EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.10
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
31 ta’ Ottubru, 1980
L-AVVIŻ LEGALI 90 ta’ l-1980, kif emendat bl-Avviż Legali 146 ta’ l-
1999.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Renju ta’ l-Olanda.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Renju ta’ l-Olanda sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja u sabiex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar
it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet tar-Renju ta’ l-
Olanda:
(i) it-taxxi fuq l-income (de inkomstenbelasting);
(ii) it-taxxa fuq il-paga (de loonbelasting);
(iii) it-taxxa fuq kumpannija (de
vennootschapsbelasting);
(iv) it-taxxa fuq dividendi (de dividendbelasting); u
(v) it-taxxa fuq kapital (de vermogensbelasting);
(b) huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett.
2 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
SKEDA
FTEHIM BEJN
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
U
R-RENJU TA’ L-OLANDA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U
BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI DWAR
TAXXI FUQ INCOME U FUQ KAPITAL
Malta u r-Renju ta’ l-Olanda billi jixtiequ jagħmlu ftehim għall-ħelsien minn
taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq income u fuq kapital,
ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il-ftehim japplika għal taxxi fuq l-income u fuq kapitali mposti f’isem
kull wieħed mill-Istati jew mis-sottodiviżjonijiet politiċi jew mill-awtoritajiet lokali
tagħhom, hu li hu l-mod li bih jinġabru.
(2) Għandhom jitqiesu bħala taxxa fuq l-income u fuq kapital it-taxxi kollha
mposti fuq income totali, fuq kapital totali, jew fuq elementi ta’ income jew ta’
kapital magħduda taxxi fuq qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli,
taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi u salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq
apprezzament tal-kapital.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma, b’mod
partikolari:
(a) fil-każ ta’ l-Olanda:
- de inkomstenbelasting (it-taxxa fuq l-income);
- de loonbelasting (it-taxxa fuq il-paga);
- de vennootschapsbelasting (it-taxxa fuq kumpannija);
- de dividendbelasting (it-taxxa fuq dividendi);
- de vermogensbelasting (it-taxxa fuq kapital);
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ l-Olanda");
(b) fil-każ ta’ Malta:
it-taxxa fuq l-income u soprataxxa, inklużi ħlasijiet bil-quddiem ta’ taxxa
sew jekk bi tnaqqis minn ras il-għajn jew xort’oħra,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 3
(4) Dan il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom li jiġu mposti wara d-data tal-firmar ta’ dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkunu għamlu fil-
liġijiet fiskali rispettivi tagħhom.
(5) Meta l-Ftehim jipprovdi li income li jinqala’ fi Stat Kontraenti għandu jiġi
meħlus mit-taxxa f’dak l-Istat, jew għal kollox jew f’parti, u, skond il-liġi fis-seħħ
fl-Istat l-ieħor dwar l-imsemmi income persuna tkun suġġetta għat-taxxa b’riferenza
għal dak l-ammont minnu li jintbagħat jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat l-ieħor u mhux
b’riferenza għall-ammont sħiħ tiegħu, allura l-ħelsien li għandu jingħata taħt dan il-
Ftehim fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu japplika għal dik il-parti mill-income li
tkun intbagħtet jew li ġiet riċevuta fl-Istat l-ieħor.
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
(1) F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Stat" tfisser l-Olanda jew Malta, skond ma teħtieġ ir-rabta tal-
kliem; il-frażi "Stati" tfisser l-Olanda u Malta;
(b) il-frażi "l-Olanda" tinkludi l-parti tar-Renju ta’ l-Olanda li hija sitwata fl-
Ewropa u l-parti ta’ qiegħ il-baħar u taħt is-sottoswol tiegħu taħt in-North Sea, fuq
liema r-Renju ta’ l-Olanda għandu drittijiet sovrani skond il-liġi internazzjonali;
(ċ) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta, u, meta wżata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-Gżejjer l-oħra ta’ l-
arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, u kull area barra l-ibħra
territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi internazzjonali, hi msejħa jew aktar ’il quddiem
tista’ tissejjaħ, taħt il-liġijiet ta’ Malta dwar il-blata kontinentali, bħala area li fiha
jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-
riżorsi naturali tagħhom;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija jew xi korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ wieħed mill-Istati" u "impriża ta’ l-Istat l-ieħor"
ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn persuna residenti ta’ wieħed mill-
Istati u impriża mmexxija minn persuna residenti ta’ l-Istat l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) dwar l-Olanda, kull individwu li jkollu n-nazzjonalità  ta’ l-Olanda
u kull persuna, soċjetà  jew assoċjazzjoni legali li tikseb dak l-istat
tagħha bis-saħħa ta’ liġi fis-seħħ fl-Olanda;
(ii) dwar Malta, xi ċittadin ta’ Malta kif provdut fil-Kapitolu III tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta u fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, u
kull persuna, soċjetà  jew assoċjazzjoni legali li tikseb dak l-istat
tagħha bis-saħħa ta’ liġi fis-seħħ f’Malta;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
4 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
b’inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża li għandha l-post tal-maniġġ effettiv
tagħha f’wieħed mill-Istati, barra minn meta l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru
jkunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ ta’ l-Olanda, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn xi wieħed mill-Istati, kull frażi li ma
tkunx xort’oħra mfissra għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat dwar it-
taxxi li huma suġġetti għal dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 4
Domiċilju Fiskali
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "persuna residenti ta’ wieħed mill-
Istati" tfisser kull persuna li, taħt il-liġi ta’ dak l-Istat, tkun suġġetta għat-tassazzjoni
hemmhekk minħabba d-domiċilju, ir-residenza jew il-post tal-maniġġ tagħha jew xi
kriterju ieħor dwarha ta’ din ix-xorta. Il-frażi ma tinkludix xi persuna li tkun
suġġetta għat-taxxa f’dak l-Istat biss dwar income minn għejjun hemmhekk jew
kapital li jkun qiegħed f’dak l-Istat.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, individwu, li jkun membru ta’ korp
diplomatiku jew konsulari ta’ xi wieħed mill-Istati fl-Istat l-ieħor jew f’xi Stat ieħor
u li jkun nazzjonali ta’ l-Istat li jibagħtu, ikun meqjus li jkun residenti ta’ l-Istat li
jibagħtu jekk ikun suġġett hemmhekk għall-istess obbligazzjonijiet dwar taxxi fuq
income u kapital kif ikunu suġġetti residenti f’dak l-Istat.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) individwu jkun persuna
residenti taż-żewġ Stati, allura l-istat tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) dan għandu jitqies bħala persuna residenti ta’ l-Istat li fih għandu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu. Jekk dan għandu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, dan għandu jitqies li hu
persuna residenti ta’ dak l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u
ekonomiċi tiegħu jkunu l-iktar marbuta (ċentru ta’ nteressi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih għandu ċ-ċentru ta’ nteressi vitali ma jkunx jista’ jiġi
stabbilit, jew jekk dan ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’xi wieħed mill-Istati, dan għandu jitqies li hu persuna
residenti ta’ l-Istat li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk dan ikollu post fejn soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew ma jkollu
f’ebda wieħed minnhom, dan għandu jitqies li hu persuna residenti ta’ l-
Istat li tiegħu jkun nazzjonali;
(d) jekk dan ikun nazzjonali taż-żewġ Stati jew ta’ ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati għandhom jiddeċiedu bi ftehim
bejniethom.
