TNAQQIS FIT-TAXXA FUQ L-INCOME ġ L.S.123.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.07
REGOLI DWAR TNAQQIS
FIT-TAXXA FUQ L-INCOME
1 ta’ Jannar, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 322 ta’ l-2001.
Titolu.
Taxxa fuq l-Income.
Tifsiriet.
teħtiegx xort’oħra -
Kap. 123.
L.S.123.55
"benefiċċju" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha taħt ir-Regoli
dwar Benefiċċji minn Impieg jew Kariga;
"emolumenti" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha taħt ir-
Regoli tal-FSS;
L.S.123.55
Kap. 123.
"Regoli dwar Benefiċċji minn Impieg jew Kariga" tfisser ir-
Regoli dwar Benefiċċji minn Impieg jew Kariga, jew kull regola
oħra magħmula minflokhom taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
L.S.372.14
Kap. 372.
"Regoli ta’ l-FSS" tfisser ir-Regoli dwar Final Settlement System
(FSS), jew kull regola oħra magħmula minflokhom taħt l-Att dwar
l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
Tnaqqis dwar 
vetturi.
3. (1) Meta xi vettura li għaliha tapplika din ir-regola tkun
akkwistata b’nefqa ta’ iżjed minn Lm3,000 f’sena li taħbat
minnufih qabel xi sena ta’ stima u dik il-vettura tigi użata u
mħaddma fil-produzzjoni ta’ l-income, kull tnaqqis dwar tqagħbir u
kull tnaqqis inizjali li jirreferu għall-vettura skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14(1)(f) u (j) ta’ l-Att u kull
allowance dovuta jew ħlas li jkun sar dwar il-vettura taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24 ta’ l-imsemmi Att għandhom
jinħadmu daqslikieku n-nefqa ta’ l-akkwist kienet Lm3,000.
(2) Meta xi vettura li għaliha tapplika din ir-regola tinkera lil
xi persuna f’sena li taħbat minnufih qabel xi sena ta’ stima li tibda
fl-1 ta’ Jannar, 2002 jew wara u dik il-vettura tigi użata u mħaddma
fil-produzzjoni ta’ l-income ta’ dik il-persuna, u meta l-prezz
elenkat ta’ dik il-vettura jkun iżjed minn Lm3,000, kull tnaqqis li
jista’ jsir minn dik il-persuna skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 14(1) ta’ l-Att dwar ħlas li jsir minn dik il-persuna għall-
kiri ta’ dik il-vettura ma jistax ikun iżjed mis-somma miksuba billi
jigu multiplikati l-ammonti li jitħallsu għall-kiri bi Lm3,000 u r-
riżultat jigi diviż bil-prezz elenkat ta’ dik il-vettura:
Iżda:
(a) meta l-vettura tintuża skond arrangament li bih it-
tqagħbir ordinarju tagħha jkun fuq il-kerrej ma jistax
isir tnaqqis dwar il-ħlas għall-kiri;
(b) id-disposizzjonijiet ta’ din is-subregola (2) ma jkunux
japplikaw meta l-vettura tintuża minn dik il-persuna,
2 L.S.123.07 ħ TNAQQIS FIT-TAXXA FUQ L-INCOME
jew minn persuna oħra f’isimha, okkażjonalment għal
perjodu ta’ inqas minn sebat ijiem matul is-sena
inkwistjoni ħlief meta dik il-vettura tkun qed tintuża
minflok vettura oħra li tkun mikrija lilha;
(ċ) meta vettura mikrija tkun temporanjament mibdula
b’vettura oħra għal inqas minn tletin jum konsekuttiv
mingħajr ma jkun sar ebda tibdil fl-ammont li jitħallas
għall-kiri, din is-subregola tapplika matul iż-żmien li
fih il-vettura tkun hekk mibdula bħallikieku r-
referenza għall-prezz elenkat tal-vettura kien referenza
għall-prezz elenkat ta’ l-ewwel vettura, iżda meta l-
ammont li jitħallas għall-kiri jinbidel minħabba dak it-
tibdil fil-vettura jew inkella meta l-vettura tkun
mibdula għal żmien ta’ tletin jum jew aktar, din is-
subregola tkun tapplika matul dak iż-żmien
b’referenza għall-prezz elenkat tat-tieni vettura.
