EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.06
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
6 ta’ Settembru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 254 ta’ l-2002.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika Federali tal-
Ġermanja.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. B’dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a)  illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika Federali
tal-Ġermanja sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja
dwar it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-
Repubblika Federali tal-Ġermanja:
it-taxxa fuq l-income Einkommensteuer,
it-taxxa korporattiva (Korperschaftsteuer),
it-taxxa fuq il-kapital (Vermogensteuer), u
it-taxxa fuq il-kummerċ (Gewerbesteuer),
inklużi s-supplimenti li jinġabru fuqhom;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fis-27 ta’ Diċembru, 2001.
2 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA
U R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
DWAR-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME U FUQ IL-KAPITAL
Malta u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, billi jixtiequ jġibu ’l quddiem
r-relazzjonijiet ekonomiċi reċiproċi ta’ bejniethom billi jwarrbu kull xkiel fiskali,
ftehmu kif ġej:
Artikolu 1
SKOP PERSONALI
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income u fuq il-kapital
imposti f’isem Stat Kontraenti, Land jew sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali
tagħhom, irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income u fuq il-kapital it-taxxi kollha
imposti fuq l-income totali, fuq il-kapital totali jew fuq elementi ta’ income jew ta’
kapital, inklużi taxxi fuq dħul mill-bejgħ ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli u taxxi
fuq l-apprezzament kapitali.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma b’mod partikolari:
a) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja:
it-taxxa fuq l-income Einkommensteuer,
it-taxxa korporattiva (Korperschaftsteuer) ,
it-taxxa fuq il-kapital (Vermogensteuer), u
it-taxxa fuq il-kummerċ (Gewerbesteuer),
inklużi s-supplimenti li jinġabru fuqhom;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tal-Ġermanja");
b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li tiġi imposta  wara d-data meta jiġi ffirmat il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom - jekk dan ikun meħtieġ skond il-Ftehim - jgħarrfu lil xulxin b’kull tibdil
li jkun sar fil-liġijiet rispettivi tagħhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
TIFSIRIET ĠENERALI
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 3
a) il-frażi "Repubblika Federali tal-Ġermanja" tfisser it-territorju tar-
Repubblika Federali tal-Ġermanja, kif ukoll l-area ta’ qiegħ il-baħar, is-
sottoswol tagħha u l-kolonna ta’ ilma sovrajaċenti li hi adjaċenti mal-
baħar territorjali, hekk kif ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hemm
teżerċita drittijiet sovrani u ġurisdizzjoni b’mod konformi mad-dritt
internazzjonali u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħha biex tesplora l-blata
kontinentali u tesplojta r-riżorsi naturali tagħha;
b) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-
oħra ta’ l-arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, kif ukoll
kull area ta’ qiegħ il-baħar, is-sottoswol tagħha u l-kolonna ta’ ilma
sovrajaċenti li hi adjaċenti ma’ l-ibħra territorjali, fejn ir-Repubblika ta’
Malta teżerċita drittijiet sovrani, ġurisdizzjoni, jew kontroll skond id-
dritt internazzjonali u l-liġi nazzjonali tagħha, inkluża l-leġislazzjoni
tagħha li tirrigwarda l-esplorazzjoni tal-blata kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha;
ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru Malta
jew ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, skond ma tkun teħtieġ ir-rabta
tal-kliem;
d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu u kumpannija;
e) il-frażi "kumpannija" tfisser korp magħqud jew enti li jkunu ttrattati
bħala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti
l-ieħor" ifissru rispettivament impriża ġestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor; 
ġ) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża li jkollha l-post ta’ maniġġ
effettiv tagħha fi Stat Kontraenti, ħlief meta l-bastiment jew l-inġenji
ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-
ieħor;
ħ) il-frażi "ċittadin" tfisser:
aa) fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kull Ġermaniż kif
imfisser fil-Liġi Bażi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u kull
persuna legali, soċjetà  u assoċjazzjoni li tikseb l-istatus tagħha
bħala tali mil-liġijiet fis-seħħ fir-Repubblika Federali tal-
Ġermanja ;
bb) fil-każ ta’ Malta, kull individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Malta,
u kull persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb l-istatus
tagħha bħala tali mil-liġijiet li jkunu fis-seħħ f’Malta;
i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:   
aa) fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Ministeru
Federali tal-Finanzi jew l-aġenzija li tkun ġiet delegata bis-
setgħat tiegħu;
bb) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi
li ma tkunx imfissra fih għandu jkollha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra, t-tifsira mogħtija lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li l-
Ftehim ikun japplika għalihom.
4 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
simili. Madankollu din il-frażi ma tinkludix lil xi persuna li tkun soġġetta għat-taxxa
f’dak l-Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat jew kapital li
jkun jinsab hemmhekk.
2. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu ikunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li jkun ċittadin tiegħu;
d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 kumpannija tkun
residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, għaldaqstant hija titqies li tkun residenti ta’ l-
Istat li fih ikun jinsab il-post ta’ maniġġ effettiv tagħha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
a) post ta’ maniġġ;
b) fergħa;
ċ) uffiċċju;
d) fabbrika;
e) ħanut tax-xogħol;  u
f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling.
