EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA ġ L.S.123.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.11
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
30 ta’ Diċembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 34 ta’ l-2002.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tal-Finlandja.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. B'dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma' dan l-ordni saru mar-Repubblika tal-
Finlandja sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja
dwar it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-
Repubblika tal-Finlandja:
(i) it-taxxi fuq l-income ta' l-istat (valtion tuloverot;
de statliga inkomstskatterna);
(ii) it-taxxa fuq l-income korporattiva (yhteisö jen
tulovero; inkomstskatten fö r samfund);
(iii) it-taxxa komunali (kunnallisvero; kommunal-
skatten)
(iv) it-taxxa tal-knisja (kirkollisvero; kyrkoskatten);
(v) it-taxxa li tinżamm minn ras-il għajn mill-
imgħax (korkotulon lä hdevero; kä llskatten på
rä nteinkomst);  u
(vi) it-taxxa li tinżamm minn ras-il għajn mill-
income ta' non-residenti (rajoitetusti
verovelvollisen lä hdevero; kä llskatten fö r
begrä nsat skattskyldig);
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fit-30 ta' Diċembru, 2001.
2 L.S.123.11 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
SKEDA
FTEHIM
BEJN MALTA
U R-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
DWAR ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta' Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja, billi jixtiequ
jagħmlu Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja dwar taxxi fuq l-income,  ftehmu
kif ġej:
Artikolu 1
Persuni koperti
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
Taxxi koperti
1. Dan il-ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f'isem Stat
Kontraenti jew f'isem l-awtoritajiet lokali tiegħu, irrispettivament mill-mod kif dawn
jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta' income, inklużi taxxi fuq dħul mill-bejgħ ta'
proprjetà  mobbli jew immobbli, kif ukoll taxxi fuq l-apprezzament kapitali.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fil-Finlandja:
(i) it-taxxi fuq l-income ta' l-istat (valtion tuloverot; de statliga
inkomstskatterna);
(ii) it-taxxa fuq l-income korporattiva (yhteisö jen tulovero;
inkomstskatten fö r samfund);
(iii) it-taxxa komunali (kunnallisvero; kommunalskatten);
(iv) it-taxxa tal-knisja (kirkollisvero; kyrkoskatten);
(v) it-taxxa li tinżamm minn ras-il għajn mill-imgħax (korkotulon
lä hdevero; kä llskatten på  rä nteinkomst);  u
(vi) it-taxxa li tinżamm minn ras-il għajn mill-income ta' non-residenti
(rajoitetusti verovelvollisen lä hdevero; kä llskatten fö r begrä nsat
skattskyldig);
(hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa ''it-taxxa tal-Finlandja'');
(b) f'Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa ''it-taxxa ta' Malta'').  
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jiġu imposti  wara d-data meta jiġi ffirmat il-Ftehim b'żieda ma', jew
minflok, it-taxxi eżistenti.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti
għandhom jgħarrfu lil xulxin b'kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet rispettivi
tagħhom dwar it-taxxa.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA ġ L.S.123.11 3
Artikolu 3
Tifsiriet ġenerali
1. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort'oħra:
(a) il-frażi ''Finlandja'' tfisser ir-Repubblika tal-Finlandja u, meta tintuża f'sens
ġeografiku, tfisser it-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja u kull area adjaċenti ma'
l-ibħra territorjali tar-Repubblika tal-Finlandja li ġo fihom, taħt l-liġijiet tal-
Finlandja u skond id-dritt internazzjonali, id-drittijiet tal-Finlandja għar-rigward ta'
l-esplorazzjoni għal, u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali ta' qiegħ il-baħar u tas-
sottoswol tiegħu u ta' l-ibħra sovrajaċenti jistgħu jiġu eżerċitati;
(b) il-frażi ''Malta'' tfisser the Repubblika ta' Malta u, meta użata f'sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta' Malta, il-Gżira ta' Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta' l-
arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, kif ukoll kull area ta' qiegħ il-
baħar, is-sottoswol tiegħu u l-kolonna ta' baħar sovrajaċenti u adjaċenti għall-ibħra
territorjali, fejn ir-Repubblika ta' Malta għandha drittijiet sovrani, ġurisdizzjoni, jew
kontroll skond id-dritt internazzjonali u d-dritt nazzjonali tagħha, inkluża l-
leġislazzjoni tagħha għar-rigward ta' l-esplorazzjoni tal-blata kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha;
(ċ) il-frażi ''persuna'' tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta' persuni;
(d) il-frażi ''kumpannija'' tfisser korp magħqud jew enti li jkunu trattati bhala
korp magħqud għall-iskopijiet ta' taxxa;
(e) il-frażi ''impriża ta' Stat Kontraenti'' u ''impriża ta' l-Istat Kontraenti l-ieħor''
ifissru rispettivament impriża ġestita minn residenti ta' Stat Kontraenti u impriża
ġestita minn residenti ta' l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(f) il-frażi ''ċittadin'' tfisser:
(i) individwu li jkollu n-nazzjonalità  ta' Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb l-istatus tagħha bħala
tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu fi Stat Kontraenti;
(g) il-frażi ''traffiku internazzjonali'' tfisser trasport li jsir b'bastiment jew
inġenji ta' l-ajru mħaddma minn impriża ta' Stat Kontraenti, ħlief meta l-bastiment
jew l-inġenji ta' l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(h) il-frażi ''awtorità  kompetenti'' tfisser:
(i) għall-Finlandja, il-Ministeru tal-Finanzi, ir-rappreżentant awtorizzat
tiegħu jew dik l-awtorità  li tiġi msemmija, mill-Ministeru tal-Finanzi,
bħala l-awtorità  kompetenti;
(ii) għal Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu.