(4) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati, allura għandha titqies li hi persuna residenti
ta’ l-Istat li fih ikun qiegħed il-post tal-maniġġ effettiv tagħha.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 5
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post fiss ta’ negozju li fih jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-impriża.
(2) Il-frażi "stabblliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, barriera jew post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;
(g) sit tal-bini jew kostruzzjoni jew proġett ta’ immuntar jew attivitajiet
superviżorji in konnessjoni magħhom meta dak is-sit, proġett jew
attività  iddum sejra għal iktar minn tnax-il xahar.
(3) Il-frażi "stabbiliment permanenti" ma għandhiex titqies li tinkludi:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ stock ta’ ogġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew għall-ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ reklam, għall-
għoti ta’ tagħrif, għal tiftix xjentifiku jew għial attivitajiet bħal dawn li
jkunu ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja għall-impriża.
(4) Persuna li taġixxi f’xi wieħed mill-Istati f’isem impriża ta’ l-Istat l-ieħor - li
ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu (5) - għandha
titqies li tkun stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk ikollha, u
abitwalment teżerċita f’dak l-Istat, awtorità  li tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriża,
kemm-il darba l-attivitajiet tagħha ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
(5) Impriża ta’ wieħed mill-Istati ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat l-ieħor għaliex biss tkun qed tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju
tagħhom.
(6) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat l-ieħor, jew li tmexxi
negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
6 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income minn proprjetà  immobiljari jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat li fih dik il-
proprjetà  tkun qegħda.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandha tiġi mfissra skond il-liġi ta’ l-Istat
li fih tkun qegħda dik il-proprjetà . Il-frażi għandha f’kull każ tinkludi proprjetà
aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobiljari, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari, u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew li jkunu fissi bħala kumpens
għall-ħdim ta’, jew għad-dritt li jinħadmu, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra
naturali; inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizz professjonali.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ mpriża ta’ wieħed mill-Istati għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tkunx tmexxi negozju fl-Istat l-ieħor permezz ta’
stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tmexxi negozju
kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss
għal dik il-parti minnhom li jinqalgħu minn dak l-istabbiliment permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta mpriża ta’ wieħed
mill-Istati tmexxi negozju fl-Istat l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun
qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti
f’kull Stat il-profitti li kien ikun mistenni jagħmel kieku kien impriża distinta u
separata li taħdem l-istess attivitajiet jew oħrajn bħalhom taħt l-istess kondizzjonijiet
jew oħrajn bħalhom u li taħdem għal kollox separatament mill-impriża li tagħha tkun
stabbiliment permanenti.
(3) Meta jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandu jkun
permess bħala tnaqqis spejjeż li jsiru għall-iskopijiet ta’ dak l-istabbiliment
permanenti magħduda spejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru sew jekk
fl-Istat li fih l-istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk isiru band’oħra.
(4) Safejn ikun soltu li f’wieħed mill-Istati jiġu stabbiliti l-profitti li għandhom
jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti totali ta’
l-impriża fuq il-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu (2) ma għandha
ttellef lil dak l-Istat milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jigu ntaxxati skond dak
it-tqassim kif soltu jsir; il-metodu tat-tqassim li jiġi wżat għandu, b’danakollu, ikun
hekk li r-riżultat ikun skond il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 7
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) F’każ li profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, id-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma jiġux
imfixkla bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Shipping u Trasport bl-Ajru
(1) Profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali jiġu ntaxxati biss fl-Istat li fih il-post tat-tmexxija effettiva ta’ l-
impriża jkun qiegħed.
(2) Jekk il-post tat-tmexxija effettiva ta’ mpriża tax-shipping ikun abbord
bastiment, allura għandu jitqies li jkun qiegħed fl-Istat li fih ikun qiegħed il-port tar-
ritorn tal-bastiment jew, jekk ma jkollux dak il-port tar-ritorn, fl-Istat li tiegħu l-
operatur tal-bastiment ikun residenti.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għal profitti
li jinkisbu mill-parteċipazzjoni f’pool, f’negozju joint jew f’aġenzija ta’ operazzjoni
internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ wieħed mill-Istati tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ l-Istat l-ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ wieħed mill-Istati u mpriża
ta’ l-Istat l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ kull profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kondizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
(2) Meta l-profitti li fuqhom impriża ta’ wieħed mill-Istati tkun ġiet intaxxata
f’dak l-Istat ikunu wkoll inklużi fil-profitti ta’ mpriża ta’ l-Istat l-ieħor u ntaxxati
skond hekk u l-profitti hekk inklużi huma profitti li kienu jkunu maqlugħa mill-
impriża ta’ l-Istat l-ieħor kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn l-impriżi kienu
dawk li kienu jsiru bejn l-impriżi indipendenti, allura l-Istat l-ewwel imsemmi
għandu jagħmel aġġustament xieraq għall-ammont tat-taxxa mposta fuq dawk il-
profitti fl-Istat l-ewwel imsemmi. Sabiex jiġi stabbilit dak l-aġġustament għandhom
jitqiesu sew id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim dwar ix-xorta ta’ l-income,
u għal dan il-għan l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati għandhom jikkonsultaw lil
xulxin jekk hekk ikun meħtieġ.
8 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati
lil residenti ta’ l-Istat l-ieħor jistgħtu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Dividendi mħallsa minn kumpannisa li tkun residenti ta’ l-Olanda lil
residenti ta’ Malta jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Olanda, u skond il-liġi ta’ l-Olanda,
iżda, jekk ir-riċevitur ikun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa hekk mitluba
ma għandhiex teċċedi -
(a) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk ir-riċevitur ikun
kumpannija li jkollha direttament għall-anqas 25 fil-mija tal-kapital tal-
kumpannija li tħallas id-dividendi;
(b) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi, fil-każijiet l-oħra kollha.
