EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.08
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
13 ta’ Marzu, 1979
L-AVVIŻ LEGALI 35 ta’ l-1979.
Titolu.
mill-Ħlas ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Renju tan-Norveġja.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Renju tan-Norveġja sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja u sabiex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar
it-taxxi li ġejjin, imposti bil-liġijiet tar-Renju tan-
Norveġja:
(i) it-taxxi nazzjonali u muniċipali fuq l-income u l-
kapital;
(ii) l-ammonti dovuti lin-nazzjon fuq il-profitti ta’
artisti mhux residenti;
(iii) it-taxxa speċjali b’risq il-pajjiżi li qed
jiżviluppaw;
(iv) it-taxxa tal-baħrin; u
(b) huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom effett.
2 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
SKEDA
FTEHIM BEJN
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
u
R-RENJU TAN-NORVEĠJA
GĦALL-ĦELSIEN MIT-TAXXA DOPPJA
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Renju tan-Norveġja billi jixtiequ
jagħmlu Ftehim għall-Ħelsien mit-Taxxa Doppja, ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il-ftehim japplika għal taxxi fuq l-income u fuq kapitali mposti f’isem
kull wieħed mill-Istati Kontraenti jew tas-sottodiviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet
lokali tagħhom, hu li hu l-mod li bih jinġabru.
(2) Għandhom jitqiesu bħala taxxa fuq l-income u fuq kapital it-taxxi kollha
mposti fuq income totali, fuq kapital totali, jew fuq elementi ta’ income jew ta’
kapital magħduda taxxi fuq qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli,
taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi u salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq
apprezzament tal-kapital.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fin-Norveġja:
(i) it-taxxi nazzjonali u muniċipali fuq l-income u l-kapital;
(ii) l-ammonti dovuti lin-nazzjon fuq il-profitti ta’ artisti mhux
residenti;
(iii) it-taxxa speċjali b’risq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
(iv) it-taxxa tal-baħrin,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tan-Norveġja");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income u soprataxxa, inklużi ħlasijiet bil-quddiem ta’
taxxa sew jekk bi tnaqqis minn ras il-għajn jew xort’oħra,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
(4) Dan il-Ftehim għandu japplika wkoll ghal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom li jiġu mposti wara d-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkun sar fil-liġijiet
dwar it-taxxi rispettivi tagħhom.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 3
(5) Meta l-Ftehim jipprovdi li income li jinqala’ fi Stat Kontraenti għandu jiġi
meħlus mit-taxxa f’dak l-Istat, jew għal kollox jew f’parti, u, skond il-liġi fis-seħħ
fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-taxxa b’riferenza għal dak
l-ammont minnu li jintbagħat jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat l-ieħor u mhux
b’riferenza għall-ammont sħiħ tiegħu, allura l-ħelsien li għandu jingħata fl-Istat l-
ewwel imsemmi għandu japplika biss għal dik il-parti mill-income li tkun intbagħtet
jew li ġiet riċevuta fl-Istat l-ieħor.
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet ġenerali
(1) F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Norveġja", meta wżata f’sens ġeografiku, tfisser ir-Renju tan-
Norveġja, inkluża kull area ’l barra mill-ibħra territorjali tan-Norveġja fejn in-
Norveġja, skond il-liġijiet tan-Norveġja u skond il-liġi internazzjonali, tista’
tħaddem id-drittijiet tagħha dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali
tagħhom; il-frażi ma tinkludix Svalbard, Jan Mayen u d-dipendenzi Norveġiżi li
mhumiex fl-Ewropa;
(b) il-frażi "Malta", meta wżata f’sens ġeografiku, tfisser ir-Repubblika ta’
Malta, u tinkludi l-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex, il-Gżejjer l-oħra ta’ l-
Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjali tagħhom, u kull area barra mill-
baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi internazzjonali, hi hekk imsemmija jew
aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġijiet ta’ Malta dwar il-blata kontinentali,
bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi
naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru n-Norveġja
jew Malta skond ma teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija jew korp ieħor ta’ persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża mmexxija minn persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) dwar in-Norveġja, iċ-ċittadini kollha tan-Norveġja u l-persuni, is-
soċjetajiet u l-assoċjazzjonijiet legali kollha li jiksbu dak l-istat
tagħhom bis-saħħa ta’ liġi fis-seħħ fin-Norveġja;
(ii) dwar Malta, iċ-ċittadini kollha ta’ Malta kif provdut fil-Kapitolu III tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta u fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, u l-
persuni, is-soċjetajiet u l-assoċjazzjonijiet legali kollha li jiksbu dak l-
istat tagħhom bis-saħħa ta’ liġi fis-seħħ f’Malta;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru mħaddem minn impriża li għandha l-post tal-maniġġ effettiv
tagħha fi Stat Kontraenti, barra minn meta l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jkunu
mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
4 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tan-Norveġja, il-Ministru responsabbli tal-Finanzi u Dwana jew
ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma
tkunx xort’oħra mfissra għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat
Kontraenti dwar it-taxxi li huma suġġetti għal dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 4
Domiċilju Fiskali
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti" tfisser kull persuna li, taħt il-liġi ta’ dak l-Istat, tkun suġġetta għat-
tassazzjoni hemmhekk minħabba d-domiċilju, ir-residenza jew il-post tal-maniġġ
tagħha jew xi kriterju ieħor dwarha ta’ din ix-xorta. Il-frażi ma tinkludix xi persuna
li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti biss dwar income minn għejjun
hemmhekk jew kapital li jkun qiegħed f’dak l-Istat.
