
(a) fil-Belġju:
(i) dwar taxxi dovuti minn ras il-għajn fuq income akkreditat jew li
għandu jitħallas fl-ewwel ġurnata ta’ Jannar tas-sena kalendarja
minnufih wara dik li fiha d-dokumenti ta’ ratifikazzjoni jkunu
ġew mibdula;
(ii) dwar taxxi li ma jkunux taxxi dovuti minn ras il-għajn, fuq
income ta’ kull perijodu ta’ kontijiet li jagħlaq fil-31 jew wara l-
31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li fiha d-dokumenti ta’
ratifikazzjoni jkunu ġew mibdula;
(b) f’Malta: dwar taxxi li jkunu mposti dwar xi sena ta’ stima li tibda fl-
ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar fis-sena kalendarja minnufih wara
dik li fiha d-dokumenti ta’ ratifikazzjoni jkunu gew mibdula.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ indefinittivament iżda kull wieħed mill-Istati
Kontraenti, fit-30 jew qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ xi sena kalendarja mit-tielet sena
wara dik li fiha d-dokumenti ta’ ratifikazzjoni jkunu gew mibdula, jista’ jagħti lill-
Istat Kontraenti l-iehor, permezz ta’ mezzi diplomatiċi avviż bil-miktub tat-
terminazzjoni u, f’dak il-każ, il-Ftehim għandu jieqaf mis-seħħ -
(a) fil-Belġju:
(i) dwar taxxi dovuti minn ras il-għajn fuq income akkreditat jew li
għandu jitħallas wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li fiha
jkun ingħata l-avviż ta’ terminazzjoni;
(ii) dwar taxxi barra minn taxxi dovuti minn ras il-għajn, fuq income
ta’ kull perijodu ta’ kontijiet li jagħlaq wara t-30 ta’ Diċembru
tas-sena kalendarja li fiha jkun ingħata l-avviż ta’ terminazzjoni;
(b) f’Malta: dwar taxxi li jiġu mposti għas-sena ta’ stima li tibda fl-ewwel
ta’ Jannar tas-sena kalendarja minnufih wara dik li fiha jkun ingħata l-
avviż ta’ terminazzjoni u għas-snin ta’ stima ta’ wara.
B’XIEHDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss mill-Gvernijiet
rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL fi Brusels illum it-28 ta’ Ġunju, 1974 in duplikat fl-ilsien Ingliż.
Għall-Gvern 
tar-Renju tal-Belġju
R. VAN ELSLANDE
Għall-Gvern 
ta’ l-Istat ta’ Malta
J. ATTARD KINGSWELL
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAL-BELĠJU ġ L.S.123.05 19
PROTOKOL
Fl-iffirmar ta’ dan il-Ftehim bejn ir-Renju tal-Belġju u l-Istat ta’ Malta għall-
Ħelsien ta’ Taxxa Doppja u għat-Tħaris mill-Evażjoni Fiskali, l-hawn taħt iffirmati
ftehmu li d-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jiffurmaw parti integrali mill-
Ftehim:
Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tal-Ftehim, profitti mit-tħaddim ta’
bastiment fi traffiku internazzjonali miksub minn kumpannija li tkun residenti ta’
Malta li jkollha aktar minn 25 fil-mija tal-kapital tagħha li jkun proprjetà , dirett jew
indirett, ta’ persuni mhux residenti ta’ Malta, jistgħu jiġu ntaxxati fil-Belġju kemm-
il darba l-kumpannija ma tippruvax li l-profitti miksuba mit-tħaddim ta’ dak il-
bastiment ma jkunux suġġetti għat-taxxa ta’ Malta mingħajr ma jiġi kunsidrat
ħelsien minnha kif provdut fl-artikolu 88 ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jew
f’xi disposizzjoni identika jew bħalha.
Magħmul fi Brusels illum it-28 ta’ Ġunju, 1974 in duplikat fl-ilsien Ingliż.
Għall-Gvern 
tar-Renju tal-Belġju
R. VAN ELSLANDE
Għall-Gvern 
ta’ l-Istat ta’ Malta
J. ATTARD KINGSWELL