Dan il-paragrafu ma għandux jolqot it-tassazzjoni tal-kumpannija dwar il-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil residenti
ta’ l-Olanda li ikun is-sid benefiċjarju tagħha għandhom ikunu eżentati minn kull
taxxa f’Malta li tkun imposta fuq dividendi b’żieda mat-taxxa mħallsa dwar il-
profitti tal-kumpannija. B’żieda ma’ dan, it-taxxa ta’ Malta mħallsa dwar profitti
mhux imqassma tal-kumpannija ma jkunux iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont gross
tagħhom, jekk il-profitti mhux imqassma jikkonsistu fi qligħ jew profitti maqlugħa
f’xi sena li fiha dik il-kumpannija tkun qed tirċievi xi benefiċċju taħt id-
disposizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna lill-industriji f’Malta, u l-profitti huma
mqassma lil kumpannija li tkun residenti ta’ l-Olanda u li ma tkunx imposta fuq
taxxa tal-kumpannija fl-Olanda dwar dawk il-profitti: iżda l-kumpannija li tkun qed
tirċievi tibgħat prospetti u kontijiet lill-awtoritajiet f’Malta dwar l-income tagħha li
hu sugġett għat-taxxa f’Malta għas-sena ta’ stima relattiva.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni tal-kumpannija dwar il-profitti li
minnhom jitħallsu l-profitti, iżda min jirċievi xi profitti mqassma jkun intitolat għal
kull rifużjoni li tista’ tingħata taħt il-liġi f’Malta fuq it-taxxa mħallsa mill-
kumpannija, jekk it-taxxa hekk imħallsa tkun iżjed minn dik dovuta fuq il-profitti
mqassma skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jew il-liġi f’Malta.
(4) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet "jouissance" jew drittijiet "jouissance", azzjonijiet f’minjieri,
azzjonijiet jew drittijiet oħra li jipparteċipaw f’profitti, kif ukoll income minn
drittijiet korporati oħra li hu suġġett għall-istess trattament ta’ tassazzjoni bħal
income minn azzjonijiet skond il-liġi ta’ l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li
tagħmel it-tqassim.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1), (2) u (3) m’għandhomx japplikaw jekk
minn jirċievi id-dividendi, li jkun residenti ta’ wieħed mill-Istati, jmexxi negozju fl-
Istat l-ieħor li tiegħu tkun residenti il-kumpannija li tħallas id-dividendi, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew tagħmel f’dak l-Istat l-ieħor servizzi
professjonali minn bażi stabbilit hemmhekk, u l-holding li dwarhom jitħallsu d-
dividendi jkollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew mal-
bażi stabbilit. F’dak il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artilolu 7
jew ta’ l-Artikolu 15, skond il-każ.
(6) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati tikseb profitti jew
income mill-Istat l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa fuq id-
dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief safejn dawn id-dividendi jkunu mħallsa lil
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 9
residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor u safejn il-holding li dwaru d-dividendi ikunu tħallsu
ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-
bażi stabbilit li jkun qiegħed f’dak l-Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq profitti mhux imqassma, ukoll jekk id-
dividendi mħallsa fuq il-profitti mhux imqassma jikkonsistu għal kollox jew f’parti
fi profitti jew income li jinqala’ minn dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ f’wieħed mill-Istati u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat l-
ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat fejn jinqala, u skond il-liġi ta’
dak l-Istat, iżda jekk minn jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-imgħax, it-taxxa
hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ l-
imgħax.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) -
(a) imgħax li jinqala’ f’Malta u li jitħallas lill-Gvern ta’ l-Olanda, lill-Bank
Ċentrali ta’ l-Olanda, lin-Nederlandse Financieringsmaatschappij voor
Ontwikkelingslanden N.V. (Netherlands finance company for
developing countries), u lin-Nederlandse Investeringsbank voor
Ontwikkelingsladen N.V. (Netherlands investment bank for developing
countries) għandu jkun eżentat mit-taxxa ta’ Malta;
(b) imgħax li jinqala’ fl-Olanda u li jitħallas lill-Gvern ta’ Malta, lill-Bank
Ċentrali ta’ Malta jew lill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta għandu
jkun eżentat mit-taxxa ta’ l-Olanda;
(ċ) il-ħelsien mogħti b’dan il-paragrafu japplika wkoll għal kull korp
imwaqqaf b’liġi ta’ wieħed mill-Istati jekk korp bħal dan ikollu
personalità  ġuridika distinta.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn securities
tal-Gvern, income minn bonds jew debentures, sew jekk ipotekati u sew jekk le iżda
li ma jagħtux jedd għal sehem fil-profitti, u income minn drittijiet għal dejn ta’ kull
xorta, sew jekk ipotekati u sew jekk le, kif ukoll l-income l-ieħor kollu li bil-liġi tat-
tassazzjoni ta’ l-Istati fejn jinqala’ l-income ikun assimiljat ma’ income minn flus
mislufa.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi l-imgħax, li jkun residenti ta’ wieħed mill-Istati, imexxi negozju fl-Istat
l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti hemmhekk li minnu jinqala’ l-imgħax,
jew jagħmel servizzi professjonali f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi stabbilit hemmhekk
u d-dritt għal dejn li minnu jinqala’ l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak
l-istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom japplikaw
id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 15, skond il-każ.
(6) L-imgħax għandu jitqies li nqala’ f’wieħed mill-Istati meta min iħallsu jkun
dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax sew jekk tkun residenti ta’ wieħed
mill-Istati sew jekk le, ikollha f’wieħed mill-Istati stabbiliment permanenti li miegħu
jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-imgħax ikun ir-
responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dak l-imgħax għandu jitqies
li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
10 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax li tħallas, meta jitqies
id-dritt għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzioni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’dak il-każ, dik il-parti żejda fuq il-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġi
ta’ kull Stat, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu f’wieħed mill-Istati u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-residenti jkun
is-sid benefiċjarju tar-royalties u r-royalties ikunu jikkonsistu fi ħlasijiet ta’
kwalunkwe xorta li jkunu riċevuti bħala kumpens għall-użu jew għall-jedd ta’ l-użu
ta’ kull dritt ta’ l-awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku.
(2) Royalties li jinqalgħu f’wieħed mill-Istati u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor jekk ir-royalties jikkonsistu fi
ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta riċevuti bħala kumpens għall-użu ta’ jew għall-jedd ta’
l-użu ta’ films ċinematografiċi jew tapes għal televiżioni jew xandir, formula sigrieta
jew proċess sigriet, tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku, jew
informazzioni dwar esperjenza industrjali, kummerċjali jew xjentifika. Iżda, dawk
ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat minn fejn jinqalgħu, u skond il-liġi ta’
dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa
hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ dawk
ir-royalties.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi r-royalties, li jkun residenti ta’ wieħed mill-Istati, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizzi
professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarha jitħallsu r-royalties ikollha x’taqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, skond il-
każ.
(4) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu f’wieħed mill-Istati meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ wieħed mill-Istati sew jekk le, ikollha f’wieħed mill-Istati stabbiliment
permanenti li dwaru ikun sar l-obbligu li jitħallsu r-royalties u dawk ir-royalties
ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dawk ir-royalties
għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti.
