EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN ġ L.S.123.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.09
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
13 ta’ Ġunju, 1980
L-AVVIŻ LEGALI 54 ta’ l-1980.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika Islamika tal-
Pakistan.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni gew magħmula mal-Gvern
tar-Repubbklika Islamika tal-Pakistan sabiex jingħata
ħelsien minn taxxa doppja u sabiex tiġi evitata
evażjoni fiskali dwar it-taxxi li ġejjin, stabbiliti bil-
liġijiet tar-Repubbklika Islamika tal-Pakistan:
it-taxxa ftq l-income, is-soprataxxa u s-
surcharge;
(b) huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom effett.
2 L.S.123.09 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
SKEDA
FTEHIM BEJN
IR-REFUBBLIKA TA’ MALTA
U
R-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAZJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ INCOME
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Pakistan,
billi jixtiequ jagħmlu Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi Evitata
Evazjoni Fiskali dwar taxxi fuq income ftehmu kif ġej :
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il-ftehim japplika għal taxxi fuq l-income mposti f’isem kull wieħed
mill-Istati Kontraenti, hu li hu l-mod li bih jinġabru.
(2) Għandhom jitqiesu bħala taxxa fuq l-income t-taxxi kollha mposti fuq
income totali, jew fuq elementi ta’ income magħduda taxxi fuq qligħ mill-bejgħ ta’
proprjetà  mobbli jew immobbli kif ukoll taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi u salarji
mħallsa minn impriżi.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) Fil-każ tal-Pakistan:
it-taxxa fuq l-income, is-soprataxxa u s-surcharge,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tal-Pakistan").
(b) Fil-każ ta’ Malta:
it-taxxa fuq l-income u soprataxxa, inklużi ħlasijiet bil-quddiem ta’
taxxa sew jekk bi tnaqqis minn ras il-għajn jew xort’oħra,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
(4) Dan il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom li jiġu mposti wara d-data tal-firmar ta’ dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti minn wieħed mill-Istati Kontraenti jew
mill-Gvern ta’ kull territorju li għalih dan il-Ftehim huwa estiż taħt l-Artikolu 27 ta’
dan il-Ftehim. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil
xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkunu għamlu fil-liġijiet fiskali rispettivi tagħhom.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN ġ L.S.123.09 3
TITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet ġenerali
(1) F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Pakistan" użata f’sens ġeografiku tfisser il- Pakistan kif imfisser fil-
Kostituzzjoni tar-Repubblika Islamika tal-Pakistan, u tinkludi wkoll kull area barra
l-ibħra territorjali tal-Pakistan li, skond il-liġi internazzjonali, hi msejħa jew aktar ’il
quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġijiet tal-Pakistan, bħala area li fiha jistgħu jiġu
eżerċitati d-drittijiet tal-Pakistan dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi
naturali tagħhom;
(b) il-frażi "Malta" użata f’sens ġeografiku, tfisser ir-Repubblika ta’ Malta, u
tinkludi l-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex, il-Gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu
Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjali tagħhom, u kull area barra l-ibħra territorjali
ta’ Malta li, skond il-liġi internazzjonali, hi msejħa jew aktar ’il quddiem tista’
tissejjaħ, taħt il-liġijiet ta’ Malta dwar il-blata kontinentali, bħala area li fiha jistgħu
jiġu eżerċitati d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi
raturali tagħhom;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru l-Pakistan
jew Malta skond ma teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija jew xi korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti u mpriża mmexxija minn persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) kull individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) kull persuna ġuridika, soċjetà  jew assocjazzjoni legali li tikseb dak l-
istat tagħha bis-saħħa ta’ liġi fis-seħħ fi Stat Kontraenti;
(h) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tal-Pakistan il-Bord Ċentrali tat-Taxxi (Central Board of
Revenue);
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma
tkunx xort’oħra mfissra għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat
Kontraenti dwar it-taxxi li huma suġġetti għal dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 4
Domiċilju Fiskali
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "persuna residenti ta’ Stat
4 L.S.123.09 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
Kontraenti" tfisser kull persuna li, taħt il-liġi ta’ dak l-Istat, tkun suġġetta għat-
tassazzjoni hemmhekk minħabba d-domiċilju, ir-residenza jew il-post tal-maniġġ
tagħha jew xi kriterju ieħor dwarha ta’ din ix-xorta.