(2) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) individwu jkun persuna
residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istat tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) Dan għandu jitqies bħala persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih
għandu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu. Jekk dan għandu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati Kontraenti, dan
għandu jitqies li hu persuna residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti li miegħu
r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-iktar marbuta
(ċentru ta’ nteressi vitali).
(b) Jekk l-Istat Kontraenti li fih għandu ċ-ċentru ta’ l-interess vitali ma
jkunx jista’ jiġi stabbilit, jew jekk dan ma jkollux għad-disposizzjoni
tiegħu dar permanenti f’xi wieħed mill-Istati Kontraenti, dan għandu
jitqies li hu persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi.
(ċ) Jekk dan ikollu post fejn soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati Kontraenti jew
ma jkollu f’ebda wieħed minnhom, dan għandu jitqies li hu persuna
residenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun nazzjonali.
(d) Jekk dan ikun nazzjonali taż-żewġ Stati Kontraenti jew ta’ ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura għandha titqies li hi
persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed il-post tal-maniġġ effettiv
tagħha.
(4) Għall-finijiet ta’ tassazzjoni fin-Norveġja, estate ta’ persuna mejta għandu
jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu l-persuna mejta kienet residenti
fiż-żmien tal-mewt tagħha, skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2).
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 5
fiss ta’ negozju li fih jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, barriera jew post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;
(g) sit tal-bini jew kostruzzjoni jew proġett ta’ immuntar li jeżisti għal iktar
minn tnax-il xahar.
(3) Impriża ta’ Stat Kontraenti titqies li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat
l-ieħor jekk tkun tagħmel attivitajiet ta’ sorveljanza f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor
għal iktar minn tnax-il xahar dwar kostruzzjoni jew proġett ta’ immuntar.
(4) Il-frażi "stabbiliment permanenti" ma għandhiex titqies li tinkludi:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew għall-ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ reklam, għall-
għoti ta’ tagħrif, għal tiftix xjentifiku jew għal attjvitajiet bħal dawn li
jkunu ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja għall-impriża.
(5) Persuna li taġixxi fi Stat Kontraenti f’isem impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor - li ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu (6) -
għandha titqies li tkun stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk
ikollha, u abitwalment teżerċita f’dak l-Istat, awtorità  li tikkonkludi kuntratti f’isem
l-impriża, kemm-il darba l-attivitajiet tagħha ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oġġetti
jew merkanzija għall-impriża.
(6) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għaliex biss tkun qed tmexxi negozju f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi
aġent ieħor bi status indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors
ordinarju tan-negozju tagħhom.
(7) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti
tikkontrolla jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi
waħda mill-kumpanniji stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
6 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income minn proprjetà  immobiljari jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fih dik il-proprjetà  tkun qegħda.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandha tiġi mfissra skond il-ligi ta’ l-Istat
Kontraenti li fih tkun qegħda dik il-proprjetà . Il-frażi għandha f’kull każ tinkludi
proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobiljari, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari, u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew li jkunu fissi bħala kumpens
għall-ħdim ta’, jew għad-dritt li jinħadmu, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra
naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Biex jiġi stabbilit l-income minn proprjetà  immobiljari li residenti ta’ Stat
Kontraenti għandu fl-Istat Kontraenti l-ieħor spejjeż (inkluzi interessi fuq talbiet
għal dejn) li jitħallsu għall-finijiet ta’ dik il-proprjetà  għandhom jingħataw bħala
tnaqqis bl-istess kundizzjonijiet bħal ma hemm maħsub għal residenti ta’ dak l-Istat
l-ieħor.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizz professjonali.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-
Istat kemm-il darba l-impriża ma tkunx mexxiet negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li jinqalgħu minn dak l-istabbiliment
permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta mpriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem l-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem għal
kollox separatament mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
(3) Meta jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandu jkun
permess bħala tnaqqis spejjeż li jsiru għall-iskopijiet ta’ dak l-istabbiliment
permanenti magħduda spejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru sew jekk
fl-Istat li fih l-istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk isiru band’oħra.
(4) Safejn ikun soltu li fih Stat Kontraenti jiġu stabbiliti l-profitti li għandhom
jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti totali ta’
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 7
l-impriża fuq il-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu (2) ma għandha
ttellef lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu ntaxxati
skond dak it-tqassim kif soltu jsir. Il-metodu tat-tqassim li jiġi wżat għandu,
b’danakollu, ikun hekk li r-riżultat ikun skond il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti minn
negozju ta’ assigurazzjoni.
(8) F’każ li profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, id-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma jiġux
imfixkla bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Shipping u Trasport bl-Ajru
(1) Profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li fih il-post tat-tmexxija
effettiva ta’ l-impriża jkun qiegħed.