3. Art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostruzzjoni jew stallazzjoni
jikkostitwixxu stabbiliment permanenti biss meta dak il-proġett ikompli għal perjodu
ta’ iżjed minn disa’ xhur.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 5
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
  a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħażna jew ta’ wiri ta’ oġġetti
jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħażna, wiri jew kunsinna;
ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ pproċessar minn impriża oħra;
d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif, għall-impriża;
e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku  ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi a) sa e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed taġixxi u
jkollha, u tkun soltu teserċita, fi Stat Kontraenti awtorità  biex tagħmel kuntratti
f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat għar-rigward ta’ kull attività  li dik il-persuna tagħmel għal dik l-
impriża, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk
imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jiġu eserċitati minn ġo post tan-negozju fiss, ma
jirrendux dan il-post ta’ negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti unikament għaliex tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor permezz
ta’ sensal, aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor bi status indipendenti,
sakemm dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun ikkontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi
kumpannija waħda jew l-oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETÀ  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli (inkluż income mill-agrikoltura jew ħidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobbli" għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta. Il-frażi għandha f’kull
każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f’razzett, tagħmir
u attrezzament ieħor kummerċjali li jintuża fl-agrikoltura jew fil-ħidma fil-boskijiet,
drittijiet li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà
ta’ l-art, l-użufrutt tal-proprjetà  immobbli u d-drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew
fissi bħala korrispettiv għal ħidma fi, jew id-dritt li jinħadmu, jew għall-
esplorazzjoni ta’, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra naturali;  bastimenti, opri
tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobbli.
6 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli
użata għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab hemmhekk.Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun qed tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’
stabbiliment permanenti li jkun jinsab hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti
jiġu attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun jinsab l-istabbiliment permanenti sew band’oħra.
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju;  il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jkun tali li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti, l-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income  li qegħdin jiġu ttrattati
separatament f’Artikli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikli ma għandhomx jintlaqtu bid-disposizzjonijiet ta’ dan l- Artikolu.
Artikolu 8
TBAĦĦIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew  inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-
post ta’ maniġġ effettiv ta’ l-impriża. 
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu l-frażi "profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 7
jew  inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali" tinkludi profitti minn:
a) chartering li jsir b’mod okkażjonali ta’ bastimenti jew  inġenji ta’ l-
ajru;
b) l-użu jew il-kiri ta’ containers (inklużi trailers u tagħmir anċillari li
jintuża għat-trasport ta’ containers,
jekk dawn l-attivitajiet ikunu jappartjenu għat-tħaddim ta’ bastimenti jew  inġenji ta’
l-ajru fi traffiku internazzjonali.
3. Jekk il-post ta’ maniġġ effettiv ta’ impriża merkantili jkun abbord xi
bastiment, għaldaqstant dan għandu jitqies bħala li jinsab fl-Istat Kontraenti fejn
ikun jinsab il-port bażi tal-bastiment, jew, jekk tali port bażi ma jkunx jeżisti, fl-Istat
Kontraenti fejn ikun residenti l-operatur tal-bastiment.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
ġejjin mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat
internazzjonali.
Artikolu 9
IMPRIŻI ASSOĊJATI
1. Meta:
a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux għal dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi,
imma, minħabba f’dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu
inklużi fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-
żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti.Biex jiġi stabbilit dak it-tibdil, għandhom
jitqiesu kif dovut id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jekk ikun hekk meħtieġ jikkonsultaw lil
xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata fl-Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk id-dividendi jistgħu wkoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn il-kumpannija li tħallas id-dividendi tkun residenti tiegħu u skond il-
8 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
liġijiet ta’ dak l-Istat, imma meta s-sid benefiċjarju tad-dividendi jkun residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, it-taxxa li tiġi hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn:
a) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid benefiċjarju jkun
kumpannija (mhux soċjetà ) li jkollha direttament mill-inqas 10 fil-mija
tal-kapital tal-kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi;
b) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendifil-każijiet l-oħra kollha.
  3. Fil-każ ta’ Malta, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma għandhomx ikunu
japplikaw sakemm skond il-liġi tat-taxxi ta’ Malta tista’ ssir tpaċija fuq it-taxxa li
titħallas fuq il-profitti ta’ kumpannija kontra t-taxxa fuq l-income ta’ l-azzjonist.
F’dak il-każ it-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi mħallsa minn
kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil residenti tar-Repubblika Federali tal-
Ġermanja li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom ma għandhiex teċċedi:
a) dik it-taxxa li għandha titħallas fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-
dividendi; jew
b) 15 fil-mija mill-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi, jekk id-
dividendi jitħallsu mill-qligħ jew mill-profitti li jinqalgħu f’xi sena li
dwarha l-kumpannija tkun qed tirċievi xi benefiċċju taħt id-
disposizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna lill-industriji f’Malta, u l-
azzjonist jippreżenta prospetti u kontijiet lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’
Malta dwar dak l-income tiegħu li fuqu għandha titħallas it-taxxa ta’
Malta għas-sena ta’ stima relattiva.
4. Il-frażi "dividendi" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma, ishma "jouissance" jew drittijiet "jouissance", ishma konnessi mal-minjieri,
ishma konnessi mal-fundaturi jew income ieħor li jingħata l-istess trattament fl-
intaxxar bħallikieku kien income minn ishma bil-liġijiet ta’ l-Istat li tiegħu l-
kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.Il-frażi "dividendi"
tinkludi wkoll income li jinkiseb minn soċju mhux attiv ("stiller Gesellschafter")
mill-parteċipazzjoni bħala tali jew minn "partiarisches Darlehen",
"Gewinnobligationen" jew ħlasijiet u distribuzzjonijiet simili fuq ċertifikati ta’ fond
ta’ investiment jew trust ta’ investiment.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.F’dak il-każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
6. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ stabbiliment permanenti jew
ma’ bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 9
Artikolu 11
IMGĦAX
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-
residenti jkun is-sid benefiċjarju ta’ l-imgħax.
2. Il-frażi "mgħax" kif inhi wżata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk assigurati b’ipoteka sew jekk le, u
b’mod partikolari, income  minn titoli tal-Gvern u income minn bonds jew
debentures, inklużi premiums u premjijiet relatati ma’ dawk it-titoli, bonds jew
debentures. Ħlasijiet ta’ penali għal ħlas tardiv ma jitqiesux bħala mgħax għall-
finijiet ta’ dan l-Artikolu.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jitħallas l-imgġax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
4. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l- imgħax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-residenti
jkun is-sid benefiċjarju tar-royalties.