(2) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), individwu jkun persuna
residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istat tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) Dan għandu jitqies bħala persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih
għandu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu. Jekk dan għandu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati Kontraenti, dan
għandu jitqies li hu persuna residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti li miegħu
r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-iktar marbuta
(ċentru ta’ nteressi vitali).
(b) Jekk l-Istat Kontraenti li fih għandu ċ-ċentru ta’ nteressi vitali ma jkunx
jista’ jiġi stabbilit, jew jekk dan ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu
dar permanenti f’xi wieħed mill-Istati Kontraenti, dan għandu jitqies li
hu persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi.
(ċ) Jekk dan ikollu post fejn soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati Kontraenti jew
ma jkollu f’ebda wieħed minnhom, dan għandu jitqies li hu persuna
residenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun nazzjonali.
(d) Jekk dan ikun nazzjonali taż-żewġ Stati Kontraenti jew ta’ ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpannija tkun
residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura għandha titqies li hi residenti ta’ dak l-
Istat Kontraenti li bil-liġi tiegħu tkun ħadet l-istat tagħha bħala kumpannija.
(4) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-pararafu (1), persuna li ma tkunx
individwu jew kumpannija tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti l-awtoritajiet
kompetenti taż-żewġ Stati Kontraenti għandhom, bi ftehim bejniethom, ifittxu li
jirrisolvu l-kwistjoni billi jistabbilixxu l-metodu ta’ kif dan il-Ftehim japplika għal
dawn il-persuni.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
fiss ta’ negozju li fih jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-impriza.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, barriera jew post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżorsi naturali,
inkluż sit ’il barra mill-kosta fejn isir tħaffir;
(g) sit tal-bini jew kostruzzjoni jew proġett ta’ immuntar li jeżisti għal aktar
minn 12-il xahar.
(3) Impriża ta’ Stat Kontraenti titqies li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat
l-ieħor jekk tkun tagħmel attivitajiet ta’ sorveljanza f’dak l-Istat l-ieħor għal iktar
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN ġ L.S.123.09 5
minn 12-il xahar dwar kostruzzjoni jew proġett ta’ immuntar.
(4) Il-frażi "stabbiliment permanenti" ma għandhiex titqies li tinkludi:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jaw tqassim;
(ċ) it-tiżmin ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
ta’ merkanzija, jew għall-ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ reklam, għall-
għoti ta’ tagħrif, għal tiftix xjentifiku jew għal attivitajiet bħal dawn li
jkunu ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja, għall-impriża.
(5) Persuna li taġixxi fi Stat Kontraenti f’isem impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor - li ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu (6) -
għandha titqies li tkun stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk
ikollha, u abitwalment teżerċita f’dak l-Istat, awtorità  li tikkonkludi kuntratti f’isem
l-impriża, kemm-il darba l-attivitajiet tagħha ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oġġetti
jew merkanzija għall-impriża.
(6) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għaliex biss tkun qed tmexxi negozju f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi
aġent ieħor bi status indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors
ordinarju tan-negozju tagħhom.
(7) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti
tikkontrolla jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi
waħda mill-kumpanniji stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income miinn proprjetà  immobiljari jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fih dik il-proprjetà  tkun qegħda.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandha tiġi mfissra skond il-liġi ta’ l-Istat
Kontraenti li fih tkun qegħda dik il-proprjetà . Il-frażi għandha f’kull każ tinkludi
proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobiljari, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew li jkunu fissi bħala kumpens
għall-ħdim ta’, jew għad-dritt li jinħadmu, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra
naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
6 L.S.123.09 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizz professjonali.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-
Istat kemm-il darba l-impriża ma tkunx tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda bass għal dik il-parti minnhom li jinqalgħu minn dak l-istabbiliment
permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3) meta mpriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem l-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem għal
kollox separatament mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
(3) Meta jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandu jkun
permess bħala tnaqqis spejjeż li jsiru għall-iskopijiet ta’ dak l-istabbiliment
permanenti magħduda spejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru, sew jekk
fl-Istat li fih l-istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk isiru band’oħra.