(2) Jekk il-post tat-tmexxija effettiva ta’ mpriża tax- shipping ikun abbord
bastiment jew dgħajsa, allura għandu jitqies li jkun qiegħed fl-Istat Kontraenti li fih
ikun qiegħed il-port tar-ritorn tal-bastiment jew dgħajsa jew, jekk ma jkollux dak il-
port tar-ritorn, fl-Istat Kontraenti li tiegħu l-operatur tal-bastiment jew dgħajsa ikun
residenti.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal profitti
miksuba mill-konsorzju tat-trasport bl-ajru Norveġiż, Daniż u Svediż, l-
iScandinavian Airlines System (SAS), imma biss sakemm il-profitti miksuba mid-
Det Norske Luftfartsselskap A/S (DNL), is-soċju Norveġiż ta’ l-iScandinavian
Airlines System (SAS), ikunu fi proporzjon għall-ishma tiegħu f’dik l-
organizzazzjoni.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għal profitti
li jinkisbu mill-parteċipazzjoni f’pool, f’negozju joint jew f’aġenzija ta’ operazzjoni
internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) imiriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti u mpriża ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
8 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ kull profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kondizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
(2) Meta l-profitti li fuqhom impriża ta’ Stat Kontraenti tkun ġiet intaxxata
f’dak l-Istat ikunu wkoll inklużi fil-profitti ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u
ntaxxati skond hekk u l-profitti hekk inklużi huma profitti li kienu jkunu maqlugħa
mill-impriża ta’ l-Istat l-ieħor kieku l-kundizzjonijiet magħmula bejn l-impriżi kienu
dawk li kienu jsiru bejn l-impriżi indipendenti, allura l-Istat l-ewwel imsemmi
għandu jagħmel aġġustament xieraq għall-ammont tat-taxxa mposta fuq dawk il-
profitti fl-Istat l-ewwel imsemmi. Sabiex jiġi stabbilit dak l-aġġustament għandhom
jitqiesu sew id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim dwar ix-xorta ta’ l-income,
u għal dan il-għan l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jikkonsultaw lil xulxin jekk hekk ikun meħtieġ.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda dawk id-dividendi jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti li tiegħu l-
kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġi ta’ dak l-
Istat, iżda -
(a) meta dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti fin-Norveġja lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom, it-taxxa
Norveġiża hekk mitluba m’għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-
ammont gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jkunu mħallsa minn kumpannija residenti f’Malta lil
residenti tan-Norveġja li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom -
(i) it-taxxa ta’ Malta ma għandhiex tkun iżjed minn dik taxxabbli
għall-kumpannija li tħallas id-dividendi dwar il-profitti hekk
imqassma;
(ii) b’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (i), it-
taxxa ta’ Malta ma għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-
ammont gross tad-dividendi jekk dawk id-dividendi jitħallsu minn
qligħ jew profitti maqlugħa f’xi sena li dwarha l-kumpannija tkun
qed tirċievi xi benefiċċju taħt id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-
għajnuna lill-industrji f’Malta, u l-azzjonist jissottometti prospetti
u kontijiet lill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Malta dwar l-income
tiegħu li hu suġġett għat-taxxa ta’ Malta għas-sena ta’ stima
relattiva.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom bi ftehim
bejniethom jaslu għall-mod kif japplikaw din il-limitazzjoni.
Dan il-paragrafu m’għandux jolqot it-tassazzjoni tal-kumpannija dwar il-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet f’minjieri, azzjonijiet tal-fondaturi jew drittiijet oħra, li ma
jkunux talbiet għal dejn, li jipparteċipaw fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet
korporati oħra li huwa meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 9
azzjonijiet skond il-liġi dwar it-taxxa ta’ l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li
tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi d-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk jew li tkun taqdi f’dak
l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk u l-holding
li dwaru d-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ, għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq dividendi mħallsa mill-kumpannija lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi u ma
jistax jissuġġetta l-profitti mhux imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq profitti
mhux imqassma wkoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma
jikkonsistu għal kollox jew f’parti minn profitti jew income li jinqala’ f’dak l-Istat l-
ieħor. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma jtellfux lil dak l-Istat l-ieħor milli
jintaxxa dividendi mħallsa lil residenti ta’ dak l-Istat jew dividendi dwar holding li
effettivament ikollu x’jaqsam ma’ l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li
jkun miżmum f’dak l-Istat l-ieħor minn residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġi ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imgħax.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) -
(a) imgħax li jinqala’ f’Malta u li jitħallas lill-Gvern tan-Norveġja jew lin-
Norges Bank ikun eżentat mit-taxxa ta’ Malta;
(b) imgħax li jinqala’ fin-Norveġja u li jitħallas lill-Gvern ta’ Malta, lill-
Bank Ċentrali ta’ Malta jew lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Malta
jkun eżentat mit-taxxa tan-Norveġja;
(ċ) il-ħelsien mogħti b’dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal kull
korp imwaqqaf b’liġi ta’ karattru pubbliku ta’ wieħed jew l-ieħor mill-
Istati Kontraenti jekk korp bħal dan ikollu personalità  ġuridika distinta.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għad-dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u, b’mod partikolari, income minn
securities tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums u
premjijiet annessi ma’ bonds jew debentures. Penalitajiet għal ħlas tard ma
għandhomx jitqiesu bħala imgħax għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
mnn jirċievi l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti hemmhekk li minnu jinqala’
l-imgħax, jew jagħmel servizzi professjonali f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi stabbilit
hemmhekk u d-dritt għad-dejn li minnu jinqala’ l-imgħax ikollu effettivament
10 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
x’jaqsam ma’ dak l-istabbilimient permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
(6) L-imgħax għandu jitqies li nqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallsu jkun
dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li miegħu
jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-imgħax ikun ir-
responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dak l-imgħax għandu jitqies
li nqala’ fl-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax li tħallas, meta jitqies
id-dritt għad-dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’dak il-każ, dik il-parti żejda fuq il-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġi
ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak I-Istat l-ieħor jekk dak ir-
residenti jkun is-sid benefiċjarju tar-royalties u r-royalties ikunu jikkonsistu fi
ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta li jkunu riċevuti bħala kumpens għall-użu jew għall-
jedd ta’ l-użu ta’ kull dritt ta’ l-awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku,
inklużi films ċinematografiċi jew tapes għal televiżjoni jew xandir.