(5) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties imħallsa, meta jitqies l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa jkun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġi ta’ kull Stat, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 11
ARTIKOLU 13
Limitazzjoni ta’ l-Artikoli 10, 11, u 12
Organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi u uffiċjali tagħhom u membri ta’
missjoni diplomatika jew konsulari ta’ Stat ieħor minbarra dawk imsemmija li jkunu
preżenti f’wieħed mill-Istati, ma humiex intitolati, f’dak l-Istat l-ieħor, għal tnaqqis
jew eżenzjonijiet minn taxxa provduta fl-Artikoli 10, 11 u 12 dwar ix-xorta ta’
income imsemmija f’dawn l-Artikoli u maqlugħ f’dak l-Istat l-ieħor, jekk dak ix-
xorta ta’ income ma jkunx suġġett għal taxxa fuq income fl-Istat l-ewwel imsemmi.
ARTIKOLU 14
Qligħ Kapitali
(1) Qligħ mill-bejgħ ta’ proprietà  immobbli, kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat li fih dik il-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ wieħed mill-Istati
jkollha fl-Istat l-ieħor, jew proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lil bażi stabbilit li
jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ wieħed mill-Istati fl-Istat l-ieħor għall-fini
ta’ qadi ta’ servizzi professionali, inkluż dak il-qligħ mill-bejgħ ta’ dak l-
istabbilimsnt permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża sħiħa) jew ta’ dak il-
bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat l-ieħor.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2), qligħ miksub mill-bejgħ ta’
vapuri jew inġenji ta’ l-ajru mħaddma fuq traffiku internazzjonali jew minn
proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lill-operazzioni ta’ dawk il-vapuri u inġenji ta’ l-
ajru, għandu jiġi ntaxxat biss fl-Istat li fih il-post tal-maniġġ effettiv ta’ l-intrapriża
jkun sitwat. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2)
ta’ l-Artikolu 8 għandhom japplikaw.
(4) Qligħ mill-bejgħ ta’ kull proprjetà  barra minn dik imsemmija fil-paragrafi
(1), (2) u (3), ikun taxxabbli biss fl-Istat li tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (4) ma għandhomx jaffettwaw id-dritt ta’
kull wieħed mill-Istati li jagħmel taxxa skond il-liġi tiegħu stess fuq qligħ mill-bejgħ
ta’ azzjonijiet jew drittijiet "jouissance" f’kumpannija li tkun residenti f’dak l-Istat,
miksuba minn individwu li jkun residenti fl-Istat l-ieħor iżda li kien residenti fl-Istat
l-ewwel imsemmi matul l-aħħar ħames snin qabel il-bejgħ ta’ l-azzjonijiet jew id-
drittijiet "jouissance".
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Income li jinkiseb minn residenti ta’ wieħed mill-Istati dwar servizzi
professjonali jew dwar attivitajiet indipendenti oħra bħal dawn għandu jiġi ntaxxat
biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-persuna ma jkollhiex bażi stabbilit li hi tista’ tuża
regolarment fl-lstat l-ieħor sabiex taqdi l-attivitajiet tagħha. Jekk ikollha dak il-bażi
stabbilit, l-income jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat l-ieħor iżda biss sa dak l-ammont li jkun
attribwibbli għal dak il-bażi stabbilit. Residenti f’wieħed mill-Istati li jkun qed
jagħmel servizzi professjonali jew attivitajiet indipendenti oħra fl-Istat l-ieħor ikun
meqjus li jkollu dak il-bażi stabbilit għad-disposizzjoni tiegħu f’dak l-Istat l-ieħor
jekk ikun preżenti f’dak l-Istat l-ieħor għal perijodu jew perijodi li jkunu b’kollox
iktar minn 183 ġurnata f’dik is-sena kalendarja.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi b’mod speċjali attivitajiet
12 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
indipendenti xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħilim kif ukoll
attivitajiet indipendenti ta’ physicians, avukati, inġiniera, periti, dentisti u
accountants.
ARTIKOLU 16
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 17, 19, 20 u 21, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ wieħed mill-Istati dwar impieg
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix eżerċitat fl-Istat l-
ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens li jinkiseb minnu jista’ jiġi
ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li
jinkiseb minn residenti ta’ wieħed mill-Istati dwar impieg eżerċitat fl-Istat l-ieħor
ikun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunx iktar minn 183 ġurnata fis-sena kalendarja li tkun, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx għak-karigu ta’ stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu
kumpens li jinkiseb minn residenti ta’ wieħed mill-Istati dwar impieg eżerċitat
abbord vapur jew inġenju ta’ l-ajru mħaddem fuq traffiku internazzjonali ikun
taxxabli biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 17
Drittijiet tad-Diretturi
(1) Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili li jinqalgħu minn residenti ta’ l-
Olanda fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li tkun
residenti ta’ Malta jistgħu jigu ntaxxati f’Malta.
(2) Rimunerazzjoni u ħlasijiet oħra li jinqalgħu minn residenti f’Malta fil-kariga
tiegħu ta’ "bestuurder" jew ta’ "commissaris" ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-
Olanda jistgħu jiġu ntaxxati fl-Olanda.
ARTIKOLU 18
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15 u 16, income li
jinqala’ minn min jagħmel spettakoli ta’ divertiment, bħal artisti tat-teatru, tal-films
ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, u mużiċisti, u minn atleti, mill-
attivitajiet personali tagħhom bħala hekk jista’ jigi ntaxxat fl-Istat li fihom dawk l-
attivitajiet jiġu eżerċitati.
(2) Meta income dwar attivitajiet personali ta’ artista jew atleta bħala tali jmur
mhux għal dak l-artista jew l-atleta nnifsu iżda għal persuna oħra, dak l-income
jista’, b’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 15 u 16, jigi ntaxxat
fl-Istat li fih l-attivitajiet ta’ l-artista jew ta’ l-atleta jkunu eżerċitati.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 13
ARTIKOLU 19
Pensjonijiet, Annwalitajiet u Ħlasijiet tas-Sigurtà  Soċjali
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 20, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ wieħed mill-Istati
b’korrispettiv għal xi mpieg imgħoddi u kull annwalità  għandhom jiġu intaxxati biss
f’dak l-Istat.
(2) Madankollu, meta dik ir-rimunerazzjoni ma tkunx waħda ta’ xorta perjodika
u din titħallas b’korrispettiv għal xi mpieg imgħoddi li jkun twettaq fl-Istat l-ieħor,
jew meta minflok il-jedd għal annwalitajiet jitħallas ammont wieħed f’daqqa, din ir-
rimunerazzjoni jew dan l-ammont wieħed f’daqqa jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat fejn
jitnisslu.