(4) Safejn ikun soltu li fih Stat Kontraenti jiġu stabbiliti l-profitti li għandhom
jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti totali ta’
l-impriża fuq il-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu (2) ma għandha
ttellef lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu ntaxxati
skond dak it-tqassim kif soltu jsir. Il-metodu tat-tqassim li jiġi wżat għandu,
b’danakollu, ikun hekk li r-riżultat ikun skond il-prinċipji stabbiliti f’dan l-Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemmi raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) F’każ li profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, id-disposizzjonijiat ta’ dawk l-Artikoli ma jiġux
imfixkla bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Shipping u Trasport bl-Ajru
(1) Profitti miksuba minn impriża ta’ xi Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali jiġu ntaxxati biss f’dak l-
Istat.
(2) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 7,
profitti miksuba mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru wżati prinċipalment
biex jinġarru passiġġieri jew tagħbija oħra esklużivament bejn inħawi fi Stat
Kontraenti jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN ġ L.S.123.09 7
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) għandhom japplikaw ukoll għal
profitti li hemm riferenza għalihom f’dawk il-paragrafi li jinkisbu minn impriża ta’
Stat Kontraenti mill-parteċipazzjoni tagħha f’pool, f’negozju joint jew f’aġenzija ta’
operazzjoni internazzjonali.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, profitti miksuba mit-tħaddim ta’ bastimenti
jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali jinkludu wkoll income miksub minn:
(a) il-kiri, lease jew manutenzjoni ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru;
(b) il-kiri, lease, użu jew manutenzjoni ta’ containers, trailers għat-trasport
bl-art ta’ containers u apparat ieħor li għandu x’jaqsam magħhom;
(ċ) skemi ta’ taħriġ, management u servizzi oħra:
Iżda dak l-income -
(i) jakkumula lil residenti ta’ Stat Kontraenti li l-income tiegħu jkun
kollu kemm hu jew il-biċċa l-kbira tiegħu miksub mit-tħaddim ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali; u
(ii) huwa mħallas minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor li l-
income tiegħu jkun kollu kemm hu jew il-biċċa l-kbira tiegħu
miksub mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali.
(5) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu, profitti
mit-tħaddim ta’ bastiment fi traffiku internazzjonali miksuba minn kumpannija li
hija residenti f’Malta li għandha iktar minn 25 fil-mija tal-kapital tagħha fil-pussess,
dirett jew indirett, ta’ persuni li ma humiex residenti ta’ Malta, jistgħu jiġu ntaxxati
fil-Pakistan sakemm il-kumpannija ma tippruvax li l-profitti miksuba mit-tħaddim
ta’ bastiment bħal dan huma suġġetti għat-taxxa ta’ Malta mingħajr ebda ħelsien
minnha, kif hemm provdut fl-artikolu 86 ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jew
f’xi disposizzjoni identika għalih jew bħalu.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti u mpriża ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ kull profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
8 L.S.123.09 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
(2) Iżda dawk id-dividendi jistgħu wkoll jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġi ta’
dak l-Istat, iżda -
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti fil-Pakistan lil
kumpannija residenti ta’ Malta li tkun is-sid benefiċjarju tagħhom u li
jkollha saħħa ta’ 20 fil-mija jew iżjed fil-votazzjoni ta’ l-ewwel
kumpannija msemmija t-taxxa tal-Pakistan hekk mitluba ma għandhiex
tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont gross;
(b) meta d-dividendi jkunu mħallsa minn kumpannija residenti f’Malta lil
residenti tal-Pakistan li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom it-taxxa ta’
Malta ma għandhiex tkun iżjed minn dik taxxabbli għall-kumpannija li
tħallas id-dividendi dwar il-profitti hekk imqassma u l-azzjonist ikollu
l-jedd li jirċievi kreditu dwar it-taxxa mħallsa mill-kumpannija fuq il-
profitti hekk imqassma.