2. Il-frażi "royalties" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ xi dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi,
privattiva, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigrieti, jew
għal informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqalgħu ir-royalties, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjetà  li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ, għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
4. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
effettiv jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’
x’ikun l-użu, d-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-
ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’
10 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss
għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha
tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 13
QLIGĦ KAPITALI
1. Qligħ li jinkiseb minn resident ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak
l-Istat l-ieħor.
2. Qligħ li jinkiseb mit-trasferiment ta’ ishma u jeddijiet simili f’kumpannija,
li jkollha l-assi tagħha prinċipalment jikkonsistu fi proprjetà  immobbli li tkun tinsab
fi Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat.
3. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża kollha) jew ta’ dik il-
bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
4. Qligħ li jinkiseb mit-trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru li
jitħaddmu fi traffiku internazzjonali jew proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għat-
tħaddim ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru, għandhom jiġu intaxxati biss
f’dak l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post ta’ maniġġ effettiv ta’ l-impriża.
5. Qligħ li jinkiseb mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija
fil-paragrafi 1 sa 4, għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li t-trasferent
ikun residenti tiegħu.
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat kemm-il darba ma jkollux bażi stabbilita regolarment disponibbli għalih
fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li jwettaq l-attivitajiet tiegħu jew ma jkunx
preżenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal perjodu jew perjodi li fit-total ikunu
jammontaw għal jew jaqbżu l-183 ġurnata f’perjodu ta’ 12-il xahar li jibda għaddej
jew itemm fis-sena kalendarja inkwistjoni.Jekk huwa jkollu bażi fissa bħal dik jew
inkella jibqa’ f’dak l-Istat l-ieħor għal dak iż-żmien jew żmienijiet imsemmija, l-
income jista’ jiġi intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor imma biss f’daqstant minnu
daqskemm ikun attribwibbli għal dik il-bażi fissa jew jinkiseb f’dak l-Istat l-ieħor
matul iż-żmien jew żminijiet hawn qabel imsemmija.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti  ta’ tobba, dentisti, avukati, inġiniera, periti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi u
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 11
kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eserċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eserċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eserċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ 12 il-xahar li jibda għaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta, u
b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor, u
ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit
li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eserċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post
ta’ maniġġ effettiv ta’ l-impriża li tħaddem il-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikli 7, 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eserċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12, l-income li jinkiseb minn
persuni msemmija fil-paragrafu 1 mill-attivitajiet personali tagħhom li jwettqu fl-
Istat Kontraenti l-ieħor għandhom ukoll jinkludu rimunerazzjoni ta’ kull xorta li
titħallas għall-uzu jew il-jedd li jintużaw l-isem, il-fotografija jew drittijiet personali
oħra ta’ dawk il-persuni. L-istess japplika għal income li jinkiseb mit-tolleranza ta’
reġistrar u trasmissjoni ta’ wirjiet artistiċi u atletiċi bir-radju u t-televiżjoni.
3. Meta income kif imfisser fil-paragrafi 1 u 2 jmur mhux għand min jagħti
spettaklu jew l-isportiv innifsu imma għand xi persuna oħra, dak l-income jista’,
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat mill-Istat
Kontraenti fejn jitwettqu l-attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv.
4. Il-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għal income li jinġabar mill-
eżerċizzju ta’ attivitajiet minn artisti u sportivi fi Stat Kontraenti meta l-viżta f’dak
l-Istat tkun finanzjata għalkollox jew prinċipalment minn flejjes pubbliċi ta’ l-Istat l-
ieħor, Land, sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tagħhom jew minn
organizzazzjoni li f’dak l-Istat l-ieħor tkun rikonoxxuta bħala organizzazzjoni
karitattevoli. F’dak il-każ l-income jista’ jiġi intaxxat biss fl-Istat Kontraenti fejn l-
12 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
individwu jkun residenti.
Artikolu 18
PENSJONIJIET, ANNWALITAJIET U ĦLASIJIET SIMILI
1. Pensjonijiet u ħlasijiet simili jew annwalitajiet lil jitħallsu lil residenti ta’
Stat Kontraenti mill-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat
l-ewwel imsemmi.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, ħlasijiet riċevuti minn
individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti mill-assigurazzjoni soċjali statutorja
ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, ħlasijiet rikorrenti jew mhux
rikorrenti li jsiru minn xi wieħed mill-Istati Kontraenti jew sottodiviżjoni politika
tagħhom lil persuna residenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal danni mġarrba b’riżultat
ta’ gwerra jew persekuzzjoni politika jew servizz militari jew ċivili (inklużi ħlasijiet
li jsiru b’restituzzjoni) għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi.
4. Il-frażi "annwalitajiet" tfisser xi ammonti li jitħallsu perjodikament fi
żminijiet stipulati, għall-ħajja jew għal żmien speċifiku jew aċċertabbli, taħt
obbligazzjoni li l-ħlasijiet isiru bħala korrispettiv adegwat u sħiħ fi flus jew valur ta’
flus.