(3) Għall-finijiet tas-subregola (2) -
L.S.123.55
(a) il-prezz elenkat ta’ vettura huwa l-prezz ta’ vettura ta’
l-istess għamla u mudell jew ta’ għamla u mudell li
jaqbel miegħu li jidher f’lista ta’ prezzijiet magħmula
jew approvata mill-Kummissarju għall-finijiet tar-
Regoli dwar Benefiċċji minn Impieg jew Kariga
miżjud bl-ispejjeż ta’ aċċessjorji opzjonali li jistgħu
jkunu miżjuda fil-vettura;
(b) vettura titqies li tkun mikrija lil xi persuna jekk tintuża
minnha jew f’isimha taħt arrangament li bih isir jew
ikun dovut ħlas lil persuna oħra bħala korrispettiv għal
dak l-użu;
(ċ) "ammonti li jitħallsu għall-kiri" tfisser it-total ta’ ħlas
li jsir jew li jkun dovut minn persuna matul is-sena
inkwistjoni bħala korrispettiv għall-użu ta’ vettura kif
ukoll spejjeż oħra li jistgħu jsiru jew ikunu mħallsa
lura minnu matul dik is-sena u li jkollhom x’jaqsmu
ma’ l-imsemmi użu, inkluża l-assigurazzjoni, liċenzi
tiswijiet u servicing, iżda mħollija barra karburanti u t-
tqegħid ta’ vettura f’garage.
(4) Dir-regola tapplika ghal kull vettura li titmexxa
mekkanikament mibnija jew li tintuża bħala mezz ta’ trasport għal
individwi, iżda ma tapplikax għal vetturi ta’ xorta li soltu ma
jintużawx bħala vetturi privati u li mhumiex adatti li jintużaw hekk,
jew vetturi użati mill-persuna li titlob tnaqqis skond kif imsemmi
f’din ir-regola għalkollox jew prinċipalment għall-kiri lil membri
tal-pubbliku jew għat-trasport tagħhom fil-kors ordinarju ta’
sengħa jew negozju:
Iżda għal kull sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’ Jannar, 2002
jew wara, din ir-regola m’għandhiex, iktar minn hekk, tkun
tapplika għal vettura użata mill-persuna li tkun qed titlob tnaqqis
kif imsemmi skond din ir-regola għalkollox jew prinċipalment għal
taħrig fis-sewqan fil-kors ordinarju ta’ sengħa jew negozju.
Tnaqqis dwar 
emolumenti.
4. (1) Meta persuna tħallas emolumenti f’sena li taħbat
minnufih qabel xi sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’ Jannar, 2002 jew
TNAQQIS FIT-TAXXA FUQ L-INCOME ġ L.S.123.07 3
wara, u dak il-ħlas ikun jikkonsisti fi flejjes li jkunu ntefqu u
spejjeż li jkunu saru għalkollox u esklużivament fil-produzzjoni ta’
l-income ta’ dik il-persuna, it-tnaqqis li jkun jista’ jsir dwarhom
għal dik is-sena ta’ stima skond l-artikolu 14(1) ta’ l-Att ma jistax
ikun aktar mill-ammont ta’ l-imsemmija flejjes u spejjeż li
jkollhom x’jaqsmu ma’ emolumenti li jkun sar rendikont dwarhom
kif imiss.
L.S.123.55
(2) Mingħajr preġudizzju għas-subregola (1), tnaqqis taħt l-
artikolu 14(1) ta’ l-Att li għandu x’jaqsam ma’ l-għoti ta’
benefiċċju li jaqa’ taħt Taqsima Ċ (Benefiċċji tal-Kategorija 2 -
Użu ta’ Proprjetà ) tar-Regoli dwar Benefiċċji minn Impieg jew
Kariga ma jistax jeċċedi l-ibaxx minn:
(a) il-flejjes li jkunu ntefqu u l-ispejjeż li jkunu saru,
stabbiliti skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-
Taqsima IV ta’ l-Att, fejn dak 1-infiq u dawk l-ispejjeż
ikunu saru għall-għoti ta’ dak il-benefiċċju; u
(b) il-valur ta’ dak il-benefiċċju kif stabbilit skond l-
imsemmija regoli mingħajr, madankollu, ebda tnaqqis
fil-valur kif kontemplat fis-subregola 24(5) ta’ l-
imsemmija regoli għar-rigward ta’ kera imħallas mill-
benefiċjarju:
Iżda meta l-kera jew korrispettiv ieħor jitħallas
mill-benefiċjarju, dan għandu jitqies bħala income li
jkun jinsab għand min jipprovdi l-benefiċċju.