(3) Kull pensjoni u ħlas ieħor li jitħallsu taħt id-disposizzjonijiet ta’ sistema ta’
sigurtà  soċjali ta’ wieħed mill-Istati lil residenti ta’ l-Istat l-ieħor jistgħu jiġu
ntaxxati fl-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Il-frażi "annwalità " tfisser ammont dikjarat li jitħallas perjodikament fi
żminijiet dikjarati matul il-ħajja ta’ bniedem jew matul perijodu ta’ żmien speċifikat
jew aċċertabbli taħt obbligu li jsiru l-ħlasijiet b’kumpens għal korrispettiv sħiħ u
adegwat fi flus jew valur ta’ flus.
ARTIKOLU 20
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn wieħed mill-Istati
jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar
servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  lokali tiegħu tista’
tiġi ntaxxata f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tigi ntaxxata biss fl-Istat l-ieħor jekk
is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u min jirċeviha jkun residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor
-
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jaqdi dawk is-servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew mill-fondi maħluqa minn, wieħed mill-
Istati jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  lokali tiegħu
tkun tista’ tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensioni tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat l-ieħor jekk minn
jirċeviha jkun nazzjonali ta’ u residenti f’dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 17, u 19 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni jew pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar kull kummerċ jew
negozju mmexxi minn wieħed mill-Istati jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn
awtorità  lokali tiegħu.
ARTIKOLU 21
Professuri u Għalliema
(1) Ħlasijiet li professur jew għalliem li jkun residenti ta’ wieħed mill-Istati u li
jkun preżenti fl-Istat l-ieħor għall-fini ta’ tagħlim jew riċerki xientifiċi għal perijodu
14 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
massimu ta’ sentejn f’università , kulleġġ jew istituzzjoni oħra sabiex jgħallem jew
jagħmel riċerki xientifiċi f’dak l-Istat l-ieħor, jirċievi għal dak it-tagħlim jew għal
dawk ir-riċerki, għandhom ikunu ntaxxati biss fl-Istat l-ewwel imsemmi.
(2) Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal income minn riċerki jekk dawk ir-
riċerki ma jkunux ġew użati fl-interess pubbliku iżda primarjament ġew użati għall-
benefiċċju privat ta’ persuna jew persuni speċifiċi.
ARTIKOLU 22
Studenti u Trainees
(1) Individwu li kien residenti ta’ wieħed mill-Istati minnufih qabel iżur l-Istat
l-ieħor u ikun temporanjament preżenti f’dak l-Istat l-ieħor biss bħala student
f’università , kulleġġ, skola jew istituzzioni edukattiva oħra bħal dawn f’dak l-Istat l-
ieħor jew bħala apprendist tan-negozju għandu ikun mid-data li fiha jasal l-ewwel
darba f’dak l-Istat l-ieħor dwar dik iż-żjara, meħlus mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor -
(a) fuq ir-rimessi kollha minn barra għal skopijiet tal-manteniment,
edukazzjoni jew taħriġ tiegħu; u
(b) għal perijodu ta’ mhux iżjed minn ħames snin b’kollox, fuq kull
rimunerazzjoni li ma taqbisx l-5000 guilders, jew l-ekwivalenti
tagħhom f’munita ta’ Malta, għal kull sena kalendarja għal servizz
personali li ikun ta f’dak l-Istat l-ieħor bil-għan li jżid mar-riżorsi li
jkollu għad-disposizzjoni tiegħu għal dawk l-iskopijiet.
(2) lndividwu li kien residenti ta’ wieħed mill-Istati minnufih qabel iżur l-Istat
l-ieħor u ikun temporanjament preżenti f’dak l-lstat l-ieħor għal skopijiet biss ta’
studju, riċerki jew taħriġ bħala riċevitur ta’ għotja, allowance jew award minn
organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew tal-karità  jew taħt programm ta’
għajnuna teknika li ikun daħal fiha l-Gvern ta’ wieħed mill-lstati għandu mid-data
ta’ l-ewwel wasla tiegħu f’dak l-Istat l-ieħor dwar dik iż-żjara, ikun meħlus mit-
taxxa f’dak l-Istat l-ieħor -
(a) fuq l-ammont ta’ dik l-għotja, allowance jew award, u
(b) fuq ir-rimessi kollha minn barra għall-finijiet tal-manteniment,
edukazzjoni jew taħriġ tiegħu.
ARTIKOLU 23
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ wieħed mill-Istati, jinqalgħu minn fejn
jinqalghu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim ikunu jistgħu
jigu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi l-income, li jkun residenti ta’ wieħed mill-Istati, imexxi negozju fl-Istat l-
ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew jaqdi f’dak l-Istat
l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
proprjetà  li dwarha jitħallas l-income jkollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom japplikaw
id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 15, skond il-każ.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 15
KAPITOLU IV
Tassazzjoni ta’ Kapital
ARTIKOLU 24
Kapital
(1) Kapital rappreżentat bi proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-paragrafu (2) ta’
l-Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat fejn dik il-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Kapital rappreżentat bi proprjetà  mobbli li tifforma parti mill-proprjetà  ta’
negozju ta’ stabbiliment permanenti ta’ mpriża, jew minn proprjetà  mobbli li
tappartjeni lil bażi stabbilit użat għall-qadi ta’ servizzi professjonali, jista’ jigi
ntaxxat fl-Istat li fih l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit ikun sitwat.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2), vapuri u inġenji ta’ l-ajru li
jitħaddmu fuq traffiku internazzjonali u proprjetà  mobbli li tappartieni lit-tħaddim
ta’ dawk il-vapuri u inġenji ta’ l-ajru għandhom jiġu ntaxxati biss fl-Istat li fih il-
post effettiv tal-maniġġ ta’ l-impriża jkun sitwat.
(4) L-elementi l-oħra kollha tal-kapital ta’ residenti ta’ wieħed mill-Istati
għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
KAPITOLU V
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 25
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Meta l-Olanda timponi taxxa fuq ir-residenti tagħha, din it-taxxa tista’
tinkludi fil-bażi li fuqu dawk it-taxxi ikunu imposti l-partiti ta’ income jew kapital li,
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, jistgħu jiġu ntaxxati f’Malta.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar il-
kumpens ta’ telf fir-regolamenti unilaterali għall-ħelsien minn taxxa doppja, l-
Olanda għandha tagħti tnaqqis fuq l-ammont ta’ taxxa dovuta skond il-paragrafu (1)
ta’ dan l-Artikolu li jkun daqs dik il-parti ta’ dik it-taxxa li jkollha l-istess
proporzjon għall-imsemmija taxxa bħall-parti ta’ l-income jew kapital li hu inkluż
fil-bażi msemmi fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu u jista jiġi ntaxxat f’Malta skond
l-Artikoli 6 u 7, il-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 10, il-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 11,
il-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 12, il-paragrafi (1) u (2) ta’ l-Artikolu 14, l-Artikolu
15, tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 16, il-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 19, l-Artikolu
20, il-pargarafu (2) ta’ l-Artikolu 23, u l-paragrafi (1) u (2) ta’ l-Artikolu 24 ta’ dan
il-Ftehim, li jkollha għall-income totali jew għall-kapital totali li jifforma l-bażi
msemmi fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.