5. Ħlasijiet għall-manteniment, inkluż dak li jsir għat-tfal, li jsiru minn
residenti ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom
ikunu eżenti mit-taxxa f’dak l-Isat l-ieħor. Dan ma jkunx japplika meta dawk il-
ħlasijiet ta’ manteniment jistgħu jitnaqqsu fl-Istat l-ewwel imsemmi meta jinħadem
l-income taxxabbli ta’ min iħallas;  allowances ta’ taxxa li jingħataw minħabba
f’piżijiet soċjali ma jitqiesux bħala tnaqqis għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. Kull rimunerazzjoni, minbarra xi pensjoni, mħallsa minn Stat Kontraenti,
Land, sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tagħhom jew xi entità  legali oħra
skond id-dritt pubbliku lil individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtijin lil dak l-
Istat, Land, sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tagħhom jew xi entità  legali
oħra skond id-dritt pubbliku, għandha tkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.Madankollu,
kull rimunerazzjoni simili għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u jekk l-individwu jkun residenti ta’ dak l-
Istat  u
(a) jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(b) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jagħti dawk is-
servizzi.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18, kull pensjoni mhallsa minn
Stat Kontraenti, Land, sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tagħhom jew xi
entità  legali oħra skond id-dritt pubbliku ta’ dak l-Istat lil xi individwu għar-rigward
ta’ servizzi mogħtija lil dak l-Istat, Land, sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali
tagħhom jew xi entità  legali oħra skond id-dritt pubbliku, għandhom ikunu taxxabbli
biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat u ċittadin
ta’ dak l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal kull
rimunerazzjoni u pensjoni għar-rigward ta’ servizzi mogħtijin f’dak li għandu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 13
x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat Kontraenti, Land, sottodiviżjoni
politika jew awtorità  lokali tagħhom jew xi entità  legali oħra skond id-dritt pubbliku
ta’ dak l-Istat.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom bl-istess mod japplikaw dwar
rimunerazzjoni mħallsa, taħt programm ta’ assistenza għall-iżvilupp ta’ Stat
Kontraenti, Land, sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tagħhom, minn flejjes
esklużivament provduti minn dak l-Istat, Land, sottodiviżjoni politika jew awtorità
lokali tagħhom, lil xi speċjalista jew voluntier misluf lill-Istat Kontraenti l-ieħor bil-
kunsens ta’ dak l-Istat l-ieħor.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom bl-istess mod japplikaw dwar
rimunerazzjoni mħallsa min jew għall-Istitut Goethe tar- Repubblika Federali tal-
Ġermanja. Trattament korrispondenti tar-rimunerazzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra
komparabbli ta’ l-Istati Kontraenti jista’ jiġi rranġat mill-awtoritajiet kompetenti bi
ftehim reċiproku. Jekk dik ir-rimunerazzjoni ma tiġix intaxxata fl-Istat fejn tkun ġiet
iffondata l-istituzzjoni, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15.
Artikolu 20
PROFESSURI VIĠITATURI, GĦALLIEMA U STUDENTI
1. Individwu li jżur Stat Kontraenti bi stedina ta’ dak l-Istat jew ta’ xi
università , kulleġġ, skola, mużew jew istituzzjoni kulturali oħra ta’ dak l-Istat skond
programm uffiċjali ta’ bidliet kulturali għal żmien li ma jeċċedix is-sentejn
unikament għall-fini ta’ tagħlim, għoti ta’ lezzjonijiet, jew l-għemil ta’ riċerka f’tali
istituzzjoni u li jkun, jew li kien minnufih qabel dik iż-żjara, residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jkun eżenti mit-taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi fuq ir-
rimunerazzjoni li jkollu għal dik l-attività , sakemm dik ir-rimunerazzjoni tinkiseb
minnu minn barra dak l-Istat.
2. Ħlasijiet li student jew apprendist kummerċjali li jkun jew kien minnufih
qabel ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun preżenti
fl-ewwel imsemmi Stat unikament għall-fini ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu,
jirċievi għall-finijiet tal-manteniment, l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu ma għandux
jiġi intaxxat f’dak l-Istat, sakemm dawk il-ħlasijiet joriġinaw minn għejjun barra
minn dak l-Istat.
Artikolu 21
INCOME IEĦOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli, jekk min jirċievi dak l-income, għax
ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak
Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita li tkun tinsab
hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-income jkunu
effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.F’dak
il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14,
skond il-każ.
14 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
Artikolu 22
KAPITAL
1. Kapital li jkun jikkonsisti fi proprjetà  immobbli, li jkun jappartjenti lil
residenti ta’ Stat Kontraenti u jkun jinsab fl-Istat Kontraenti l-ieħor, jista’ jiġi
intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Kapital li jkun jikkonsisti fi proprjetà  mobbli u li jagħmel parti mill-
proprjetà  kummerċjali ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew fi proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi
fissa li tkun disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor
għall-fini tat-twettiq ta’ servizzi personali indipendenti, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-
Istat l-ieħor.
3. Kapital li jkun jikkonsisti f’bastimenti u inġenji ta’ l-ajru mħaddma fi
traffiku internazzjonali u fi proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għat-tħaddim ta’
dawk il-bastimenti u inġenji ta’ l-ajru  għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti
fejn ikun jinsab il-post ta’ maniġġ effettiv ta’ l-impriża.
4. Kull element ieħor ta’ kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti jkun biss
taxxabbli f’dak l-Istat.
Artikolu 23
ĦELSIEN MINN TASSAZZJONI DOPPJA FL-ISTAT TA’ RESIDENZA
1. It-taxxa għandha tiġi stabbilita fil-każ ta’ residenti tar-Repubblika Federali
tal-Ġermanja kif ġej:
a) Kemm-il darba ma jiġix permess kreditu ta’ taxxa barranija taħt is-
subparagrafu b), għandu jiġi eżentat mill-bażi ta’ stima tat-taxxa tal-
Ġermanja kull element ta’ income li joriġina f’Malta u kull element ta’
kapital li jkun jinsab ġewwa Malta li, skond dan il-Ftehim, jista’ jiġi
intaxxat f’Malta.Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, madankollu,
iżżomm id-dritt li tqis meta tiġi biex tistabbilixxi r-rata ta’ taxxa tagħha
l-elementi ta’ income u ta’ kapital hekk eżentati. Fil-każ ta’ elementi ta’
income minn dividendi id-disposizzjoni ta’ qabel għandha tapplika biss
għal dawk id-dividendi li jitħallsu lil xi kumpannija (mhux inklużi
soċjetajiet) li tkun residenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja minn
kumpannija li tkun residenti ta’ Malta li mill-anqas 10 fil-mija tal-
kapital li tiegħu tkun proprjetarja diretta l-kumpannija Ġermaniża u li
ma jkunux tnaqqsu meta jkun ġew stabbiliti l-profitti tal-kumpannija li
tkun qed tqassam dawk id-dividendi.