2. Għar-rigward ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim f'kull żmien minn Stat
Kontraenti, kull frażi li ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma teħtieġx xort'oħra, t-tifsira mogħtija lilha f'dak il-waqt taħt il-liġi ta' dak l-
Istat għall-finijiet tat-taxxi li dwarhom ikun japplika l-Ftehim kif din tkun
tipprevalixxi fuq tifsira mogħtija lil dik il-frażi taħt liġijiet oħra ta' dak l-Istat.
Artikolu 4
Residenza
1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, il-frażi ''residenti ta' Stat Kontraenti'' tfisser
4 L.S.123.11 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta' dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ, post ta' inkorporazzjoni
(reġistrazzjoni) jew xi kriterju ieħor ta' xorta simili, u tinkludi wkoll lil dak l-Istat u
lil xi korp statutorju jew awtorità  lokali tiegħu.  Din il-frażi, madankollu, ma
tinkludix lil xi persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f'dak l-Istat għar-rigward biss ta'
income minn għejjun f'dak l-Istat.
2. Meta minħabba l-provvedimenti tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta' l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti biss ta' l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu ikunu l-aktar marbuta (ċentru ta' interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta' interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f'ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta' l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f'ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta' l-Istat li jkun ċittadin
tiegħu;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta' l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejnithom.
3. Meta minħabba l-provvedimenti tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-
Istati Kontraenti għandhom isolvu l-kwistjoni bi ftehim reċiproku u jistabbilixxu l-
mod kif għandu japplika l-Ftehim għal dik il-persuna.  Meta jkun qiegħed jiġi hekk
deċiż u stabbilit x'ikun l-istatus ta' dik il-persuna li ma tkunx individwu, għandu
jittieħed qies tar-regoli li hemm fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar
Mudell ta' Taxxa ta' l-OECD, adottat fl-1992 (kif emendat minn żmien għal żmien),
speċjalment tar-riferenza li tirrigwarda l-post ta' maniġġ effettiv.
Artikolu 5
Stabbiliment permanenti
1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f'parti minnu x-xogħol ta'
impriża.
2. Il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tinkludi b'mod speċjali:
(a) post ta' maniġġ; 
(b) fergħa; 
(ċ) uffiċċju; 
(d) fabbrika; 
(e) ħanut tax-xogħol;  u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta'
estrazzjoni ta' riżorsi naturali inkluż sit ta' offshore drilling.
3. Il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tinkludi b'mod speċjali:
(a) art li tkun qegħda tinbena, proġett ta' kostruzzjoni, assemblaġġ jew
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA ġ L.S.123.11 5
stallazzjoni jew attivitajiet ta' sorveljanza li jkollhom x'jaqsmu ma' dan,
iżda biss meta dik l-art, dak il-proġett jew dawk l-attivitajiet ikomplu
għal perjodu ta' aktar minn tnax-il xahar;
(b) l-għoti ta' servizzi, inklużi servizzi ta' konsulenza, minn impriża
permezz ta' impjegati jew persunal ieħor imqabbad mill-impriża
għaldaqstant, iżda biss sakemm dawk l-attivitajiet ikomplu (għall-istess
proġett jew għal wieħed konness) fi Stat Kontraenti għal perjodu jew
perjodi li flimkien iġibu iktar minn tnax-il xahar matul xi perjodu ta'
tmintax-il xahar li jkun.
4. Minkejja l-provvedimenti ta' qabel ta' dan l-Artikolu, il-frażi ''stabbiliment
permanenti'' għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta' faċilitajiet għall-iskop uniku ta' ħażna jew ta' wiri ta' oġġetti
jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta' l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta' ħażna ta' oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta'
l-impriża għall-iskop uniku ta' ħażna, wiri jew kunsinna;
(ċ) il-manutenzjoni ta' ħażna ta' oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta'
l-impriża għall-iskop uniku ta' proċessar minn impriża oħra;
(d) il-manutenzjoni ta' post fiss ta' negozju għall-iskop uniku ta' xiri ta'
oġġetti jew merkanzija jew ta' ġbir ta' tagħrif għall-impriża;
(e) il-manutenzjoni ta' post fiss ta' negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta' xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta' post fiss ta' negozju għall-iskop uniku  ta' xi
kombinazzjoni ta' attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta' xorta preparatorja jew
awżiljari.
5. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed taġixxi u
jkollha, u tkun soltu teserċita, fi Stat Kontraenti awtorità  biex tagħmel kuntratti
f'isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha stabbiliment permanenti
f'dak l-Istat għar-rigward ta' kull attività  li dik il-persuna tagħmel għal dik l-impriża,
kemm-il darba l-attivitajiet ta' dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk
imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jiġu eżerċitati minn ġo post tan-negozju fiss, ma
jirrendux dan il-post ta' negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt il-
provvedimenti ta' dak il-paragrafu.
6. Impriża ta' Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti biss minħabba li tkun tiġġestixxi negozju f'dak l-Istat
permezz ta' sensal, aġent b'kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor bi status
indipendenti, sakemm dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-
negozju tagħhom. 
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta' Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun minn kumpannija li tkun residenti ta' l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew li tkun
tiġġestixxi negozju f'dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta' stabbiliment permanenti
sew xort'oħra), m'għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija waħda jew l-
oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
Artikolu 6
Income minn proprjetà  immobbli
1. Income li jinkiseb minn residenti ta' Stat Kontraenti minn proprjetà
6 L.S.123.11 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
immobbli (inkluż income mill-agrikoltura jew ħidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista' jiġi intaxxat f'dak l-Istat l-ieħor.