Dan il-paraprafu ma għandux jolqot it-tassazzjoni tal-kumpannija dwar il-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) II-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet jouissance jew drittijiet jouissance, azzjonijiet f’minjieri,
azzjonijiet tal-fondaturi jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporati oħra li huwa
meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġi dwar it-
taxxa ta’ l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi d-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk jew li tkun taqdi f’dak
l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk u l-holding
li dwaru d-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ, għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija lil persuni li ma humiex residenti f’dak l-
Istat l-ieħor, u ma jistax jissuġġetta l-profitti mhux imqassma tal-kumpannija għal
taxxa fuq profitti mhux imqassma, ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti
mhux imqassma jikkonsistu għal kollox jew f’parti minn profitti jew income li
jinqala’ minn dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġi ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imgħax.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) -
(a) imgħax li jinqala’ f’Malta u li jitħallas lill-Gvern tal-Pakistan jew lill-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN ġ L.S.123.09 9
Bank Statali tal-Pakistan ikun eżentat mit-taxxa ta’ Malta;
(b) imgħax li jinqala’ fil-Pakistan u li jitħallas lill-Gvern ta’ Malta, lill-
Bank Ċentrali ta’ Malta, lill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta jkun
eżentat mit-taxxa tal-Pakistan;
(ċ) imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti minn istituzzjoni finanzjarja ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor li jkollha mhux inqas minn 51 fil-mija ta’ l-
azzjonijiet li jġibu magħhom jedd għall-votazzjoni miżmuma mill-
Gvern ta’ dak l-Istat l-ieħor, ikun eżentat mit-taxxa fl-ewwal Stat
imsemmi.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u, b’mod partikolari, income minn
securities tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums u
premjijiet annessi ma’ bonds jew debentures.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jkollu fl-Istat Kontraenti
l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti hemmhekk li minnu jinqala’ l-imgħax,
jew jagħmel servizzi professjonali f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi stabbilit hemmhekk
u d-dritt għal dejn li minnu jinqala’ l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak
l-istabbilimient permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom japplikaw
id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
(6) L-imgħax għandu jitqies li nqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallsu jkun
dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li miegħu
jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-imgħax ikun ir-
responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dak l-imgħax għandu jitqies
li nqala’ fl-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax li tħallas, meta jitqies
id-dritt għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemnni.
F’dak il-każ, dik il-parti żejda fuq il-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġi ta’ kull
Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-
residenti jkun is-sid benefiċjarju tar-royalties u r-royalties ikunu jikkonsistu fi
ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta li jkunu riċevuti bħala kumpens għall-użu jew għall-
jedd ta’ l-użu ta’ kull dritt ta’ l-awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku,
inklużi films ċinematografiċi jew tapes għat-televiżjoni jew xandir.
(2) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk ir-
royalties jikkonsistu fi ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta riċevuti bħala kumpens għall-
użu ta’ jew għall-jedd ta’ l-użu ta’ kull invenzjoni, trade mark, disinn, mudell, pjan,
10 L.S.123.09 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
formula sigrieta jew proċess sigriet, tagħmir industrjali, kummerċjali jew xjentifiku
jew informazzjovi dwar esperjenza industrjali, kummerċjali jew xjentifika. Iżda,
dawk ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti minn fejn jinqalgħu,
u skond il-liġi ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid benefiċjarju tar-
royalties, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-miija ta’ l-
ammont gross ta’ dawk ir-royalties.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi r-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi negozju
fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jekk ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizzi
professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarha jitħalsu r-royalties ikollha x’taqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
(4) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti li dwaru jkun sar l-obbligu li jitħallsu r-royalties u dawk ir-
royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dawk ir-
royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed l-
istabbiliment permanenti.
(5) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties imħallsa, meta jitqies l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa jkun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġi ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
il-Ftehim.
(6) Kull somma miksuba minn għejjun li jkunu f’wieħed mill-Istati Kontraenti
mill-bejgħ ta’ drittijiet ta’ patent ta’ persuna residenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor li
ma tmexxix sengħa jew negozju fl-Istat Kontraenti msemmi qabel permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk u li miegħu d-drittijiet ta’ patent
għandhom effettivament x’jaqsmu, għandhom ikunu eżenti mit-taxxa fl-Istat
Kontraenti l-ewwel imsemmi.