(3) Id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din is-subregola jkunu
japplikaw, mingħajr preġudizzju għas-subregola (1), sabiex jigi
stabbilit it-tnaqqis, jekk ikun hemm, li jista’ jsir minn persuna
skond l-artikolu 14(1) ta’ l-Att għar-rigward ta’ l-għoti ta’
benefiċċju li jkun jikkonsisti fi trasferiment ta’ attiv li għalih
tapplika it-Taqsima D (Benefiċċji tal-Kategorija 3 - Benefiċċji
Oħra) tar-Regoli dwar Benefiċċji minn Impieg jew Kariga:
(a) meta l-attiv ikun wieħed li dwaru jkun gie permess xi
tnaqqis lil dik il-persuna taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 14(1)(f) u (j) ta’ l-Att, l-ebda tnaqqis ma jkun
permess dwar l-għoti ta’ dak il-benefiċċju: iżda fid-
dikjarazzjoni ta’ bilanċ li għandha ssir għall-finijiet ta’
l-artikolu 24 ta’ l-Att -
(i) meta l-imsemmi attiv jkun gie trasferit mingħajr
ebda korrispettiv dan għandu jitqies daqslikieku
jkun tneħħa mill-użu b’xejn; u
(ii) meta l-imsemmi attiv jkun gie trasferit għal xi
korrispettiv dan għandu jitqies daqslikieku jkun
gie mibjugħ għal dak il-korrispettiv,
u jkun permess li jsir balancing allowance jew inkella
jsir balancing charge skond hekk;
(b) meta l-attiv ikun wieħed li dwaru ma jkun gie permess
lil dik il-persuna ebda tnaqqis taħt xi disposizzjoni ta’
l-artikolu 14(1)(f) u (j) ta’ l-Att, it-tnaqqis dwar l-għoti
tal-benefiċċju m’għandux ikun jeċċedi n-nefqa li bih
il-persuna li tagħti dak il-benefiċċju tkun akkwistat
4 L.S.123.07 ħ TNAQQIS FIT-TAXXA FUQ L-INCOME
dak l-attiv, inklużi l-ispejjeż minfuqa mill-prinċipal
biex jittrasferixxi dak l-attiv: iżda kull korrispettiv
imħallas mill-benef iċjarju għandu jitqies bħala
income li jkun jinsab għand il-prinċipal;
(ċ) meta t-trasferiment ikun wieħed li jaqa’ taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att, ma jkun
permess ebda tnaqqis taħt id-disposizzjonijiet ta’ 1-
artikolu 14 ta’ l-Att dwar l-għoti tal-benefiċċju: iżda l-
qligħ jew il-profitti miksubin minn dak it-trasferiment
għandhom ikunu stabbiliti skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-imsemmi artikolu 5 mingħajr ebda referenza
għall-valur tal-benefiċċju.
(4) Għall-fnijiet ta’ din ir-regola m’għandux jitqies li jkun sar
rendikont kif imiss dwar l-emolumenti ħlief daqstant li l-valur ta’
dawk l-emolumenti jkun gie indikat b’mod korrett fid-
Dikjarazzjoni tal-Qligħ tal-Payee u fir-Rikonċiljazzjoni ta’ kull
Sena Dwar Ħlasijiet mill-Pagatur, li jsiru skond ir-Regoli ta’ l-FSS
għar-rigward tas-sena rilevanti u li jigu mogħtija lill-Kummissarju
mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara ż-żmien rilevanti li jkun
preskritt taħt l-imsemmija Regoli.
Talbiet għal 
tnaqqis minn 
benefiċjarji.
L.S.123.55
5. Ħlief kif xort’oħra provdut fir-Regoli dwar Benefiċċji
minn Impieg jew Kariga, il-valur ta’ benefiċċju stabbilit skond
dawk ir-regoli għandu jitqies li jkun nett minn kull spejjeż li jkunu
ntefqu u infeq li jkun sar mill-benefiċjarju f’dak li jkollu x’jaqsam
ma’ dak il-benefiċċju, u ebda tnaqqis ieħor ma jkun permess lil dik
il-persuna taħt l-artikolu 14(1) ta’ l-Att li jkollu x’jaqsam ma’ dak
il-benefiċċju.