2. (a) Il-frażi ''proprjetà  immobbli'' għandu jkollha, bla ħsara għall-
provvedimenti tas-subparagrafi (b) u (ċ), t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta' l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta.
(b) Il-frażi ''proprjetà  immobbli'' għandha f'kull każ tinkludi bini, proprjetà
aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f'razzett u tagħmir li
jintuża fl-agrikoltura u fil-ħidma fil-boskijiet, drittijiet li għalihom
japplikaw il-provvedimenti tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta' l-art, l-
użufrutt tal-proprjetà  immobbli u d-drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew
fissi bħala korrispettiv għal ħidma fi, jew id-dritt li jinħadmu, jew għall-
esplorazzjoni ta', depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra naturali.
(ċ) Bastimenti u inġenji ta' l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala proprjetà
immobbli.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta' kull xorta ta' proprjetà  immobbli.
4. Meta l-proprjetà  ta' ishma jew ta' jeddijiet korporattivi oħra f'kumpannija
tkun tagħti l-jedd lis-sid ta' dawk l-ishma jew jeddijiet korporattivi għat-tgawdija ta'
proprjetà  immobbli li tkun qed tinżamm mill-kumpannija, l-income mill-użu dirett,
kiri, jew użu f'kull forma oħra ta' dak il-jedd ta' tgawdija jista' jiġi intaxxat fl-Istat
Kontraenti fejn tkun tinsab il-proprjetà  immobbli.
5. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-income
minn proprjetà  immobbli ta' impriża u għal income minn proprjetà  immobbli użata
għall-għemil ta' servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
Profitti minn negozju
1. Il-profitti ta' impriża ta' Stat Kontraenti għandhom ikunu biss taxxabbli f'dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta' stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta' l-impriża jistgħu
jiġu intaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom daqskemm tkun
attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu 3, meta impriża ta' Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta' stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom f'kull Stat Kontraenti jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jagħmel
kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew oħrajn
bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta' stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta' l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band'oħra. 
4. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f'li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta' oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
5. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta' income  li qegħdin jiġu trattati
separatament f'artikoli oħra ta' dan il-Ftehim, għaldaqshekk il-provvedimenti ta'
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA ġ L.S.123.11 7
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bil-provvedimenti ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Tbaħħir u trasport bl-ajru
1. Il-profitti ta' impriża ta' Stat Kontraenti mit-tħaddim ta' bastimenti jew
inġenji ta' l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f'dak l-
Istat.  
2. Il-profitti ta' impriża ta' Stat Kontraenti mill-użu, manutenzjoni jew kiri ta'
containers (inklużi trailers, barkuni u tagħmir li għandu x'jaqsam mat-trasport bil-
containers) li jintużaw fit-trasport ta' oġġetti jew merkanzija għandhom ikunu
taxxabbli biss f'dak l-Istat, ħlief meta dawk il-containers jintużaw għat-trasport ta'
oġġetti jew ta' merkanzija unikament bejn postijiet ġewwa dak l-Istat Kontraenti l-
ieħor.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
mill-parteċipazzjoni f'pool, negozju bi sħab jew aġenzija b'operat internazzjonali.
Artikolu 9
Impriżi assoċjati
1. Meta:
(a) impriża ta' Stat Kontraenti tipparteċipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta' impriża ta' l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew 
(b) l-istess persuni jipparteċipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta' impriża ta' Stat Kontraenti u ta'
impriża ta' l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f'kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma' dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f'dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta' dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta' impriża ta' dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta' l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f'dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu jinqalgħu
mill-impriża ta' l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-żewġ
impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, għaldaqshekk dak
l-Istat l-ieħor jista' jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa imposta hemmhekk
fuq dawk il-profitti jekk dak l-Istat l-ieħor ikun iqis it-tibdil ġustifikat.  Biex jiġi
stabbilit it-tibdil, għandhom jitqiesu kif dovut il-provvedimenti l-oħra ta' dan il-
Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti għandhom jekk ikun hekk
meħtieġ jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti tal-Finlandja lil
residenti ta' Malta tista' tiġi intaxxata f'Malta. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu wkoll
jiġu intaxxati fil-Finlandja u skond il-liġi tal-Finlandja, iżda:
(a) meta s-sid benefiċjarju tad-dividendi jkun residenti f'Malta, it-taxxa li
tiġi hekk imposta m'għandhiex tkun iżjed minn:
(i) 5 fil-mija ta' l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid benefiċjarju
8 L.S.123.11 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
jkun kumpannija (minbarra soċjetà ) li jkollha direttament mill-
inqas 10 fil-mija mit-total tal-voti fil-kumpannija li tkun qed
tħallas id-dividendi;
(ii) 15 fil-mija ta' l-ammont gross tad-dividendi fil-każijiet l-oħra
kollha;
(b) minkejja l-provvedimenti tas-subparagrafu (a), sakemm individwu li
jkun residenti fil-Finlandja jkun taħt il-liġi tal-Finlandja intitolat għal
kreditu ta' taxxa għar-rigward ta' dividendi mħallsa minn kumpannija
residenti fil-Finlandja, dividendi li jitħallsu minn kumpannija li tkun
residenti tal-Finlandja lil residenti ta' Malta għandhom ikunu taxxabbli
biss f'Malta jekk is-sid benefiċjarju tad-dividendi jkun residenti f'Malta.