Għandhom jiġu eżentati mill-bażi ta’ stima tat-taxxi fuq il-kapital kull
parteċipazzjoni azzjonarja li d-dividendi tagħha, li dawn kellhom jitħallsu, kienu
kieku jkunu eżentati skond is-sentenzi ta’ hawn aktar qabel.
b) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-liġi tat-taxxa tal-Ġermanja dwar
il-kreditu ta’ taxxa barranija, għandu jiġi permess bi kreditu kontra t-
taxxa tal-Ġermanja li titħallas għar-rigward ta’ dawn l-elementi ta’
income li ġejjin it-taxxa ta’ Malta mħallsa taħt il-liġijiet ta’ Malta u
skond dan il-Ftehim:
aa) dividendi mhux imsemmija fis-subparagrafu a) hawn aktar qabel;
bb) elementi ta’ income li jistgħu jiġu intaxxati f’Malta skond il-
paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13;
ċċ) drittijiet ta’ diretturi;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 15
dd) elementi ta’ income ta’ artisti u sportivi.
ċ) Għall-finijiet tas-subparagrafu b) ta’dan il-paragrafu,
aa) dividendi msemmija fis-subparagrafu b) ta’ paragrafu 3 ta’ l-
Artikolu 10, u
bb) dividendi mħallsa mill-profitti li jibbenefikaw minn xi skadenza
preskritta biż-żmien jew bi tnaqqis ta’ taxxa mogħtija taħt
disposizzjonijiet ta’ incentivi li jinsabu fil-liġi ta’ Malta maħsuba
biex iġibu ’l quddiem l-iżvilupp ekonomiku sal-limitu li dik l-
eżenzjoni jew dak it-tnaqqis jingħataw għal profitti minn
attivitajiet industrjali jew ta’ manifattura, il-biedja, s-sajd, it-
turiżmu (inklużi ristoranti u lukandi) u dawk l-attivitajiet l-oħra li
jistgħu jiġu miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti, sakemm l-
attivitajiet jkunu ġew ġestiti ġewwa Malta, għandhom ikunu
soġġetti għat-taxxa tal-Ġermanja fuq l-ammont wara t-tnaqqis tat-
taxxa ta’ Malta mħallsa (jekk ikun hemm) fuq il-profitti li
minnhom jitħallsu d-dividendi taħt il-liġijiet ta’ Malta u skond
dan il-Ftehim, u taxxa ta’ 20 fil-mija kkalkulata fuq l-ammont
gross tad-dividendi għandha titqies bħala li tkun tħallset f’Malta.
Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subparagrafu għandhom japplikaw
għall-ewwel għaxar snin li matulhom dan il-Ftehim ikun effettiv.
Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bi ftehim reċiproku bejn l-
awtoritajiet kompetenti.
d) Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu b) għandhom japplikaw minflok
id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu a) għal elementi ta’ income li
jinsabu fl-Artikli 7 u 10 u għal kull attiv li minnu jinkiseb dak l-income
jekk ir-residenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma jġibx prova li
l-income gross ta’ l-istabbiliment permanenti fis-sena ta’ negozju li fiha
jkun sar il-profitt jew tal-kumpannija residenti f’Malta fis-sena ta’
negozju li fiha kienu tħallsu d-dividendi kien inkiseb b’mod għalkollox
jew kważi esklużiv minn attivitajiet skond it-tifsira ta’ nri. 1 sa 6 ta’
paragrafu 1 ta’ sezzjoni 8 tal-Liġi tal-Ġermanja fuq Relazzjonijiet
Esterni dwar it-Taxxa (Aussensteuergesetz) jew minn
parteċipazzjonijiet skond it-tifsira ta’ paragrafu 2 ta’ sezzjoni 8 ta’ dik
il-Liġi;  l-istess għandu japplika għal proprjetà  immobbli li tintuża minn
stabbiliment permanenti (paragrafu 4 ta’ Artikolu 6) u profitti mit-
trasferiment ta’ dik il-proprjetà  immobbli (paragrafu 1 ta’ Artikolu 13)
u tal-proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà  kummerċjali ta’ l-
istabbiliment permanenti (paragrafu 3 ta’ Artikolu 13).
e) Meta kumpannija li tkun residenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
tiddistribwixxi income miksub minn għejjun ġewwa Malta,
subparagrafu a) ma għandux jipprekludi l-impożizzjoni kompensattiva
tat-taxxa korporattiva fuq dak it-tqassim skond id-disposizzjonijiet tal-
liġi dwar it-taxxi tal-Ġermanja.
f) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ subparagrafu a) it-taxxa doppja
għandha tiġi evitata billi jiġi permess kreditu ta’ taxxa skond ma hemm
stipulat fis-subparagrafu b)
aa) jekk fl-Istati Kontraenti elementi ta’ income jew kapital jitqegħdu
taħt provvedimenti differenti tal-Ftehim jew jiġu attribwiti lil
persuni differenti (ħlief b’mod konformi ma’ Artikolu 9) u dan il-
kionflitt ma tkunx tista’ ssir tpaċija tiegħu bi procedura skond
paragrafu 3 ta’ Artikolu 25 u jekk b’riżultat ta’ din id-differenza
fit-tqegħid jew attribuzzjoni l-income jew kapital rilevanti
16 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
jibqgħu mhux intaxxati jew inkella jkunu intaxxati b’mod
għalkollox baxx, jew
bb) jekk wara li ssir konsultazzjoni kif imiss u bla ħsara għal-
limitazzjonijiet tal-liġi domestika tiegħu Stat Kontraenti javża
lill-Istat Kontraenti l-ieħor permess tal-kanali diplomatiċi
b’income ieħor li dwaru jkun bi ħsiebu japplika d-
disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. L-avviż ma għandux iseħħ
qabel l-ewwel ġurnata tas-sena kalendarja li tiġi wara s-sena li
fiha jkun sar l-avviż u tkun saret kull ħtieġa legali taħt il-liġi
domestika ta’ l-Istat notifikanti biex jibda jseħħ l-avviż.