(2) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk ir-
royalties jikkonsistu fi ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta riċevuti bħala kumpens għall-
formula sigrieta jew proċess sigriet, tagħmir industrjali, kummerċjali jew xjentifiku,
jew informazzjoni dwar esperjenza industrjali, kummerċjali jew xjentifika. Iżda,
dawk ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti minn fejn jinqalgħu,
u skond il-liġi ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid benefiċjarju tar-
royalties, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkum iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ dawk ir-royalties.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi r-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi negozju
fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizzi
professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarha jitħallsu r-royalties ikollha x’taqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim, skond il-
każ.
(4) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti li dwaru ikun sar l-obbligu li jitħallsu r-royalties u dawk ir-
royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dawk ir-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 11
royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed l-
istabbiliment permanenti.
(5) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties imħallsa, meta jitqiesu l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li għalihom ikunu mħallsa jkun iżjed mill-ammont
li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġi ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Qligħ Kapitali
(1) Qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  immobbli, kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih dik il-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lil bażi
stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal-fini ta’ qadi ta’ servizzi professjonali, inkluż dak il-qligħ
mill-bejgħ ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat l-ieħor. Iżda, qligħ mill-
bejgħ ta’ proprjetà  mobbli tax-xorta kif imsemmi fil-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 23
għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li fih dik il-proprjetà  mobbli tkun
taxxabbli skond l-imsemmi Artikolu.
(3) Qligħ mill-bejgħ ta’ kull proprjetà  barra minn dik imsemmija fil-paragrafi
(1) u (2) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), qligħ miksub minn residenti
ta’ Malta mill-bejgħ ta’ azzjonijiet f’kumpanniji residenti fin-Norveġja jistgħu jiġu
ntaxxati f’dan l-Istat kemm-il darba dak il-qligħ ma jkunx suġġett għat-taxxa
f’Malta.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar servizzi
professjonali jew dwar attivitajiet indipendenti oħra bħal dawn għandu jiġi ntaxxat
biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-persuna ma jkollhiex bażi stabbilit li hi tista’ tuża
regolarment fl-Istat Kontraenti l-ieħor sabiex taqdi l-attivitajiet tagħha. Jekk ikollha
dak il-bażi stabbilit, l-income jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor iżda sa dak
l-ammont biss li jkun attribwibbli għal dak il-bażi stabbilit.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi, b’mod speċjali, attivitajiet
indipendenti xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll
attivitajiet indipendenti ta’ physicians, avukati, inġiniera, periti, dentisti u
accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 20, salarji, pagi u
12 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix eżerċitat fl-Istat
Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens li jinkiseb
minnu jista’ jiġi mħassar f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li
jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti
l-ieħor ikun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux iktar minn 183 ġurnata fis-sena kalendarja li tkun, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minnu, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx għak-karigu ta’ stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li min iħaddem ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu,
kumpens dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed il-post tat-
tmexxija effettiva ta’ l-impriża. Meta residenti tan-Norveġja jikseb rimumerazzjoni
dwar impieg eżerċitat abbord inġenju ta’ l-ajru mħaddem fuq traffiku internazzjonali
mill-konsorzju tat-traffiku ta’ l-ajru Svediż, Daniż u Norveġiż, magħruf bħala
Scandinavian Airlines System (SAS), dik ir-rimunerazzjoni tkun taxxabbli biss fin-
Norveġja.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturri li jinqalgħu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi jew korp bħal dan
ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi ntaxxata f’dak
l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li
jinqala’ minn min jagħmel spettakoli pubbliċi ta’ divertiment, bħal artisti tat-teatru,
tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, u mużiċisti, u minn atleti,
mill-attivitajiet personali tagħhom bħala hekk, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fihom dawk l-attivitajiet jiġu eżerċitati.
(2) Meta income dwar attivitajiet personali ta’ artista jew atleta bħala tali jmur
mhux għal dak l-artista jew l-atleta nnifsu iżda għal persuna oħra, dak l-income jista’
b’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat
Kontraenti li fih l-attivitajiet ta’ l-artista jew ta’ l-atleta jkunu eżerċitati.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet u Ħlasijiet fis-Sena
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u rimunerazzjoni oħra simili u ħlasijiet fis-sena mħallsa lil residenti ta’
Stat Kontraenti għandu jiġi ntaxxat biss f’dak l-Istat.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), ħlasijiet li jsiru taħt skema ta’
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 13
sigurtà  soċjali jew skema ta’ sigurtà  nazzjonali ta’ Stat Kontraenti jistgħu jiġu
ntaxxati f’dak l-Istat.
(3) Kif użati f’dan l-Artikolu -
(a) il-frażi "pensjonijiet u rimunerazzjomi oħra simili" tfisser ħlasijiet
perjodiċi li jsuru wara rtirar b’kumpens għal impieg ta’ qabel jew bħala
kumpens għal korrimenti li jaġġarrbu minn impieg ta’ qabel;
(b) il-frażi "ħlas fis-sena" tfisser somma stabbilita mħallsa perjodikament
matul il-ħajja, jew matul perijodu ta’ żmien speċifikat jew li jista’ jiġi
aċċertat, bl-obbligu li jsiru l-ħlasijiet bi tpattija għal kumpens xieraq u
sħiħ fi flus jew f’dak li jiswa flus.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar servizzi
mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  lokali tiegħu tista’ tiġi
ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u min jirċeviha jkun residenti ta’ dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor li -
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jaqdi dawk is-servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew mill-fondi maħluqa minn, Stat
Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi
individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità
lokali tiegħu tkun tista’ tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk
min jirċeviha jkun nazzjonali ta’ u residenti f’dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni dwar servizzi mogħtija dwar kull negozju mmexxi minn Stat
Kontraenti, minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1)(a) għandhom l-istess japplikaw għal
rimunerazzjoni mħallsa, taħt programm ta’ assistenza għal żvilupp ta’ Stat
Kontraenti, sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, minn fondi provduti
esklużivament minn dak l-Istat, dawk is-sotto-diviżjonijiet politiċi jew awtoritajiet
lokali tiegħu, lil speċjalista jew voluntier sekondat lill-Istat Kontraenti l-ieħor bil-
kunsens ta’ dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 20
Għalliema, Studenti u Trainees
(1) Rimunerazzjoni li professur jew għalliem li jkun, jew li immedjatament
qabel kien, residenti ta’ Stat Kontraenti u li jżur l-Istat Kontraenti l-ieħor għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sentejn sabiex jagħmel studju avvanzat jew riċerki jew biex
igħallem f’università , kulleġġ, skola jew f’xi istituzzjoni edukattiva jirċievi għal dak
ix-xogħol ma għandhiex tiġi ntaxxata f’dak l-Istat l-ieħor, b’dana li dik ir-
rimunerazzjoni tinkiseb minnu minn barra dak l-Istat l-ieħor.