ARTIKOLU 13
Qligħ Kapitali
(1) Qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  immobbli, kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih dik il-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lil bażi
stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi professjonali, inkluż dak il-qligħ
mill-bejgħ ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat l-ieħor. Iżda, qligħ mit-
tneħħija ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża ta’ Stat
Kontraenti fi traffiku internazzjonali u proprjetà  mobbli li tappartjeni lit-tħaddim ta’
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN ġ L.S.123.09 11
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru bħal dawn, għandu jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat
Kontraenti.
(3) Qligħ mill-bejgħ ta’ kull proprjetà  barra minn dik imsemmija fil-paragrafi
(1) u (2) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar servizzi
professjonali jew dwar attivitajiet indipendenti oħra bħal dawn għandu jiġi ntaxxat
biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-persuna ma jkollhiex bażi stabbilit li hi tista’ tuża
regolarment fl-Istat Kontraenti l-ieħor sabiex taqdi l-attivitajiet tagħha. Jekk ikollha
dak il-bażi stabbilit, l-income jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor iżda sa dak
l-ammont biss li jkun attribwibbli għal dak il-bażi stabbilit.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi, b’mod speċjali, attivitajiet
indipendenti xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll
attivitajiet indipendenti ta’ physicians, avukati, inġiniera, periti, dentisti u
accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 20, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix eżerċitat fl-Istat
Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens li jinkiseb
minnu jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li
jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti
l-ieħor ikun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk -
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux iktar mnnn 183 ġurnata fis-sena kalendarja li tkun, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx għall-karigu ta’ stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li min iħaddem ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu,
kumpens dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-lstat
Kontraenti.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinqalgħu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi jew korp bħal dan
ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi ntaxxata f’dak
l-Istat l-ieħor.
12 L.S.123.09 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li
jinqala’ minn min jagħmel spettakoli pubbliċi ta’ divertiment, bħal artisti tat-teatru,
tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, u mużiċisti, u minn atleti,
mill-attivitajiet personali tagħhom bħala hekk, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fihom dawk l-attivitajiet jiġu eżerċitati.
(2) B’dak kollu li jinsab fl-Artikolu 7, meta l-attivitajiet imsemmija fil-
paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu jkunu provduti fi Stat Kontraenti minn impriża ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor il-profitti maqlugħa mill-provvediment ta’ dawn l-attivitajiet
minn impriża bħal din jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw fil-każ
ta’ programmi kulturali u ta’ sport patroċinati minn jew għan-nom ta’ kull wieħed
mill-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u rimunerazzjoni oħra simili mħallsa lil residenti ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Kif użata f’dan l-Artikolu l-frażi "pensjonijiet u rimunerazzjoni oħra simili"
tfisser ħlasijiet perjodiċi li jsiru wara rtirar b’kumpens għal impieg ta’ qabel jew
bħala kumpens għal korrimenti li jiġġarbu minn impieg ta’ qabel.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar servizzi
mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  lokali tiegħu tista’ tiġi
ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u min jirċeviha jkun residenti ta’ dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor li -
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jaqdi dawk is-servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew mill-fondi maħluqa minn Stat
Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi
individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità
lokali tiegħu tkun tista’ tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk
min jirċeviha jkun nazzjonali ta’ u residenti f’dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar kull negozju mmexxi
minn Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali
tiegħu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN ġ L.S.123.09 13
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1)(a) għandhom l-istess japplikaw għal
rimunerazzjoni mħallsa, taħt programm ta’ għajnuna għal żvilupp ta’ Stat
Kontraenti, sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, minn fondi maħruġa
esklużivament minn dak l-Istat, dawk is-sotto-diviżjonijiet politiċi jew awtoritajiet
lokali tiegħu, lil speċjalista jew voluntier sekondat lill-Istat Kontraenti l-ieħor bil-
kunsens ta’ dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 20
Għalliema, Studenti u Trainees
(1) Residenti ta’ Stat Kontraenti li jżur l-Istat Kontraenti l-ieħor għal perijodu
ta’ mhux aktar minn sentejn, sabiex jgħallem jew jagħmel riċerki f’università , istitut
ta’ riċerki, kulleġġ, skola jew stabbiliment edukattiv ieħor f’dak l-Istat Kontraenti l-
ieħor ikun meħlus mit-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor dwar kull ħlasijiet li
jaqla’ għal attività  bħal din.