2. It-taxxa għandha tiġi stabbilita fil-każ ta’ residenti ta’ Malta kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu
kontra t-taxxa ta’ Malta dwar it-taxxa barranija, meta, skond il-provvedimenti ta’
dan il-Ftehim, jiġi inkluż fi stima ta’ Malta income minn għejjun fir-Repubblika
Federali tal-Ġermanja, it-taxxa tal-Ġermanja mħallsa fuq dak l-income għandha tiġi
permessa bħala kreditu kontra t-taxxa ta’ Malta li titħallas fuqha.
Artikolu 24
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan, li
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, speċjalment għar-rigward ta’ residenza,
huma jew jistgħu jkunu suġġetti.Din id-disposizzjoni għandha, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, tkun tapplika wkoll għal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi Stat Kontraenti wieħed jew tat-tnejn li huma.
2. Persuni apolidi li jkunu residenti ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu
assoġġettati f’xi Stat Kontraenti wieħed jew l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi
ħtieġa konnessa magħha, li tkun ta’ piż ieħor jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u mill-
ħtiġiet konnessi li dwarhom iċ-ċittadini ta’ l-Istat inkwistjoni ikunu jew jistgħu
jkunu assoġġettati fl-istess ċirkostanzi.
3. L-intaxxar ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess ativitajiet. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem bħala li
tobbliga lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi
allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’ tassazzjoni li tikkonċedi
lir-residenti tagħha stess.
4. Ħlief fejn japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-
paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 12, mgħax, royalties
u ħlasijiet oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom, għall-fini li jiġu stabbilit x’inhuma l-profitti taxxabbli
ta’ dik l-impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku dawn kienu
mħallsa lil residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat. Bl-istess mod, kull debitu li impriża
ta’ Stat Kontraenti jkollha ma’ residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandu, għall-
fini li jiġi stabbilit il-kapital taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqas taħt l-istess
kondizzjonijiet bħallikieku dan ikun sar ma’ residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
5. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 17
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
assoġġettati l-impriżi  ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
Artikolu 25
PROĊEDURA GĦAL FTEHIM REĊIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji
pprovduti mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-
awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-
każ tiegħu jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-atikolu 24, lil dik ta’ l-Istat Kontraenti
li tiegħu huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin minn l-
ewwel avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’
żmien fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-ħelsien minn tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. Jekk it-tassazzjoni ta’ income fi Stat Kontraenti tintlaqat minħabba f’xi
taxxa li tinżamm minn ras-il għajn, u jekk din it-tassazzjoni tkun limitata bid-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, l-applikazzjoni ta’ dan it-tnaqqis jew eżenzjoni
fit-taxxa għandha tkun regolata bil-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat flimkien mal-
proċeduri maqbula għal dan l-iskop bejn l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Stati
Kontraenti.
5. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-għan li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi preċedenti.
Artikolu 26
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi koperti
bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħtom ma jkunx kuntrarju għall-Ftehim. L-
iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tiġi
riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess
mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha
tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi)
involuti fl-istima jew fil-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-deċizjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma jistgħu
jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
18 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
ġudizzjarji. Kull provvista sussegwenti lil aġenziji oħra tista’ tingħata biss bl-
approvazzjoni bil-quddiem li tiġi mill-Istat li jkun qed jissupplixxi l-informazzjoni.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bħala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 27
LIMITAZZJONI TA’ BENEFIĊĊJI
1. Dan il-Ftehim ma għandux ikun interpretat li jfisser li
  a) xi Stat Kontraenti jkun prevenut milli japplika l-provvedimenti legali
domestiċi tiegħu dwar il-prevenzjoni ta’ l-evażjoni mit-taxxa jew il-
ħelsien mit-taxxa;
b) Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hi prevenuta milli tiġbor taxxi fuq
ammonti li għandhom jiġu inklużi fl-elementi ta’ income ta’ residenti
tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt ir-Raba’ Taqsima tal-Liġi tal-
Ġermanja fuq ir-Relazzjonijiet Esterni dwar it-Taxxa
(Aussenteuergesetz).
  2. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw għal
kumpanniji jew persuni oħra li jkunu jgawdu trattament fiskali speċjali bis-saħħa tal-
liġijiet jew il-prattika amministrattiva ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti.Lanqas
ma għandhom japplikaw għal income li jinkiseb minn dawk il-kumpanniji jew
persuni oħra miksub minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, lanqas għal ishma
jew drittijiet oħra f’dawk il-kumpanniji li jkunu jappartjenu lil resident bħal dak.
Artikolu 28
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI U KARIGI KONSULARI
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi ta’ membri ta’
missjoni diplomatika, kariga konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali taħt ir-
regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim
speċjali.
Artikolu 29
APPLIKAZZJONI TA’ PROTOKOLL
  Il-Protokoll anness għandu jkun parti integrali minn dan il-Ftehim.
Artikolu 30
REĠISTRAZZJONI TA’ FTEHIM
   Ir-reġistrazzjoni ta’ dan il-Ftehim mas-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti,
skond l-Artikolu 102 taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti, għandha ssir konġuntement
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 19
miż-żewġ Stati Kontraenti, minnufih wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 31
BIDU FIS-SEĦĦ
1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat u l-istrumenti tar-ratifika għandhom jiġu
skambjati fil-Belt Valletta kemm jista’ jkun malajr.