2. Dividendi li jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta' Malta lil residenti
tal-Finlandja jistgħu jiġu intaxxati fil-Finlandja.  Madankollu, dawk id-dividendi
jistgħu wkoll jiġu intaxxati f'Malta u skond il-liġi ta' Malta, iżda -
(a) jekk is-sid benefiċjarju tad-dividendi jkun residenti fil-Finlandja,
m'għandha titħallas ebda taxxa ta' Malta fuq l-ammont gross tad-
dividendi li jeċċedu t-taxxa li għandha tinġabar fuq il-profitti li
minnhom jitħallsu d-dividendi;
(b) minkejja l-provvedimenti tas-subparagrafu (a), it-taxxa ta' Malta
m'għandhiex teċċedi 15 fil-mija tad-dividendi jekk dawk id-dividendi
jitħallsu minn qliegħ jew profitti li jinqalgħu f'xi sena li dwarha l-
kumpannija tkun qegħda tirċievi xi benefiċċju taħt il-provvedimenti li
jirregolaw l-għajnuna lill-industriji f'Malta, u l-azzjonist jippreżenta
prospetti u kontijiet lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' Malta għar-rigward ta'
l-income tiegħu li fuqu titħallas it-taxxa ta' Malta għas-sena ta' stima
relattiva.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 ma jolqtux l-intaxxar tal-kumpannija
għar-rigward tal-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
4. Il-frażi ''dividendi'' kif din tintuża f'dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma, jew drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta' debitu, il-parteċipazzjoni fi
profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jingħata l-istess trattament fl-
intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-liġijiet ta' l-Istat li tiegħu l-
kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
5. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta' Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta' stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f'dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x'jaqsam
effettivament ma' dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F'dak il-każ
għandhom japplikaw il-provvedimenti ta' l-Artikolu 7 jew ta' l-Artikolu 14, skond il-
każ.
6. Meta kumpannija li tkun residenti ta' Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista' jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta' dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru jitħallsu
d-dividendi jkun effettivament konness ma' dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilita sitwati f'dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux imqassma tal-
kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija, ukoll jekk id-
dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm huma jew
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA ġ L.S.123.11 9
f'parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f'dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 11
Mgħax
1. Mgħax li jinqala' fi Stat Kontraenti għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk is-sid benefiċjarju ta' l-imgħax ikun residenti ta' dak Istat l-
ieħor.
2. Il-frażi ''mgħax'' kif din tintuża f'dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta' debitu ta' kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jagħti  xi jedd għal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b'mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet marbutin ma' titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet għal ħlas
tardiv m'għandhomx jitqiesu bħala mgħax għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta' l-imgħax, li jkun residenti ta' Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala' l-imgħax, permezz ta' stabbiliment
permanenti sitwar hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f'dak Istat
l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta' debitu li dwarha
jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma' dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilita. F'każ bħal dak għandhom japplikaw il-provvedimenti ta' l-
Artikolu 7 jew ta' l-Artikolu 14, skond il-każ.
4. Meta, minħabba f'relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta' l-imgħax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta' debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta' dik ir-relazzjoni, il-
provvedimenti ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi.  F'każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa' taxxabbli skond il-
liġijiet ta' kull Stat Kontraenti, fil-qies tal-provvedimenti l-oħra ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti għandhom ikunu taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-sid benefiċjarju tar-royalties ikun residenti ta' dak
Istat l-ieħor.
2. Il-frażi ''royalties'' kif din tintuża f'dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta' kull
xorta li jsiru b'korrispettiv għall-użu ta', jew għall-jedd ta' l-użu, ta' kull dritt ta' l-
awtur ta' xogħol litterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi, jew
tapes għax-xandir bit-televiżjoni jew bir-radju, kull privattiva, trade mark, disinn
jew mudell, pjan, formula jew proċess sigrieti, jew għal informazzjoni dwar
konoxxenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta' Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta'
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f'dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjetà   li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma' dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.  F'dak il-każ għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta' l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
4. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta' x'ikun l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li kien
10 L.S.123.11 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta' dik ir-relazzjoni,
il-provvedimenti ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi.  F'dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa' taxxabbli skond il-
liġijiet ta' kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu l-provvedimenti l-oħra ta' dan il-
Ftehim.
Artikolu 13
Qligħ kapitali
1. Qligħ li jinkiseb minn resident ta' Stat Kontraenti mit-trasferiment ta'
proprjetà  immobbli msemmi fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 6 u li tkun tinsab fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jista' jiġi intaxxat f'dak l-Istat l-ieħor.
2. Qligħ li jinkiseb minn resident ta' Stat Kontraenti mit-trasferiment ta' ishma
jew jeddijiet korporattivi oħra f'kumpannija li jiksbu l-valur tagħhom jew il-biċċa l-
kbira tal-valur tagħhom direttament jew indirettament minn proprjetà  immobbli li
tkun tifforma parti mill-assi tal-kumpannija u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-
ieħor, jista' jiġi intaxxat f'dak l-Istat l-ieħor.  F'dan il-paragrafu ''ishma'' ma tinkludix
ishma li jkunu kkwotati jew elenkati fuq xi borża ta' stock exchange rikonoxxuta.
3. Qligħ mit-trasferiment ta' proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta' stabbiliment permanenti li impriża ta' Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta' proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta' Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-trasferiment ta' dak
l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma' l-impriża kollha) jew ta' dik il-
bażi stabbilita, jista' jiġi intaxxat f'dak Istat l-ieħor.
4. Qligħ li jinkiseb minn impriża ta' Stat Kontraenti mit-trasferiment ta'
bastimenti jew inġenji ta' l-ajru li jitħaddmu fi traffiku internazzjonali jew minn
proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għat-tħaddim ta' dawk il-bastimenti jew inġenji
ta' l-ajru, għandhom jiġu intaxxati biss f'dak l-Istat.