(3) L-Olanda għandha wkoll tagħti tnaqqis mit-taxxa maħduma skond il-
paragrafi preċedenti ta’ dan l-Artikolu dwar dik ix-xorta ta’ income li jista’ jiġi
ntaxxat f’Malta skond il-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 11, il-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 12, il-paragrafu (1) ta’ l-artikolu 17, l-Artikolu 18, u l-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 19 u li huma inklużi fil-bażi msemmi fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.
L-ammont ta’ dan it-tnaqqis għandu jkun l-inqas mill-ammonti li ġejjin:
(i) l-ammont ekwivalenti għat-taxxa ta’ Malta;
(ii) l-ammont tat-taxxa ta’ l-Olanda li għandha l-istess proporzion għall-
16 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
ammont ta’ taxxa dovuta skond il-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu,
bħall-ammont ta’ l-istess xorta ta’ income li għandu ma’ l-ammont ta’
income li jifforma l-bażi msemmi fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2), l-Olanda għandha tagħti
tnaqqis mit-taxxa maħdum skond il-paragrafi preċedenti ta’ dan l-Artikolu dwar dik
ix-xorta ta’ income li jista’ jiġi intaxxat f’Malta skond l-Artikolu 7, jekk dak l-
income ikun suġġett f’Malta għal reġim speċjali kif intiż fl-Artikolu 30.
L-ammont ta’ dan it-tnaqqis għandu jkun l-inqas mill-ammonti li ġejjin:
(i) l-ammont ekwivalenti għat-taxxa ta’ Malta;
(ii) l-ammont tat-taxxa ta’ l-Olanda li għandha l-istess proporzjon għall-
ammont ta’ taxxa dovuta skond il-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu,
għall-ammont ta’ l-istess xorta ta’ income li għandu ma’ l-ammont ta’
income li jifforma l-bażi msemmi fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.
(5) Meta, għall-fini ta’ miżuri għal inċentivi speċjali magħmula biex jitkabbar l-
iżvilupp ekonomiku f’Malta, it-taxxa ta’ Malta attwalment imħallsa fuq imgħax u
royalties (barra minn royalties dwar films ċinematografiċi jew tapes għal televiżioni
u xandir) li tinqala f’Malta tkun inqas mit-taxxa li tista’ tinġabar f’Malta skond il-
paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 11 u l-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 12, rispettivament,
allura l-ammont ekwivalenti għat-taxxa ta’ Malta msemmi fis-sub-paragrafu (i) tal-
paragrafu (3) fuq dak l-imgħax u fuq dawk ir-royalties għandha titqies li hi 10 fil-
mija ta’ l-ammont gross tiegħu.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu
kontra taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija (li ma għandux jaffettwa l-prinċipju
ġenerali ta’ dan il-Ftehim), u bla ħsara għad-dispossizzionijiet tal-paragrafu (6),
meta jkun hemm inkluż f’likwidazzjoni ta’ Malta income jew kapital li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, jista’ jiġi ntaxxat fl-Olanda, it-taxxa ta’ l-Olanda
fuq dak l-income jew fuq dak il-kapital, skond il-każ, għandha tingħata bħala kreditu
kontra t-taxxa ta’ Malta li għandha titħallas fuqhom.
(7) Meta residenti ta’ wieħed mill-Istati jikseb qligħ li jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat
l-ieħor skond il-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 14, dak l-Istat l-ieħor għandu jħalli
tnaqqis mit-taxxa tiegħu fuq dak il-qligħ ta’ ammont ekwivalenti ghat-taxxa mħallsa
fl-Istat l-ewwel imsemmi fuq l-imsemmi qligħ.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 26
Ebda Diskriminazzjoni
(1) 1ċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati, ikunu residenti ta’ dak l-Istat jew le, ma
ikunux suġġetti fl-Istat l-ieħor għal xi tassazzioni jew ħtieġa li għandhom x’jaqsmu
magħha li tkun ta’ piż ieħor jew aktar mit-tassazzioni u ħtiġiet li għandhom
x’jaqsmu magħha li għalih iċ-ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi
huma jew jistgħu jkunu suġġetti.
(2) It-tassazzjoni ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ wieħed mill-Istati
jkollha fl-Istat l-ieħor ma għandhiex tinġabar bi żvantaġg f’dak l-Istat l-ieħor għat-
tassazzjoni miġbura minn impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-istess attivitajiet.
Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem li tobbliga wieħed mill-Istati li jagħti
lil residenti ta’ l-Istat l-ieħor xi tnaqqis, ħelsien u riduzzjonijiet personali għal
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 17
finijiet ta’ tassazzjoni minħabba l-istat ċivili jew ir-responsabbilita jiet tal-familja li
jagħti lil residenti tiegħu stess.
(3) Ħlief meta japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 9,
tal-paragrafu (7) ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 12, imgħax,
royalties u nfieq ieħor imħallsa minn impriża ta’ wieħed mill-Istati lil residenti ta’ l-
Istat l-ieħor għandhom, sabiex jiġu stabbiliti l-profitti taxxabbli ta’ dik l-impriża,
ikunu jistgħu jitnaqqsu taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku kienu tħallsu lil
residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi. Bl-istess mod, kull dejn ta’ mpriża ta’ wieħed
mill-Istati lil residenti ta’ l-Istat l-ieħor għandu, sabiex jiġi stabbilit il-kapital
taxxabbli ta’ dik l-impriża, ikun jitnaqqas bħallikieku kien kuntrattat lil residenti ta’
l-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Impriżi ta’ wieħed mill-Istati, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, minn
residenti wieħed jew aktar ta’ l-Istat l-ieħor, ma jkunux sugġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun ta’ piż
ieħor jew aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li għalihom
impriżi bħal dawk fl-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti.
(5) F’dan l-Artikolu l-frażi "tassazzjoni" tfisser taxxi ta’ kull xorta u
deskrizzjoni.
ARTIKOLU 27
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta residenti ta’ wieħed mill-Istati jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ wieħed mill-
Istati jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li jiġi ntaxxat mhux skond dan il-
Ftehim, hu jista’, minkejja r-rimedji provduti bil-liġijiet nazzjonali ta’ dawk l-Istati,
jippreżenta l-każ tiegħu lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun residenti,
jew, f’kull każ imsemmi fil-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 26, għal dak ta’ l-1stat li
tiegħu jkun ċittadin. Dan il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel
avviż ta’ l-azzjoni li toħloq t-tassazzjoni mhux skond dan il-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidher li tkun
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni xierqa, li
tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat l-ieħor, bil-
ħsieb li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Kull ftehim milħuq
għandu jiġi implimentat minkejja kull termini fil-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istat.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati għandhom jaraw li jiddeċiedu bi ftehim
reċiproku kull diffikultajiet jew dubji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni jew l-
applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu wkoll jikkonsultaw lil xulxin fuq it-tneħħija
ta’ taxxa doppja għal każijiet li mhumiex provduti għalihom f’dan il-Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati jistgħu jikkomunikaw flimkien
direttament sabiex jilħqu ftehim, fis-sens tal-paragrafi ta’ qabel dan.