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ fid-data ta’ l-iskambju ta’ l-istrumenti tar-
ratifika u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom effett fiż-żewġ Stati
Kontraenti:-
a) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn, dwar ammonti li
jitħallsu fl-ewwel jum ta’ Jannar jew wara dik id-data tas-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena li fiha l-Ftehim jkun beda jseħħ;  
b) għar-rigward ta’ taxxi oħra, għar-rigward ta’ taxxi li jinġabru għal xi
sena ta’ stima li tibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena li fiha l-Ftehim jkun beda jseħħ.
  3. Malli dan il-Ftehim jibda jseħħ, il-Ftehim bejn Malta u r-Repubblika
Federali tal-Ġermanja għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja ffirmat fis-17 ta’ Settembru
1974 għandu jiskadi u għandu jtemm milli jibqa’ jseħħ mid-data meta jibdew
ikollhom seħħ id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 32
TERMINAZZJONI
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ għal żmien indefinittiv imma Stat
Kontraenti l-wieħed jew l-ieħor jista’, fi jew qabel it-tletin jum ta’ :unju ta’ xi sena
kalendarja li tibda wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul
tiegħu fis-seħħ, jagħti lill-Istat Kontraenti l-ieħor, permezz tal-kanali diplomatiċi,
avviż bil-miktub tat-terminazzjoni u, f’dak il-każ, dan il-Ftehim għandu jtemm milli
jibqa’ jseħħ:
a) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn, dwar ammonti li
jitħallsu fl-ewwel jum ta’ Jannar jew wara dik id-data tas-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena li fiha jingħata l-avviż ta’
terminazzjoni;  
b) għar-rigward ta’ taxxi oħra, għar-rigward ta’ taxxi li jinġabru għal xi
sena ta’ stima li tibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena li fiha jingħata l-avviż ta’
terminazzjoni.
MAGĦMUL f’Berlin, illum 8 ta’ Marzu, 2001, f’żewġ oriġinali, kull wieħed fl-
ilsien Ingliż u dak Ġermaniż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
Għal Malta                       Għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Joe Borg                                      Wolfgang Ischinger
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin  Segretarju għall Istat
20 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
PROTOKOLL
  Malta u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ftehmu, meta ffirmaw f’Berlin fit-8
ta’ Marzu, 2001 il-Ftehim bejn iż-żewġ Stati għall-ħelsien minn taxxa doppja dwar
taxxi fuq l-income u fuq il-kapital, dwar dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin, li
għandhom jifformaw parti integrali minn dak il-Ftehim:
1. B’riferenza għal Artikolu 7:
a) Meta impriża ta’ Stat Kontraenti tbiegħ oġġetti jew merkanzija jew
tiġġestixxi kummerċ fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun jinsab hemmhekk, il-profitti ta’ dak l-istabbiliment
permanenti ma għandhomx jiġu stabbiliti abbażi ta’ l-ammont totali li
jiġi riċevut għaldaqstant mill-impriża imma biss abbażi tal-ħlasijiet li
huma attribwibbli għall-attività  attwali ta’ l-istabbiliment permanenti
għal dak il-bejgħ jew kummerċ.
b) Fil-każ ta’ kuntratti, partikolarment għas-survey, provvista, stallazzjoni
u kostruzzjoni ta’ tagħmir industrjali, kummerċjali jew xjentifiku jew
fondijiet, jew ta’ xogħlijiet pubbliċi, fejn l-impriża jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor, il-profitti ta’ dak l-istabbiliment
permanenti ma għandhomx jiġu stabbiliti abbażi ta’ l-ammont totali tal-
kuntratt, imma biss abbażi ta’ dik il-parti mill-kuntratt li effettivament
tiġi ġestita mill-istabbiliment permanenti fl-Istat Kontraenti fejn dan
ikun jinsab.Profitti li jinkisbu mill-provvista ta’ oġġetti għal dak l-
istabbiliment permanenti jew profitti li jkollhom x’jaqsmu ma’ dik il-
parti tal-kuntratt li tiġi ġestita fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab l-
uffiċċju prinċipali ta’ l-impriża għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
ċ) Ħlasijiet li jiġu riċevuti bħala korrispettiv għal servizzi tekniċi, inklużi
studji jew surveys ta’ xorta xjentifika, ġeoloġika jew teknika, jew għal
kuntratti ta’ inġinerija inklużi blueprints li għandhom x’jaqsmu
magħhom, jew għal servizzi ta’ konsulenza jew ta’ sorveljanza
għandhom jitqiesu bħala ħlasijiet li dwarhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14 tal-Ftehim.
2. B’riferenza għal Artikolu 10:
Id-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 10 għandhom jibqgħu
japplikaw f’Malta sakemm Malta tħaddem is-sistema sħiħa ta’ imputazzjoni ta’
taxxa tal-profitti ta’ kumpannija and tat-tqassim sussegwenti ta’ dawk il-profitti lill-
azzjonisti tal-kumpannija. Li kellha tinbidel is-sistema preżenti, ir-rati msemmija
fis-subparagrafu a) tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 10 għandhom japplikaw għal
dividendi li jitqassmu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil residenti tar-
Repubblika Federali tal-Ġermanja. Madankollu, fil-każ ta’ bidla bħal dik, l-Istati
Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkunsidraw jekk bidla bħal dik
fis-sistema ta’ taxxa ta’ Malta tkunx tqajjem il-ħtieġa ta’ xi reviżjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10.
3. B’riferenza għal Artikli 10 u 11:
Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikli 10 u 11, income li jinkiseb fir-
Repubblika Federali tal-Ġermanja minn drittijiet jew pretensjonijiet ta’ debitu li
jipparteċipaw fi profitti inkluż income ta’ soċju mhux attiv ("stiller Gesellschafter")
mill-partecipazzjoni tiegħu bħala tali jew minn "partiarisches Darlehen" jew
"Gewinnobligationen" li jitnaqqsu meta jiġu stabbiliti l-profitti tad-debitur jistgħu
jiġu intaxxati fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skond il-liġijiet tar-Repubblika
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA ġ L.S.123.06 21
Federali tal-Ġermanja.