5. Qligħ li jinkiseb minn impriża ta' Stat Kontraenti mit-trasferiment ta'
containers (inklużi trailers, barkuni u tagħmir li għandu x'jaqsam mat-trasport bil-
containers) li jintużaw fit-trasport ta' oġġetti jew merkanzija għandhom ikunu
taxxabbli biss f'dak l-Istat, ħlief meta dawk il-containers jintużaw għat-trasport ta'
oġġetti jew ta' merkanzija unikament bejn postijiet ġewwa dak l-Istat Kontraenti l-
ieħor.
6. Qligħ mit-trasferiment ta' proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
preċedenti ta' dan l-Artikolu, għandu jiġi intaxxat biss fl-Istat Kontraenti fejn min
jittrasferixxi jkun residenti.
Artikolu 14
Servizzi personali indipendenti
1. Income li jinkiseb minn residenti ta' Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta' xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f'dak l-Istat ħlief f'dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin, meta dak l-income jista' wkoll jiġi
intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi stabbilita regolarment disponibbli għalih fl-Istat l-ieħor
bil-għan li jwettaq l-attivitajiet tiegħu; f'dak il-każ hi biss dik il-parti
mill-income tiegħu daqskemm tkun attribwibbli lil dik il-bażi stabbilita
li tista' tiġi intaxxata f'dak l-Istat l-ieħor;  jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal perjodu jew
għal perjodi li fit-total ikunu jaqbżu l-183 ġurnata f'perjodu ta' tnax-il
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA ġ L.S.123.11 11
xahar li jibda għaddej jew itemm fis-sena kalendarja involuta;  f'dak il-
każ hi biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tinkiseb mill-
attivitajiet tiegħu li jitwettqu f'dak l-Istat l-ieħor matul dak il-perjodu
jew dawk il-perjodi li tista' tiġi intaxxata f'dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi ''servizzi professjonali'' tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta' tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti  ta' tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
Artikolu 15
Servizzi personali dipendenti
1. Bla ħsara għall-provvedimenti ta' l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi u
kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta' Stat Kontraenti dwar xi impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f'dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista' jiġi intaxxat f'dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta' Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta' 183 ġurnata f'perjodu ta' 12 il-xahar li jibda għaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta, u
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f'isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta'
l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja l-provvedimenti preċedenti ta' dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta' l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriża ta' Stat Kontraenti jista' jiġi intaxxat f'dak l-
Istat.
Artikolu 16
Drittijiet tad-diretturi
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta'
Stat Kontraenti fil-kapċità  tiegħu ta' membru tal-bord ta' diretturi jew ta' xi organu
simili ieħor ta' kumpannija li tkun residenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu
intaxxati f'dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 17
Artisti u sportivi
1. Minkejja l-provvedimenti ta' l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta' Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f'dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu
jew sportiv fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu iżda minn xi persuna oħra, dak l-income jista', minkejja l-
provvedimenti ta' l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta' min jagħti spettaklu jew ta' l-isportiv jiġu eżerċitati.
12 L.S.123.11 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
Artikolu 18
Pensjonijiet, annwalitajiet u ħlasijiet simili
1. Bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 19, pensjonijiet
u kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti ta' Stat Kontraenti minħabba f'xi
impieg imgħoddi għandhom ikunu taxxabbli  biss f'dak l-Istat.
2. Minkejja l-provvedimenti ta' paragrafu 1, u bla ħsara għall-provvedimenti
tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 19, pensjonijiet u benefiċċji oħra, sew jekk dawn ikunu
perjodiċi jew jingħataw bħala kumpens f'somma waħda, li jingħataw taħt il-
leġislazzjoni tas-sigurtà  soċjali ta' Stat Kontraenti  jew taħt xi skema pubblika li tkun
organizzata minn Stat Kontraenti għal finijiet ta' welfare soċjali, jew xi annwalità  li
toriġina fi Stat Kontraenti, għandhom ikun intaxxati biss f'dak l-Istat.
3. Il-frażi ''annwalità '' kif tintuża f'dan l-Artikolu tfisser somma msemmija li
titħallas perjodikament fi żminijiet imsemmija matul il-ħajja, jew matul xi perjodu
speċifikat jew aċċertabbli, taħt obbligazzjoni li l-ħlasijiet isiru bi tpattija għal
korrispettiv adegwat u sħiħ fi flus jew f'dak li jiswa l-flus (minbarra servizzi li
jingħataw). 
Artikolu 19
Servizz tal-Gvern
1. (a) Kull salarju, paga u rimunerazzjoni simili, minbarra pensjoni, mħallsa
minn Stat Kontraenti jew minn korp statutorju jew minn awtorità  lokali
tiegħu lil individwu għar-rigward ta' servizzi mogħtijin lil dak l-Istat
jew korp jew awtorità  għandhom ikunu taxxabbli biss f'dak l-Istat.
(b) Madankollu, kull salarju, paga u rimunerazzjoni simili għandhom ikunu
taxxabbli biss f'dak l-Istat Kontraenti fejn l-individwu jkun residenti
jekk is-servizzi jingħataw f'dak l-Istat u l-individwu:
(i) jkun ċittadin ta' dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta' dak l-Istat unikament sabiex jagħti dawk
is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mhallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew minn korp statutorju jew minn awtorità  lokali tiegħu lil
xi individwu għar-rigward ta' servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew
awtorità  għandhom ikunu taxxabbli biss f'dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti fejn l-individwu jkun residenti jekk huwa jkun ċittadin ta'
dak l-Istat.