ARTIKOLU 28
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati għandhom jibdlu dik l-informazzjoni li
tkun meħtieġa sabiex iseħħ dan il-Ftehim jew il-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati dwar
taxxi milquta b’dan il-Ftehim safejn it-taxxa taħt dawk il-liġijiet ma tkunx kuntrarja
għal dan il-Ftehim. Il-bdil ta’ informazzjoni ma huwiex ristrett bl-Artikolu 1. Kull
informazzjoni riċevuta minn wieħed mill-Istati għandha titqies li hi sigrieta bl-istess
mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha
18 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
tingħata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi) li
għandhom x’jaqsmu mal-likwidazzjoni jew ġbir ta’, l-esekuzzjoni jew prosekuzzjoni
dwar, jew id-deċiżjoni ta’ appelli dwar, it-taxxi li huma s-suġġett ta’ dan il-Ftehim.
Dawn il-persuni jew awtoritajiet għandhom jużaw biss l-informazzjoni għal dawn il-
finijiet. Dawn il-persuni jew awtoritajiet jistgħu jikxfu l-informazzjoni fi
proċedimenti tal-qorti pubbliċi jew f’deċiżjonijiet ġudizzjarji.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzonijiet tal-paragrafu (1) jiftiehmu
bħala li jimponu fuq xi wieħed mill-Istati l-obbligu -
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jkunux skond il-liġijiet jew il-
prattika amministrattiva ta’ dak l-Istat jew ta’ l-Istat l-ieħor;
(b) li jagħti dawk il-partikolaritajiet li ma jkunux jistgħu jinkisbu skond il-
liġijiet jew fil-kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat jew ta’
l-Istat l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, negozju,
industrija, kummerċjali jew professjonali jew xi proċess tal-kummerċ,
jew informazzjoni, li l-kxif tagħha jkun kontra l-interess pubbliku.
ARTIKOLU 29
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
Ebda ħaga f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġgi fiskali ta’ uffiċjali
diplomatiċi jew konsulari taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali jew taħt id-
disposizzjonijiet ta’ ftehim speċjali.
ARTIKOLU 30
Esklużjoni ta’ Ċerti Kumpanniji jew ta’ Persuni Oħra
(1) Dan il-Ftehim ma japplikax għal kumpanniji jew għal persuni ohra li ħuma
għal kollox jew parzjalment eżentati mit-taxxa b’reġim speċjali taħt il-liġijiet ta’ xi
wieħed mill-Istati. Ma japplikax ukoll għal income minn dawk il-kumpanniji jew
minn persuni oħra li jinkiseb minn residenti ta’ l-Istat l-ieħor, lanqas għal
azzjonijiet, drittijiet jouissance jew interessi f’dawk il-kumpanniji jew persuni oħra.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu japplikaw ukoll fil-
każ li kumpannija jew persuna oħra jiġu trattati taħt il-prattika amministrattiva ta’
dak l-Istat bl-istess mod jew mod simili bħal kumpannija jew persuna kif hemm
imfisser f’dak il-paragrafu.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati għandhom bi ftehim reċiproku
jiddeċiedu liema reġim speċjali huwa intiż fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’
dan l-Artikolu.
Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) japplikaw ukoll għal kull leġislazzjoni
identika jew sostanzjalment simili b’żieda ma’, jew li tkun qed tissostitwixxi lil dak
ir-reġim speċjali li tkun saret liġi wara l-1 ta’ Jannar, 1993 kemm-il darba l-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ma jiddeċiedux xort’ohra bi ftehim reċiproku.
ARTIKOLU 31
Regolamenti
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati għandhom bi ftehim bejniethom
jiftiehmu dwar il-mod ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafi (2) u (3) ta’ l-Artikolu 10 u
tal-paragrafi (2) u (3) ta’ l-Artikolu 11, u tal-paragrafi (1) u (2) ta’ l-Artikolu 12.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 19
(2) L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istati, skond il-prattika ta’
dak l-Istat, jistgħu jippreskrivu regolamenti li huma meħtieġa biex jitwettqu d-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 32
Estensjoni ta’ Territorju
(1) Dan il-Ftehim jista’ jigi estiż, kollu kemm hu jew b’xi tibdil meħtieġa, għan-
Netherlands Antilles jew Aruba, jekk il-pajjiż involut jimponi taxxi sostanzjalment
jixbħu x-xorta ta’ dawk li għalihom japplika dan il-Ftehim. Kull estensioni bħal din
għandha tibda sseħħ minn dik id-data u tkun suġġetta għal dak it-tibdil u
kondizzjonijiet, inklużi kondizzjonijiet dwar terminazzjoni, kif jista’ jigi speċifikat u
miftiehem f’noti li għandhom jinbidlu permezz ta’ mezzi diplomatiċi.
(2) Kemm-il darba ma jkunx hemm qbil kuntrarju t-terminazzioni tal-Ftehim fih
innifsu ma jitterminax xi estensjoni tal-Ftehim man-Netherlands Antilles jew Aruba.
KAPITOLU VII
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 33
Bidu fis-Seħħ
(l) Il-Gvernijiet ta’ l-Istati għandhom javżaw lil xulxin meta l-ħtiġiet
kostituzzjonali għal bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ikunu ġew imħarsa.
(2) Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin ġurnata wara d-data ta’ l-aħħar
notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (1) u d-disposizzjonijiet tagħha għandu
jkollhom effett:
(a) dwar taxxi fuq income miksub fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar,
1976;
(b) dwar taxxi fuq kapital miġbura mill-ewwel ġurnata ta’ Jannar, 1976.
ARTIKOLU 34
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jkollu effett sakemm jiġi terminat minn xi Gvern ta’ wieħed
mill-Istati. Kull Stat jista’ jittermina dan il-Ftehim permezz ta’ mezzi diplomatiċi
billi jagħti avviż ta’ terminazzjoni għall-anqas sitt xhur qabel l-aħħar ta’ xi sena
kalendarja wara s-sena 1981. F’dak il-każ il-Ftehim ma jibqax iseħħ:
(a) dwar taxxi fuq income miksuba fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar li
jiġi minnufih wara s-sena li fiha avviż ta’ terminazzjoni jkun ingħata;
(b) dwar taxxi fuq kapital miksuba mill-ewwel ta’ Jannar li jiġi minnufih
wara s-sena li fiha avviż ta’ terminazzjoni jkun ingħata.
B’XIEHDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss, iffirmaw dan il-
Ftehim.