14 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
(2) Individwu li kien residenti ta’ Stat Kontraenti immedjatament qabel iżur l-
Istat Kontraenti l-ieħor u jkun temporanjament preżenti f’dak l-Istat l-ieħor biss
bħala student f’università , kulleġġ, skola jew istituzzjoni edukattiva oħra bħal dawn
f’dak l-Istat l-ieħor jew bħala apprendist fin-negozju ikun, mid-data ta’ l-ewwel
wasla f’dak l-Istat l-ieħor dwar dik iż-żjara, meħlus mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor -
(a) fuq ir-rimessi kollha minn barra għal skopijiet tal-manteniment,
edukazzjoni jew taħriġ tiegħu; u
(b) għal perijodu ta’ mhux iżjed minn tliet snin b’kollox, fuq kull
rimunerazzjoni li ma taqbiżx l-20,000 kroner Norveġiż jew l-
ekwivalenti tagħhom f’munita  ta’ Malta, għal kull sena kalendarja għal
servizzi personali li jkun ta f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jżid mar-riżorsi li jkollu għad-disposizzjoni tiegħu għal dawk l-
iskopijiet.
(3) Individwu li kien residenti ta’ Stat Kontraenti immedjatament qabel iżur l-
Istat Kontraenti l-ieħor u jkun temporanjament preżenti f’dak l-Istat l-ieħor għal
skopijiet biss ta’ studju, riċerki jew taħriġ bħala riċevitur ta’ għotja, allowance jew
award minn organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew tal-karità  jew taħt
programm ta’ għajnuna teknika li jkun daħal fih il-Gvern ta’ Stat Kontraenti, għandu
mid-data ta’ l-ewwel wasla tiegħu f’dak l-Istat l-ieħor dwar dik iż-żjara, ikun meħlus
mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor -
(a) fuq l-ammont ta’ dik l-għotja, allowance jew award; u
(b) fuq ir-rimessi kollha minn barra għall-finijiet tal-manteninnent,
edukazzjoni jew taħriġ tiegħu.
ARTIKOLU 21
Estates ta’ Persuni Mejta
(1) Income jew kapital ta’ estate ta’ persuna mejta li, skond il-liġi tan-Norveġja,
hu meqjus li hu residenti tan-Norveġja u huwa hemm meqjus bħala entità  ġuridika
jista’ jiġi ntaxxat fin-Norveġja, sew jekk xi wieħed jew iktar mill-benefiċjarji huma
residenti f’dak l-Istat jew le.
(2) Iżda l-benefiċjari mill-estate jistgħu jiġu ntaxxati f’Malta fuq is-sehem
relattiv tagħhom ta’ l-income li ġej mill-estate skond il-liġi ta’ Malta jekk huma
residenti ta’ dak l-Istat. F’każ bħal dan, il-parti xierqa tat-taxxa mħallsa mill-estate
fin-Norveġja għandha titqies li tkun it-taxxa mħallsa fuq is-sehem relattiv ta’ l-
imsemmi estate li huwa taxxabbli f’idejn il-benefiċjarji f’Malta.
ARTIKOLU 22
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim ikunu jistgħu
jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbllit sitwat hemmhekk, u d-
dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallas l-income jkollu effettivament x’jaqsam ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 15
KAPITOLU IV
Tassazzjoni ta’ Kapital
ARTIKOLU 23 
Kapital
(1) Kapital rappreżentat bi proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-paragrafu (2) ta’
l-Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn dik l-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Djun magħmula għall-finijiet ta’ proprjetà  immobbli li qiegħda fi Stat
Kontraenti u li tappartjeni lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom
jingħataw bħala tnaqqis meta jiġi stmat il-valur nett tal-proprjetà .
(3) Kapital rappreżentat bi proprjetà  mobbli li tifforma parti mill-proprjetà  ta’
negozju ta’ stabbiliment permanenti ta’ mpriża, jew minn proprjetà  mobbli li
tappartjeni lil bażi stabbilit użat għall-qadi ta’ servizzi professjonali, jista’ jiġi
ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit ikun
sitwat.
(4) Bastimenti u inġenji ta’ l-ajru mħaddma fuq traffiku internazzjonali, u
proprjetà  mobbli li tappartjeni lit-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti u inġenji ta’ l-ajru,
għandhom jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li fih il-post effettiv tal-maniġġ ta’ l-
impriża jkun sitwat.