3. Il-provvedimenti ta' l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 għandhom japplikaw għal kull
salarju, paga u rimunerazzjoni simili u għal pensjonijiet, għar-rigward ta' servizzi
mogħtijin f'dak li għandu x'jaqsam ma' negozju li jkun ġestit minn Stat Kontraenti
jew minn korp statutorju jew minn awtorità  lokali tiegħu.
Artikolu 20
Studenti u alljevi
Student, alljev jew apprendist li jkun preżenti fi Stat Kontraenti unikament
għall-fini ta' l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu u li jkun, jew minnufih qabel ma kien
hekk preżenti kien, residenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor, ikun eżenti mit-taxxa f'dak l-
Istat l-ewwel imsemmi fuq ħlasijiet li jirċievi minn barra dak l-Istat l-ewwel
imsemmi għall-fini tal-manteniment, l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA ġ L.S.123.11 13
Artikolu 21
Income ieħor
1. Elementi ta' income ta' residenti ta' Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta' hawn aktar qabel ta' dan il-Ftehim
għandhom ikunu taxxabbli biss f'dak l-Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta' Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta' stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f'dak l-Istat, jew iwettaq f'dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkun effettivament konness ma' dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa.  F'dak il-każ għandhom japplikaw il-provvedimenti ta' l-Artikolu 7 jew ta' l-
Artikolu 14, skond il-każ.
Artikolu 22
Eliminazzjoni ta' tassazzjoni doppja
1. Bla ħsara għall-provvedimenti tal-liġijiet tal-Finlandja dwar l-eliminazzjoni
tat-tassazzjoni doppja internazzjonali (li m'għandhiex taffettwa l-prinċipju ġenerali
li jinsab hawnhekk), it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata fil-Finlandja kif
ġej:
(a) Meta residenti tal-Finlandja jikseb income li, skond dan il-
provvedimenti ta' dan il-Ftehim, jista' jkun intaxxat f'Malta, il-Finlandja
għandha, bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu (b), tippermetti
bħala tnaqqis mit-taxxa tal-Finlandja ta' dik il-persuna, ammont
daqsinsew it-taxxa ta' Malta li titħallas taħt il-liġi ta' Malta u skond dan
il-Ftehim, kif tinħadem b'riferenza għall-istess income li b'riferenza
għalih tinħadem it-taxxa tal-Finlandja.
(b) Dividendi li jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta' Malta lil xi
kumpannija li tkun residenti tal-Finlandja u li tkun tikkontrolla
direttament mill-inqas 10 fil-mija mit-total tal-voti fil-kumpannija li
tkun qed tħallas id-dividendi għandha tkun eżenti mit-taxxa tal-
Finlandja.
(ċ) Meta skond xi provvediment tal-Ftehim income li jinkiseb minn
residenti tal-Finlandja jkun eżenti mit-taxxa fil-Finlandja, il-Finlandja
tista' madankollu, meta tkun qed tikkalkola l-ammont ta' taxxa fuq l-
income li jifdal ta' dik il-persuna, tqis l-income eżentat.
2. F'Malta, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata kif ġej:
Bla ħsara għall-provvedimenti ta' l-liġi ta' Malta dwar l-għoti bi kreditu
għat-taxxa ta' Malta għar-rigward tat-taxxa barranija, meta, skond il-
provvedimenti ta' dan il-Ftehim, ikun hemm inklużi fi stima ta' Malta
income minn sorsi fil-Finlandja, it-taxxa tal-Finlandja fuq dak l-income
għandu jiġi permess bhala kreditu għat-taxxa ta' Malta relattiva li
titħallas dwarhom.
Artikolu 23
Limitazzjoni ta' ħelsien
Il-provvedimenti ta' l-Artikoli 6 sa 21 m'għandhomx ikunu japplikaw għal
persuni li jkollhom jedd għal xi benefiċċju ta' taxxa speċjali taħt:
(a) xi liġi ta' Stat Kontraenti li jkun ġie identifikat fi Skambju ta' Noti bejn
14 L.S.123.11 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
il-Gvernijiet ta' l-Istati Kontraenti;  jew
(b) xi liġi sostanzjalment simili li ssir sussegwentement.
Artikolu 24
Ebda diskriminazzjoni
1. Iċ-ċittadini ta' Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma' dan, li
tkun diversa jew ta' iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiegiet konnessi li għalihom ċittadini
ta' dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b'mod partikolari għar-rigward ta'
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti.   Dan il-provvediment għandu, minkejja
l-provvedimenti ta' l-Artikolu 1, ikun japplika wkoll għal persuni li ma jkunux
residenti ta' xi Stat Kontraenti wieħed jew tat-tnejn li huma.
2. L-intaxxar ta' stabbiliment permanenti li impriża ta' Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f'dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta' dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess ativitajiet.  Dan il-provvediment ma għandux jiftiehem bħala li
jobbliga lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta' l-Istat Kontraenti l-ieħor xi
allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta' ta' tassazzjoni minħabba
fl-istatus ċivili jew responsabbiltajiet familjari li tikkonċedi lir-residenti tagħha.
3. Ħlief fejn il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 9, tal-paragrafu 4
ta' l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 12 japplikaw, mgħax, royalties u
ħlasijiet oħra li jitħallsu minn impriża ta' Stat Kontraenti lil residenti ta' l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom, għall-għan li jiġu stabbilit x'inhuma l-profitti
taxxabbli ta' dik l-impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku
kienu mħallsa lil residenti ta' l-ewwel imsemmi Stat.