4. B’riferenza għal Artikolu 26:
Fil-qies li jiġi skambjat tagħrif personali taħt dan il-Ftehim u skond
disposizzjonijiet legali domestiċi, għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet
addizzjonali li ġejjin, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet legali li japplikaw għall-
Istati Kontraenti rispettivi:
a) L-Istat li jirċievi t-tagħrif jista’ juża dak it-tagħrif biss għall-fini
msemmija u għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet preskritti mill-
Istat li jagħti t-tagħrif.
b) L-Istat li jirċievi t-tagħrif għandu fuq talba jgħarraf lill-Istat li jagħti t-
tagħrif dwar l-użu tat-tagħrif mogħti u r-riżultati li jinkisbu permezz
tiegħu.
ċ) L-Istat li jagħti t-tagħrif ikun obbligat jiżgura li t-tagħrif li jkun se
jingħata ikun preċiż u li dan ikun meħtieġ għal u proporzjonali mal-fini
li jingħata għalih. Kull projbizzjoni fuq l-għoti ta’ tagħrif preskritta taħt
il-liġi domestika applikabbli għandha tiġi osservata. Jekk jirriżulta li
tagħrif mhux preċiż jew tagħrif li ma jkunx imissu ingħata jkun fil-fatt
ingħata, l-Istat li jirċievi t-tagħrif għandu jiġi mgħarraf dwar dan
mingħajr ebda dewmien. Dak l-Istat ikun obbligat isewwi jew iħassar
dak it-tagħrif.
d) Meta l-persuna inkwistjoni tagħmel applikazzjoni għaldaqstant, hija
għandha tiġi mgħarrfa bit-tagħrif provdut u li jkollu x’jaqsam miegħu
dwar kif dak it-tagħrif ikun ser jintuża. Ma għandu jkun hemm ebda
obbligazzjoni li jingħata dan it-tagħrif jekk kollox ma’ kollox jirriżulta
li l-interess pubbliku f’li dan it-tagħrif jinżamm jkun bilwisq iktar kbir
mill-interess tal-persuna inkwistjoni li tkun ser tirċevih.F’kull rigward
ieħor, id-dritt tal-persuna inkwistjoni li tiġi mgħarrfa bit-tagħrif
eżistenti dwaru għandu jiġi regolat bil-liġi domestika ta’ l-Istat
Kontraenti li fit-territorju sovran tiegħu ssir l-applikazzjoni għal dik l-
informazzjoni.
e) L-Istat li jirċievi t-tagħrif jassumi kull responsabbiltà  skond il-liġijiet
domestiċi tiegħu dwar kull persuna li ġġarrab danni kontra l-liġi bħala
riżultat ta’ dak l-għoti taħt l-iskambju ta’ tagħrif li jsir skond dan il-
Ftehim. Għar-rigward tal-persuna li ġġarrab id-danni, l-Istat li jirċievi t-
tagħrif ma jistax iqajjem l-eċċezzjoni li d-danni jkunu ġew kaġunati
mill-Istat li jagħti t-tagħrif.
f) Jekk il-liġi domestika ta’ l-Istat li jagħti t-tagħrif tkun tagħmel
disposizzjonijiet speċjali dwar l-evażjoni ta’ tagħrif personali li
jingħata, dak l-Istat għandu jgħarraf lill-Istat li jirċievi t-tagħrif skond
hekk. Irrispettivament minn liġi bħal dik, it-tagħrif personali li jingħata
għandu jiġi mħassar ġaladarba dan ma jkunx għadu aktar meħtieġ għall-
fini li jkun ingħata għalih.
g) L-Istati Kontraenti jkunu obbligati jżommu records uffiċjali tat-tagħrif
personali mogħti u riċevut.
h) L-Istat li jagħti u l-Istat li jirċievi t-tagħrif ikunu obbligati li jieħdu
miżuri effettivi biex iħarsu t-tagħrif personali mogħti b’aċċess mhux
awtorizzat, bdil mhux awtorizzat u kxif mhux awtorizzat.
5. B’riferenza għal Artikolu 27:
Jinftiehem li fil-każ ta’ Malta l-persuni li jgawdu t-trattament fiskali speċjali
22 L.S.123.06 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
msemmi fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 27 huma dawn li ġejjin:
a) persuni li għandhom jedd għal xi benefiċċju tat-taxxa speċjali taħt l-Att
dwar iċ-ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (Kap. 330) ħlief għal
dawk il-persuni li jagħżlu l-artikolu 41 ta’ dak l-Att biex ikunu soġġeti
għad-disposizzjonijiet normali ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income
(Kap. 123) u l-Att ta’ l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa;  jew
b) persuni li u daqstant kemm taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-1973
dwar il-Bastimenti Merkantili, ma jkunux soġġetti għat-taxxa fuq il-
profitti li jinkisbu mit-tħaddim ta’ bastimenti fit-traffiku
internazzjonali; jew
ċ) persuni li jkollhom jedd għal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali għar-
rigward ta’ distribuzzjonijiet minn trust soġġetti għad-disposizzjonijiet
ta’ l-Att li Jirrikonoxxi Trusts,  meta jitqies li trust kif stipulata f’dak l-
Att ma tkunx vestita b’personalità  ġuridika u għalhekk din ma tkunx
tista’ tikseb benefiċċju taħt dan il-Ftehim bi drittha stess;  jew
d) persuni intitolati  għal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali taħt xi liġi
sostanzjalment simili li tiġi leġislata sussegwentement u li titqies bi qbil
reċiproku ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti bħala
trattament fiskali speċjali fil-kuntest tat-tifsira tal-paragrafu 2 ta’ l-
Artikolu 27 ta’ dan il-Ftehim.