(5) L-elementi l-oħra kollha tal-kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 24
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Fil-każ tan-Norveġja, taxxa doppja għandha titneħħa kif ġej:
(a) Fejn residenti tan-Norveġja jikseb income minn Malta li jista’ jiġi
ntaxxat f’Malta skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, in-
Norveġja għandha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu
(b), teħles income bħal dan mit-taxxa, iżda tista’, fl-istima tat-taxxa fuq
il-bqija ta’ l-income ta’ dik il-persuna, tapplika r-rata ta’ taxxa li kienet
tkun applikabbli kieku l-income meħlus ma kienx ġie hekk meħlus.
(b) Fejn residenti tan-Norveġja jikseb income minn Malta li jista’ jiġi
ntaxxat f’Malta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10, 11 jew 12,
l-ammont tat-taxxa ta’ Malta li għandha titħallas fuq dak l-income
għandha tingħata bħala kreditu kontra t-taxxa Norveġiża mposta fuq dak
ir-residenti. L-ammont ta’ kreditu, iżda, ma għandux ikun aktar minn
dik il-parti tat-taxxa Norveġiża li hija xierqa għal dak l-income qabel
ma jingħata l-kreditu.
(ċ) Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafi (a) u (b) għandhom japplikaw
ukoll meta t-taxxa ta’ Malta tkun ġiet meħlusa għal kollox jew
imnaqqsa għal żmien limitat daqs li kieku ma kien ingħata ebda ħelsien
bħal dak u ma kien ingħata ebda tnaqqis bħal dak.
(d) Dividendi mqassma minn kumpannija li hija residenti f’Malta lil
kumpannija li hija residenti fin-Norveġja għandhom ikunu meħlusa mit-
taxxa Norveġiża safejn dawk id-dividendi kienu jkunu meħlusa mit-
taxxa taħt il-liġi Norveġiża kieku ż-żewġ kumpanniji kienu t-tnejn
residenti fin-Norveġja.
16 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
(e) Għall-finijiet tas-sub-paragrafu (b), it-taxxa ta’ Malta mħallsa dwar
imgħax u royalties għandha tiġi meqjusa li tħallset b’rata ta’ mhux
anqas minn 25 fil-mija ta’ l-income nett li jiġi ntaxxat fin-Norveġja.
(2) Fil-każ ta’ Malta, taxxa doppja għandha titneħħa kif ġej -
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu kontra t-
taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim, ikun hemm inkluż f’likwidazzjoni magħmula f’Malta income minn għejjun
ġewwa n-Norveġja jew elementi ta’ kapital sitwat fin-Norveġja it-taxxa Norveġiża
fuq dak l-income jew fuq dawk l-elementi ta’ kapital, skond il-każ, għandha tingħata
bħala kreditu kontra t-taxxa ta’ Malta relattiva fuqhom.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 25
Ebda Diskriminazzjoni
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 iċ-ċittadini ta’ Stat
Kontraenti, ikunu jew le residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti, ma jkunux
suġġetti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew ħtieġa li għandhom
x’jaqsmu magħha li tkun ta’ piż ieħor jew aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li
għandhom x’jaqsmu magħħa li għalih iċ-ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess
ċirkostanzi huma jew jistgħu jkunu suġġetti.
(2) It-tassazzjoni ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar bi żvantaġġ f’dak l-Istat l-
ieħor għat-tassazzjoni miġbura minn impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-istess
attivitajiet.
Din id-disposizzjoni ma għandhiex tinftiehem li tobbliga Stat Kontraenti li jagħti
lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis personali, ħelsien u tnaqqis għal
finijiet ta’ tassazzjoni minħabba l-istat ċivili jew ir-responsabbilitajiet tal-familja
jew xi ċirkostanza personali oħra li jagħti lil residenti tiegħu stess.
(3) Ħlief meta japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 9,
tal-paragrafu (7) ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 12, imgħax,
royalties u nfieq ieħor imħallsa minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor għandhom, sabiex jiġu stabbiliti l-profitti taxxabbli ta’ dik l-
impriża, ikunu jistgħu jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijnet bħallikieku kienu
tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
Bl-istess mod, kull dejn ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu, sabiex jiġi stabbilit il-kapital taxxabbli ta’ dik l-impriża,
ikun jitnaqqas bħallikieku kien kuntrattat lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jinftiehmu bħala li
jobbligaw lin-Norveġja li tagħti lil nazzjonali ta’ Malta li ma jkunux nazzjonali tan-
Norveġja l-ħelsien eċċezzjonali mit-taxxa li tingħata lil nazzjonali Norveġiżi u lil
individwi mwielda fin-Norveġja minn ġenituri li jkollhom nazzjonalità  Norveġiża
minħabba l-Artikolu 22 ta’ l-Att tan-Norveġja dwar it-Taxxa għad-Distretti Rurali u
l-Artikolu 17 ta’ l-Att tan-Norveġja dwar it-Taxxa għad-Distretti Urbani.
(5) Imipriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, minn
residenti wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 17
Kontraenti l-ewwel imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li tkun ta’ piż ieħor jew aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom
x’jaqsmu magħha li għalihom impriżi bħal dawk fl-Istat l-ewwel imsemmi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti.
(6) F’dan l-Artikolu l-frażi "tassazzjoni" tfisser taxxi ta’ kull xorta u
deskrizzjoni.
ARTIKOLU 26
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ wieħed mill-
Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li jiġi ntaxxat mhux skond
dan il-Ftehim, hu jista’, minkejja r-rimedji provduti bil-liġijiet nazzjonali ta’ dawk l-
Istati, jippreżenta l-każ tiegħu lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
jkun residenti. Dan il-każ għandu jiġi ippreżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel
avviż ta’ l-azzjonijiet li joħolqu it-tassazzjoni mhux skond dan il-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidher li tkun
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni xierqa, li
tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti
l-ieħor, bil-ħsieb li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Kull
ftehim milħuq għandu jiġi implementat minkejja kull termini fil-liġijiet nazzjonali
ta’ l-Istati Kontraenti.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li
jiddeċiedu bi ftehim reċiproku kull diffikultajiet jew dubji li jinqalgħu dwar l-
interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu wkoll jikkonsultaw lil
xulxin fuq it-tneħħija ta’ taxxa doppja għal każijiet li mhux provdut għalihom f’dan
il-Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
flimkien direttament sabiex jilħqu ftehim, fis-sens tal-paragrafi ta’ qabel dan.