(2) Residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti li jkun temporanjament preżenti
fl-Istat Kontraenti l-ieħor biss -
(a) bħala student f’università , kulleġġ, jew skola magħrufa fl-Istat
Kontraenti l-ieħor;
(b) bħala apprendist biex jakkwista esperjenza teknika, professjonali jew
fin-negozju minn persuna li ma tkunx il-persuna li tħaddmu jew
organizzazzjoni msemmija f’(ċ) hawn taħt;
(ċ) bħala li qed tirċievi għotja, allowance jew award għall-fini ewlieni ta’
studju jew riċerki minn organizzazzjoni reliġjuża, tal-karità , xjentifika
jew edukattiva ta’ l-Istat imsemmi l-ewwel; jew
(d) bħala trainee taħt arranġamenti mal-Gvern ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor
jew kull aġenzija jew strumentalità  tiegħu għall-fini ta’ taħriġ, studju
jew orjentazzjoni,
ma jkunx taxxabbli fl-Istat Kontraenti l-ieħor fuq il-ħlasijiet kollha mibgħuta minn
barra għall-fini tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ tiegħu, jew fuq għotja ta’
scholarship.
ARTIKOLU 21
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim ikunu jistgħu
jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-
dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallas l-income jkollu effettivament x’jaqsam ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
14 L.S.123.09 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
KAPITOLU IV
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 22
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Bla ħsara għad-diposizzionijiet tal-liġi dwar it-taxxa tal-Pakistan dwar l-
għoti ta’ kreditu kontra taxxa tal-Pakistan dwar taxxa barranija, it-taxxa ta’ Malta li
għandha titħallas, sew jekk direttament kemm jekk bi tnaqqis minn persuna residenti
fil-Pakistan, dwar income minn għejjun f’Malta (inkluż income li jakkumula jew li
jinqala’ f’Malta iżda meqjus, taħt id-disposizzjonijiet tal-liġi tal-Pakistan, li
jakkumula jew jinqala’ fil-Pakistan) jingħata bħala kreditu kontra kull taxxa tal-
Pakistan li għandha titħallas fuq dak l-income.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu
kontra taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
il-Ftehim, ikun inkluż f’likwidazzjoni ta’ Malta income minn għejjun fil-Pakistan it-
taxxa tal-Pakistan fuq dak l-income għandha tingħata bħala kreditu kontra t-taxxa ta’
Malta relattiva li għandha titħallas fuqhom.
(3) Għall-fini ta’ l-għoti ta’ kreditu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Artikolu, it-taxxa msemmija fil-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 11 u fil-paragrafu (2) ta’
l-Artikolu 12 ta’ dan il-Ftehim, għandu jitqies li jkun ġie effettivament imnaqqas bir-
rata li fil-fatt tkun ġiet imwaħħla b’żieda ta’ 15 fil-mija ta’ l-income nett mill-
għejjun imsemmija f’dawk id-disposizzjonijiet, hekk iżda li r-rata ta’ taxxa ma
għandha fl-ebda każ titqies li tkun inqas minn 15 fil-mija ta’ l-income nett.
KAPITOLU V
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 23
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma jkunux suġġetti fl-Istat Kontraenti l-ieħor
għal xi tassazzjoni jew ħtieġa li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun ta’ piż ieħor jew
ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li għalih iċ-
ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew jistgħu jkunu suġġetti.
(2) It-tassazzjoni ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar bi żvantaġġ f’dak l-Istat l-
ieħor għat-tassazzjoni miġbura minn impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-istess
attivitajiet.