MAGĦMUL f’The Hague, illum 18 ta’ Mejju 1977, in duplikat fl-ilsien Olandiż u
fl-ilsien Ingliż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
20 L.S.123.10 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA
PROTOKOL
Fiż-żmien ta’ l-iffirmar tal-Ftehim għall-Helsien mit-taxxa doppja u biex tiġi
evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq Income u fuq Kapital, illum iffinalizzat bejn
ir-Renju ta’ l-Olanda u r-Repubblika ta’ Malta, is-sottoskritti ftehmu li d-
disposizzjonijiet li ġejjin jagħmlu parti integrali mill-Ftehim.
I. AD ARTIKOLU 4
Individwu li jgħix abbord bastiment mingħajr ma jkollu dar permanenti f’xi
wieħed mill-Istati jkun meqjus li hu residenti ta’ l-Istat li fih il-bastiment ikollu l-
port residenzjali tiegħu.
II. AD ARTIKOLI 5 U 7
Ħlief dwar assikurazzjoni mill-ġdid, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 u 7 ta’ dan
il-Ftehim ma jaffettwax id-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ xi wieħed mill-Istati dwar it-
tassazzjoni ta’ profitti min-negozju ta’ assikurazzjoni.
III. AD ARTIKOLI 8, 14 u 24
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8, profitti mit-tmexxija ta’
bastimenti fi traffiku internazzjonali maqlugħ minn kumpannija li tkun residenti ta’
Malta, jistgħu jiġu ntaxxati fl-Olanda, kemm-il darba l-kumpannija ma tipprovax li
dawk il-profitti ma jkunux ħielsa mit-taxxa ta’ Malta taħt id-disposizzjoniiiet ta’ l-
Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jew taħt xi disposizzjoni identika jew simili oħra.
Is-sentenza ta’ qabel din, iżda, ma tapplikax kemm-il darba l-kumpannija ma
tipprovax li mhux iżjed minn 25 fil-mija tal-kapital tagħha jkunu direttament jew
indirettament, proprjetà  ta’ persuni li ma jkunux residenti ta’ Malta.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw skond il-qligħ
kapitali msemmi fil-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 14 u skond il-kapital imsemmi fil-
paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 24.
IV. AD ARTIKLU 10
(1) Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a) tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 10
m’għandhomx ikunu japplikaw jekk ir-relazzjoni bejn iż-żewġ kumpanniji tkun ġiet
irranġata jew tkun qegħda tinżamm primarjament bil-għan li jiġi żgurat li jsir dan it-
tnaqqis.
(2) Jingħad li r-referenza fit-tieni sentenza tal-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 10
għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ l-Olanda għall-fini li l-kumpannija li tkun qed
tirċievi ma tkunx intaxxata għal taxxa ta’ l-Olanda fuq kumpannija dwar il-profitti
mqassma minn kumpannija ta’ Malta, hu għall-applikazzjoni ta’ l-hekk imsejħa
"holding privilege" fin-Netherlands Company Tax Act. Għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att u għall-emendi għaliha li jsiru ’il quddiem, dan
il-"holding privilege" iġib ir-riżultat li kumpannija li tkun residenti ta’ l-Olanda
tista’ tħalli barra, fil-komputazzjoni tal-profitti taxxabbli tagħha, id-dividendi li
tirċievi minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta, jekk ikollha għall-anqas 5 fil-
mija tal-kapital mħallas tal-kumpannija l-aħħar imsemmija.
Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta
(iff.) G. AGIUS
Għall-Gvern tar-Renju ta’ l-Olanda
(iff.) M. VAN DER STOEL
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-OLANDA ġ L.S.123.10 21
V. AD ARTIKOLI 10, 11 u 12
Applikazzjoni għall-ħlas lura ta’ taxxa mħallsa kuntrarjament għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 10, 11 u 12 għandhom jintbagħtu lill-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat, li jkun ġabar it-taxxa, fi żmien tliet snin wara li tgħaddi s-sena
kalendarja li fiha tkun tħallset it-taxxa.
VI. AD ARTIKOLI 24 u 25
Id-disposizzjonijiet dwar it-tassazzjoni ta’ kapital fl-Artikolu 24 u d-
disposizzjonijiet għar-rigward tat-tneħħija tat-taxxa doppja għar-rigward ta’ kapital
fil-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 25 tal-Ftehim m’għandhomx ikunu japplikaw sakemm
Malta ma tkunx tiġbor taxxa fuq il-kapital.
VII. AD ARTIKOLU 25
Għandu jiftiehem li safejn jikkonċerna t-taxxa fuq l-income ta’ l-Olanda jew it-
taxxa fuq kumpannija, il-bażi msemmi fil-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 25 hu l-
"onzuivere inkomen" jew "winst" dwar in-Netherlands Income Tax Law jew l-
Company Tax Law, rispettivament.
VIII. AD ARTIKOLU 25
Minkejja l-Artikolu 34 tal-Ftehim id-disposizzjoni tal-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu
25 għandha ttemm milli jibqa’ jkollħa seħħ wara l-aħħar jum ta’ Diċembru, 1997,
kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux xort’oħra bi fteħim
reċiproku.
IX. AD ARTIKOLI 28 u 30
(1) Jinftiehem li disposizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità  f’reġim speċjali kif
intiż fl-Artikolu 30 jew dawk id-disposizzjonijiet f’xi leġislazzjoni identika jew
sostanzjalment simili b’żieda ma’, jew li tissostitwixxi dan ir-reġim speċjali,
m’għandha timponi ebda restrizzjoni fuq l-iskambju ta’ informazzjoni kif hemm
intiż fl-Artikolu 28 tal-Ftehim f’dawk il-każijiet meta l-awtorità  kompetenti Maltija
u l-awtorità  relattiva li fiha tkun vestita l-amministrazzjoni ta’ dak ir-reġim speċjali
flimkien jaqblu li jkun hemm provi biżżejjed sabiex jinbdew proċedimenti kriminali.
(2) Jinftiehem ukoll li disposizzjonijiet f’leġislazzjoni li tkun saret liġi wara l-1
ta’ Jannar, 1994 dwar il-kunfidenzjalità , li tkun identika għal, jew li tissostitwixxi
disposizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità  fir-reġim speċjali kif intiż fl-Artikolu 30
tal-Ftehim, m’għandhom jimponu ebda restrizzjoni fuq l-iskambju ta’ informazzjoni
kif hemm intiż fl-Artikolu 28 tal-Ftehim fil-każ ta’ suspett ta’ evitar ta’ taxxa jew
evażjoni ta’ taxxa.
B’XIEHDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss, iffirmaw dan il-
Protokol.
Magħmula f’The Hague, illum 18 ta’ Mejju, 1977, in duplikat fl-ilsien Olandiż u
fl-ilsien Ingliż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta
(iff.) G. AGIUS
Għall-Gvern tar-Renju ta’ l-Olanda
(iff.) M. VAN DER STOEL