4. Impriżi ta' Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f'parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta' l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma' dan li tkun xort'oħra jew ta'
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtieġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
assoġġettati l-impriżi  ta' l-ewwel imsemmi Stat.
Artikolu 25
Proċedura għal ftehim reċiproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta' xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f'tassazzjoni li ma tkunx skond il-
provvedimenti ta' dan il-Ftehim, huwa jista', irrispettivament mir-rimedji pprovduti
mil-liġi domestika ta' dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-awtorità
kompetenti ta' l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-każ tiegħu
jkun jaqa' taħt il-paragrafu 1 ta' l-artikolu 24, lil dik ta' l- Stat Kontraenti li tiegħu
huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin minn l-ewwel
avviż ta' l-azzjoni li tirriżulta f'intaxxar li ma jkunx skond il-provvedimenti tal-
Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista' tasal għal soluzzjoni
sodisfċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma' l-awtorità  kompetenti ta' l-Istat
Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-Ftehim.
Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta' żmien
fil-liġi domestika ta' l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA ġ L.S.123.11 15
jirrisolvu permezz ta' ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista' jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta' tassazzjoni doppja f'dawk il-każijiet li
m'hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma'
xulxin direttament, inkluż permezz ta' kummissjoni konġunta li tkun tikkonsisti
minnhom infushom  jew mir-rappreżentanti tagħhom, bil-għan li jilħqu ftehim fis-
sens tal-paragrafi preċedenti.
Artikolu 26
Skambju ta' informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tistra' tkun meħtieġa għat-twettiq tal-provvedimenti ta' dan il-
Ftehim jew ta' l-liġijiet domestiċi ta' l-Istati Kontraenti għar-rigward ta' taxxi koperti
bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħtom ma jkun kuntrarju għall-Ftehim.  L-
iskambju ta' informazzjoni mhuwiex ristrett bl-artikolu 1. Kull informazzjoni li tiġi
riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess
mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta' dak l-Istat u għandha
tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi)
involuti fl-istima jew fil-ġbir ta', l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-deċizjoni
ta' appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma jistgħu
jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f'deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F'ebda każ ma għandhom il-provvedimenti tal-paragrafu 1 jiftiehmu bħala li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta' dak jew ta' l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista' tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta' l-amministrazzjoni ta' dak jew ta' l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta' sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 27
Membri ta' missjonijiet diplomatiċi u karigi konsulari
Ebda ħaġa f'dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi ta' membri ta'
missjonijiet diplomatiċi jew karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt il-provvedimenti ta' kull ftehim speċjali.
Artikolu 28
Bidu fis-seħħ
1. Il-Gvernijiet ta' l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin meta jkunu
seħħu l-ħtiġiet legali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data li jasal l-aħħar
wieħed mill-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu
jkollhom effett:
(a) fil-Finlandja:
(i) għar-rigward ta' taxxi li jinżammu minn ras il-għajn, fuq income
16 L.S.123.11 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
miksub fl-ewwel jum ta' Jannar, jew wara dik id-data, fis-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena meta l-Ftehim jibda jseħħ;
(ii) għar-rigward ta' taxxi oħra fuq l-income, għar-rigward ta' taxxi li
jitħallsu għal xi sena taxxabbli li tibda fi jew wara l-ewwel jum ta'
Jannar fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena meta l-
Ftehim jibda jseħħ;
(b) f'Malta, 
għar-rigward ta' taxxi fuq l-income miksuba matul xi sena
kalendarja jew żmien ta' kontijiet, skond il-każ, li jibda fi jew
wara l-ewwel jum ta' Jannar minnufih wara d-data meta l-Ftehim
jibda jseħħ.
3. Il-Ftehim bejn Malta u l-Finlandja għall-ħelsien minn taxxa doppja dwar it-
taxxi fuq l-income u fuq il-kapital, iffirmat f'Ħelsinki fl-24 ta' Marzu 1975,
(hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ ''il-Ftehim ta' l-1975''), għandu jtemm milli
jkollu seħħ għar-rigward ta' taxxi li dwarhom japplika dan il-Ftehim skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.  Il-Ftehim ta' l-1975 għandu jtemm fl-aħħar data li
fiha jkun iseħħ skond il-provvedimenti ta' qabel ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa' jseħħ sakemm jiġi terminat minn xi Stat
Kontraenti.  Sew Stat Kontraenti wieħed sew l-ieħor jistgħu jitterminaw il-Ftehim,
permezz tal-kanali diplomatici, billi jagħtu avviż tat-terminazzjoni mill-inqas sitt
xhur qabel tmiem xi sena kalendarja li tiġi minnufih wara l-perjodu ta' ħames snin
mid-data meta l-Ftehim jibda jseħħ.  F'dak il-każ, il-Ftehim għandu jtemm milli
jibqa' jseħħ:
(a) fil-Finlandja:
(i) għar-rigward ta' taxxi li jinżammu minn ras il-għajn, fuq income
miksub fl-ewwel jum ta' Jannar, jew wara dik id-data, fis-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena meta jingħata l-avviż;
(ii) għar-rigward ta' taxxi oħra fuq l-income, għar-rigward ta' taxxi li
jitħallsu għal xi sena taxxabbli li tibda fi jew wara l-ewwel jum ta'
Jannar fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena meta
jingħata l-avviż;
(b) f'Malta, 
għar-rigward ta' taxxi fuq l-income miksuba matul xi sena
kalendarja jew żmien ta' kontijiet, skond il-każ, li jibda fi jew
wara l-ewwel jum ta' Jannar minnufih wara d-data meta jingħata
l-avviż. 