(3) Ħlief meta japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 9,
tal-paragrafu (7) ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 12, imgħax,
royalties u nfieq ieħor imħallsa minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor għandhom, sabiex jiġu stabbiliti l-profitti taxxabbli ta’ dik l-
impriża, ikunu jistgħu jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet bħallikieku kienu tħallsu
lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi: b’dana li d-disposizzjonijiet ta’ dan il-
paragrafu jkunu bla ħsara għall-ħtiġiet tal-liġi ta’ kull Stat Kontraenti li tirregola t-
tnaqqis ta’ l-imsemmi nfieq.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, minn
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN ġ L.S.123.09 15
residenti wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ewwel imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li tkun ta’ piż ieħor jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom
x’jaqsmu magħha li għalihom impriża bħal dawk fl-Istat l-ewwel imsemmi huma jew
jistgħu jkunu suggetti.
(5) Xejn minn dak li hemm fil-paragrafi l-oħra ta’ dan l-Artikolu ma għandu
jiftiehem -
(i) bħala li jorbot xi wieħed mill-Istati Kontraenti li jagħti lil persuna mhux
residenti fit-territorju tiegħu dak it-tnaqqis personali, allowances u
reliefs għall-finijiet tat-taxxa li bil-liġi jistgħu jingħataw biss lil persuni
li huma residenti f’dak l-Istat;
(ii) bħala li jolqtu xi disposizzjonijiet tal-liġi tal-Pakistan dwar l-għoti ta’
tnaqqis ta’ taxxa lill-kumpanniji li jissoddisfaw ċerti ħtiġiet dwar id-
dikjarazzjoni u l-ħlas ta’ dividendi.
ARTIKOLU 24
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ wieħed mill-
Istati Kontraemti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li jiġi ntaxxat mhux skond
dan il-Ftehim, hu jista’, minkejja r-rimedji provduti bil-liġijiet nazzjonali ta’ dawk l-
Istati, jippreżenta l-każ tiegħu lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
jkun residenti.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidher li tkun
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni xierqa, li
tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti
l-ieħor, bil-ħsieb li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li
jiddeċiedu bi ftehim reċiproku kull diffikultajiet jew dubji li jinqalgħu dwar l-
interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu wkoll jikkonsultaw lil
xulxin fuq l-allokazzjoni ta’ profitti lil residenti ta’ Stat Kontraenti u l-istabbiliment
permanenti tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor, jew fuq l-allokazzjoni ta’ profitti bejn
residenti ta’ Stat Kontraenti u xi persuna assoċjata li għaliha japplika l-Artikolu 9.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
flimkien direttament sabiex jilħqu ftehim, fis-sens tal-paragrafi ta’ qabel dan.
ARTIKOLU 25
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex iseħħ dan il-Ftehim u l-liġijiet domestiċi ta’ l-
Istati Kontraenti dwar taxxi milquta b’dan il-Ftehim sakemm it-tassazzjoni skond
dawk il-liġijiet taqbel ma’ dan il-Ftehim, u sabiex jiġi evitat li jkun hemm evażjoni
ta’ taxxi bħal dawn. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, permezz ta’
konsultazzjonijiet, jiżviluppaw kundizzjonijiet xierqa, metodi u teknikalitajiet dwar
dawk l-affarijiet li fuqhom ikun hemm bdil bħal dan, kif ukoll bdil ta’ informazzoni
dwar evitar ta’ taxxa fejn hu xieraq. Kull informazzjoni hekk mibdula għandha tiġi
trattata bħala sigrieta iżda tista’ tingħata lil kull persuna (inkluża qorti jew korp
amministrattiv) li jkollha x’taqsam ma’ l-istima, infurzar jew prosekuzzjoni dwar it-
taxxi li huma suġġett ta’ dan il-Ftehim.
16 L.S.123.09 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jiftehmu
bħala li jimponu fuq xi wieħed mill-Istati Kontraenti l-obbligu -
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jkunux skond il-liġijiet jew il-
prattika amministrattiva ta’ dak l-Istat jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti dawk il-partikolaritajiet li ma jkunux jistgħu jinkisbu skond il-
liġijiet jew fil-kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat
Kontraenti jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, negozju,
industrija jew professjonali jew xi proċess tal-kummerċ, jew
informazzjoni, li l-kxif tagħha huwa kontra l-intress pubbliku.