ARTIKOLU 27
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex iseħħ dan il-Ftehim u l-liġijiet domestiċi ta’ l-
Istati Kontraenti dwar it-taxxi milquta b’dan il-Ftehim safejn it-taxxa taħt dawk il-
liġijiet hija skond dan il-Ftehim. Kull informazzjoni hekk mibdula għandha titqies li
hi sigrieta u ma tistax tiġi mikxufa lil xi persuni jew awtoritajiet inklużi qrati barra
minn dawk li għandhom x’jaqsmu mal-likwidazzjoni jew ġbir tat-taxxi li huma s-
suġġett tal-Ftehim jew mal-prosekuzzjoni ta’ reati dwarhom.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jinftiehmu
bħala li jimponu fuq xi wieħed mill-Istati Kontraenti l-obbligu -
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jkunux skond il-liġijiet jew il-
prattika amministrattiva ta’ dak l-Istat jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti dawk il-partikolaritajiet li ma jkunux jistgħu jinkisbu skond il-
liġijiet jew fil-kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat
Kontraenti jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, negozju,
industrija jew professjonali jew xi proċess tal-kummerċ, jew
informazzjoni, li l-kxif tagħha jkun kontra l-interess pubbliku.
18 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
ARTIKOLU 28
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
(1) Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’
uffiċjali diplomatiċi jew konsulari taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali jew
taħt id-disposizzjonijiet ta’ ftehim speċjali.
(2) Safejn, minħabba privileġġi mogħtija lil uffiċjali diplomatiċi jew konsulari
taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ trattati
internazzjonali speċjali, income jew kapital ma hux suġġett għal taxxa fl-Istat li
jilqa’ uffiċjali bħal dawn, l-Istat li jibgħat dawn l-uffiċjali jżomm id-dritt li jintaxxa.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artkolu 4, individwu li huwa
membru ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew permanenti ta’ Stat Kontraenti li
qiegħda fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew fi Stat ieħor għandu jitqies għall-finijiet ta’
dan il-Ftehim li hu residenti ta’ l-Istat li jibagħtu jekk -
(a) skond il-liġi internazzjonali huwa ma hux taxxabbli fl-Istat li jilqgħu
fuq income minn għejjun barra dak l-Istat; u
(b) hu jkun suġġett fl-Istat li jibgħatu għall-istess obbligi dwar it-taxxa fuq
l-income kollu globali tiegħu bħal ma huma residenti ta’ dak l-Istat li
jibagħtu.
ARTIKOLU 29
Estensjoni ta’ Territorju
(1) Dan il-Ftehim jista jiġi estiż kollu kemm hu jew b’xi tibdil, għal kull
territorju li huwa eskluż mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim taħt id-disposizzjonijiet
tal-paragrafu (1)(a) ta’ l-Artikolu 3, u li fih hemm imposti taxxi li fil-karattru huma
sostanzjalment bħal dawk li għalihom dan il-Ftehim japplika.
Kull estensjoni bħal din għandha tibda sseħħ minn dik id-data, u tkun suġġetta
għal dak it-tibdil u kundizzjonijiet, inklużi kundizzjonijiet dwar terminazzjoni, kif
jista’ jiġi speċifikat u miftiehem bejn l-Istati Kontraenti f’noti li għandhom jinbidlu
permezz ta’ mezzi diplomatiċi.
(2) Sakemm ma jkunx ġie miftiehem xort’oħra bejn iż-żewġ Stati Kontraenti
f’każ li dan il-Ftehim jiġi mitmum skond l-Artikolu 31 huwa ma jibqa’ jkollu effett
fuq ebda territorju li għalih ikun ġie estiż taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
KAPITOLU VII
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 30
Bidu fis-Seħħ
(1) Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat u d-dokumenti tar-ratifikazzjoni
għandhom jiġu mibdula fil-Belt Valletta kemm jista’ jkun malajr.
(2) Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ mat-tibdil tad-dokumenti ta’
ratifikazzjoni, u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom effett -
(a) dwar taxxi dovuti fuq income miksub fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’
Jannar li jiġi minnufih wara dak it-tibdil, u
(b) dwar taxxi fuq kapital miġbura matul xi sena li tibda mat-tieni sena
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA ġ L.S.123.08 19
kalendarja li tiġi wara dak it-tibdil.
ARTIKOLU 31
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ għal żmien mhux stabbilit iżda kull wieħed
mill-Istati Kontraenti jista’, fit-tlettax jew qabel it-tlettax ta’ Ġunju ta’ xi sena
kalendarja li tibda wara li jgħaddi ż-żmien ta’ tliet snin mid-data tal-bidu fis-seħħ
tiegħu, jagħti lill-Istat Kontraenti l-ieħor, permezz tal-mezzi diplomatiċi, avviż ta’
terminazzjoni bil-miktub u, f’dak il-każ, il-Ftehim ma jibqax iseħħ -
(a) dwar taxxi fuq income miksuba fl-1 jew wara l-1 ta’ Jannar li jiġi
minnufih wara dak l-avviż, u
(b) dwar taxxi fuq kapital miġbura matul xi sena li tibda mat-tieni sena
kalendarja li tiġi wara dak l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss mill-Gvernijiet
rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL f’Oslo, illum, 2 ta’ Ġunju, 1975 in duplikat fl-ilsien Ingliż.