ARTIKOLU 26
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
(1) Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’
uffiċjali diplomatiċi jew konsulari taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali jew
taħt id-disposizzjonijiet ta’ ftehim speċjali.
(2) Safejn, minħabba privileġġi mogħtija lil uffiċjali diplomatiċi jew konsulari
taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ trattati
internazzjonali speċjali, income ma jkunx suġġett għal taxxa fl-Istat li jilqa’ uffiċjali
bħal dawn, l-Istat li jibgħat dawn l-uffiċjali jzomm id-dritt li jintaxxa.
ARTIKOLU 27
Estensjoni Territorjali
(1) Il-Ftehim preżenti jista’ jiġi estiż jew kollu kemm hu jew
b’modifikazzjonijiet għal kull territorju li r-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu
jaqa’ taħt ir-responsabbilità  ta’ xi wieħed miż-żewġ Stati Kontraenti u li jimponi
taxxi li sostanzjalment jixxiebħu fin-natura tagħhom ma’ dawk li huma s-suġġett tal-
Ftehim preżenti u kull estensjoni bħal din ikollha bidu fis-seħħ minn dik id-data u
tkun suġġetta għal dawk il-modifikazzjonijiet u kundizzjonijiet (inklużi
kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni) li jistgħu jiġu speċifikati u miftiehma bejn l-Istati
Kontraenti f’noti li jiġu mibdula għal dan l-għan.
(2) It-terminazzjoni għall-Pakistan jew għal Malta tal-Ftehim preżenti taħt l-
Artikolu 29 jittermina, sakemm ma jiġix espressament miftiehem xort’oħra bejn iż-
żewġ Stati Kontraenti, l-applikazzjoni tal-Ftehim preżenti għal kull territorju li
għalih il-Ftehim ikun ġie estiż taħt dan l-Artikolu.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 28
Bidu fis-Seħħ
(1) Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat u d-dokumenti tar-ratifikazzjoni
għandhom jiġu mibdula f’Malta kemm jista’ jkun malajr.
(2) Il-Ftehim għandu jibda jseħħ 30 jum wara t-tibdil tad-dokumenti ta’
ratifikazzjoni, u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom effett -
(a) fil-Pakistan, dwar taxxa tal-Pakistan għall-"previous  years" (kif
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-PAKISTAN ġ L.S.123.09 17
imfissra mil-liġijiet tat-taxxa tal-Pakistan) li jibdew fl-ewwel jum ta’
Jannar 1973 jew wara; u
(b) f’Malta, dwar taxxa ta’ Malta għal kull sena ta’ stima li tibda fl-ewwel
jum ta’ Jannar, 1974 jew wara.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ għal żmien mhux stabbilit iżda kull wieħed
mill-Istati Kontraenti jista’, fit-tletin jew qabel it-tletin ta’ Ġunju ta’ xi sena
kalendarja li tibda wara li jgħaddi ż-żmien ta’ tliet snin mid-data tal-bidu fis-seħħ
tiegħu, jagħti lill-Istat Kontraenti l-ieħor, permezz tal-mezzi diplomatiċi, avviż ta’
terminazzjoni bil-miktub u, f’dak il-każ, il-Ftehim ma jibqax iseħħ:
(a) fil-Pakistan, dwar taxxa tal-Pakistan għall-"previous  years" (kif
imfissra fil-liġijiet tat-taxxa tal-Pakistan) li jibdew fl-ewwel jum ta’
Jannar fis-sena kalendarja li jkun imissha tiġi wara dik li fiha jingħata
avviż ta’ terminazzjoni; u
(b) f’Malta, dwar taxxa ta’ Malta għas-snin ta’ stima li jibdew mat-tieni
sena ta’ stima li tiġi wara s-sena kalendarja li fiha jingħata avviż ta’
terminazzjoni.
B’XIEHDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss mill-Gvernijiet
rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL fil-Belt Valletta, illum 8 ta’ Ottubru, 1975 in duplikat fl-ilsien Ingliż.
J. ABELA
Għall-Gvern tar-Repubblika
ta’ Malta
AFTAB AHMAD KHAN
Għall-Gvern tar-Repubblika
Islamika tal-Pakistan