PROTOKOL
Fl-iffirmar tal-Ftehim bejn ir-Repubblika ta’ Malta u r-Renju tan-Norveġja għall-
Ħelsien minn Taxxa Doppja l-hawn taħt iffirmati ftehmu li dan li ġej jifforma parti
integrali mill-Ftehim:
(1) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Ftehim, l-Istati Kontraenti jżommu d-dritt li
jiġbru taxxi minn impriżi li jagħmlu xogħol ta’ tfittix għal, jew fl-użu ta’ żejt u
riżorsi naturali li għandhom x’jaqsmu miegħu skond il-liġijiet partikolari domestiċi
rispettivi tagħhom. L-Istati Kontraenti għandhom eventwalment jikkonsultaw lil
xulxin biex jistabbilixxu jekk, u f’każ li jkun hekk kif, din ir-regola għandha tiġi
modifikata fid-dawl ta’ aktar żviluppi f’dan ir-rigward.
(2) Minkejja l-paragrafu (1) ta’ dan il-Protokol, f’każ ta’ mpriża bi sħab
imwaqqfa minn interessi Norveġiżi u Maltin, sew jekk waħedhom u sew jekk
flimkien ma’ nteressi oħrajn, bil-għan li jżommu jew iħaddmu jew jikru rigs ta’
tħaffir, platforms jew inġenji bħalhom użati fl-esplorazzjoni għaż-żejt, profitti
msemmija fl-Artikolu 7, qligħ kapitali msemmi fl-Artikolu 13 u kapital imsemmi fl-
Artikolu 23 ta’ l-imsemmija mpriża bi sħab, għandhom, bħala prinċipju, jiġu
ntaxxati fl-Istati Kontraenti fi proporzjon għas-sehem fl-imsemmija sħubija, jew
għall-kapital ekwu tagħha, li jkun proprjetà  ta’ l-interessi Maltin u Norveġiżi, jew
sakemm l-imsemmija interessi huma intitolati għal sehem mill-profitti tagħha,
f’dawk il-każijiet fejn profitti ma jitqassmux skond is-sehem proporzjonali tal-
kapital jew ekwità  li jkun proprjetà  ta’ dawk l-interessi. L-Istati Kontraenti
għandhom jiftiehmu fuq l-applikazzjoni ta’ dawn id-disposizzjonijiet fil-każ ta’ kull
rig, kull platform jew kull inġenju ieħor bħalhom partikolari.
Għall-Gvern ta’ Malta
JOSEPH ATTARD KINGSWELL
Ambaxxatur Straordinarju u
Plenipotenzarju
Għall-Gvern tan-Norveġja
KNUT FRYDENLUND
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
20 L.S.123.08 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Ftehim, profitti miksuba mit-tħaddim ta’
bastiment fi traffiku internazzjonali miksuba minn kumpannija li tkun residenti
f’Malta iżda li jkollha aktar minn 25 fil-mija tal-kapital tagħha li jkun proprjetà
direttament jew indirettament ta’ persuni residenti fin-Norveġja, jistgħu jiġu ntaxxati
fin-Norveġja sakemm il-kumpannija ma tippruvax li l-profitti miksuba mit-tħaddim
ta’ dak il-bastiment huma suġġetti għat-taxxa ta’ Malta mingħajr ebda ħelsien
fuqhom kif maħsub fl-artikolu 85 ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jew f’xi
disposizzjoni oħra simili jew bħalha. Madankollu, fejn in-Norveġja tista’ tiġbor
taxxa kif intqal fuq, dik il-parti tal-profitti tal-kumpannija li tkun fl-istess
proporzjon għall-profitti totali tagħha daqs kemm l-azzjonijiet li jkunu proprjetà  ta’
residenti Maltin, jekk ikun hemm, ikunu għat-total ta’ l-azzjonijiet, tkun meħlusa
mit-taxxa Norveġiża.
(4) L-Istati Kontraenti jaqblu li s-sub-paragrafi (a) u (b) tal-paragrafu (1) ta’ l-
Artikolu 24 għandhom fuq talba tan-Norveġja li għandha ssir permezz ta’ mezzi
diplomatiċi jitneħħew u flokhom jidħol it-test li ġej. It-test ġdid ta’ hawn taħt
għandu mbagħad jibda fis-seħħ bil-mod bħal dak stabbilit fis-sub-paragrafi (a) u (b)
tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 30 tal-Ftehim:
"(a) Meta residenti tan-Norveġja jikseb income jew ikollu kapital li skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jista’ jiġi ntaxxat f’Malta, in-
Norveġja għandha tagħti bħala tnaqqis mit-taxxa fuq l-income jew mit-
taxxa fuq il-kapital ta’ dik il-persuna ammont li jkun daqs it-taxxa fuq l-
income jew it-taxxa fuq il-kapital imħallas f’Malta. Tnaqqis bħal dan,
iżda, m’għandux jaqbeż dik il-parti tat-taxxa Norveġiża, kif maħduma
qabel ma jingħata t-tnaqqis, li tkun tmiss fuq l-income miksub minn jew
kapital mizmum f’Malta.".
Magħmul f’Oslo, illum, 2 ta’ Ġunju, 1975, in duplikat fl-ilsien Ingliż.
Għall-Gvern ta’ Malta
JOSEPH ATTARD KINGSWELL
Ambaxxatur Straordinarju u
Plenipotenzarju
Għall-Gvern tan-Norveġja
KNUT FRYDENLUND
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