B'xiehda ta' dan is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan, iffirmaw
dan il-Ftehim.
Magħmul f'zewġ oriġinali f'Ruma, illum 30 ta' Ottubru 2000, fl-ilsien Ingliż.
Joseph Cassar Dieter Vitzthum
Għall-Gvern Għall-Gvern
ta' Malta tar-Repubblika tal-Finlandja
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA ġ L.S.123.11 17
Mr Joseph Cassar
Ambaxxatur tar-Repubblika ta' Malta
Ruma
Eċċellenza,
Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Finlandja u
Malta għall-ħelsien mit-taxxa doppja dwar it-taxxi fuq l-income (hawnhekk iżjed 'il
quddiem imsejjaħ ''l-Ftehim'') li ġie ffirmat illum u li nipproponi f'isem il-Gvern tar-
Repubblika tal-Finlandja dan li ġej:
B'referenza għall-Artikolu 23
Il-provvedimenti ta' l-Artikoli 6 sa 21 tal-Ftehim m'għandhomx japplikaw
għal persuni li jkollhom jedd għal:
(a) xi beneficcju ta' taxxa specjali taħt l-Att dwar iċ-Ċentru għas-Servizzi
Finanzjarji ta' Malta (Kap. 330), ħlief għal dawk il-persuni li jagħżlu
taħt l-artikolu 41 ta' l-imsemmi Att li jkunu suġġetti għall-
provvedimenti normali ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123)
u ta' l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa; jew
(b) xi eżenzjoni jew xi beneficcju specjali ieħor ta' taxxa taħt il-
provvedimenti ta' l-Att ta' l-1973 dwar il-Bastimenti Merkantili, kif
emendat; dan, madankollu, ma japplikax għal income li jkun suġġett
għat-taxxa fuq l-income normali ta' Malta; jew 
(ċ) xi beneficcju ta' taxxa specjali għar-rigward ta' distribuzzjonijiet minn
xi trust bla ħsara għall-provvedimenti ta' l-Att dwar it-Trusts fis-sens li
trust kif stipulat f'dak l-Att ma tkunx vestita b'personalità  ġuridika u
għalhekk ma tistax tibbenefika taħt il-Ftehim minn jeddha, jew 
(d) xi beneficcju ta' taxxa specjali taħt xi liġi sostanzjalment simili li tkun
hekk saret liġi sussegwentement u li jkun hemm ftehim dwar dan mill-
awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti kif hemm inkluż fil-
kuntest ta' l-Artikolu 23.
Jekk dawn il-proposti ta' hawn aktar qabel huma accettabbli għall-Gvern ta'
Malta, għandi l-unur nissuġġerixxi li din in-Nota preżenti u r-risposta ta' l-
Eċċellenza Tiegħek f'dak is-sens għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ftehim
bejn iż-żewġ Gvernijiet f'din il-kwistjoni, li għandu jibda jseħħ fl-istess waqt bħalma
jidħol fis-seħħ il-Ftehim.
Nieħu din l-opportunità biex naċċertak, Eċċellenza, mill-ogħla stima tiegħi.
Ruma, 30 Ottubru 2000 Dieter Vitzthum
Ambaxxatur tal-Finlandja
18 L.S.123.11 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
Mr Dieter Vitzhum
Ambaxxatur tal-Finland
Ruma
Eċċellenza,
Għandi l-unur nirrikonoxxi li rcevejt in-Nota ta' l-Eċċellenza tiegħek li ġġib
id-data ta' llum li tgħid dan l-ġej:
''Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Finlandja u Malta
għall-ħelsien mit-taxxa doppja dwar it-taxxi fuq l-income (hawnhekk iżjed 'il
quddiem imsejjaħ ''il-Ftehim'') li ġie ffirmat illum u li nipproponi f'isem il-Gvern tar-
Repubblika tal-Finlandja dan li ġej:
B'referenza għall-Artikolu 23
Il-provvedimenti ta' l-Artikoli 6 sa 21 tal-Ftehim m'għandhomx japplikaw
għal persuni li jkollhom jedd għal:
(a) xi beneficcju ta' taxxa specjali taħt l-Att dwar iċ-Ċentru għas-Servizzi
Finanzjarji ta' Malta (Kap. 330), ħlief għal dawk il-persuni li jagħżlu
taħt l-artikolu 41 ta' l-imsemmi Att li jkunu suġġetti għall-
provvedimenti normali ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123)
u ta' l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa; jew
(b) xi eżenzjoni jew xi beneficcju specjali ieħor ta' taxxa taħt il-
provvedimenti ta' l-Att ta' l-1973 dwar il-Bastimenti Merkantili, kif
emendat; dan, madankollu, ma japplikax għal income li jkun suġġett
għat-taxxa fuq l-income normali ta' Malta; jew 
(ċ) xi beneficcju ta' taxxa specjali għar-rigward ta' distribuzzjonijiet minn
xi trust bla ħsara għall-provvedimenti ta' l-Att dwar it-Trusts fis-sens li
trust kif stipulat f'dak l-Att ma tkunx vestita b'personalità  ġuridika u
għalhekk ma tistax tibbenefika taħt il-Ftehim minn jeddha, jew 
(d) xi beneficcju ta' taxxa specjali taħt xi liġi sostanzjalment simili li tkun
hekk saret liġi sussegwentement u li jkun hemm ftehim dwar dan mill-
awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Kontraenti kif hemm inkluż fil-
kuntest ta' l-Artikolu 23.
Jekk dawn il-proposti ta' hawn aktar qabel huma accettabbli għall-Gvern ta'
Malta, għandi l-unur nissuġġerixxi li din in-Nota preżenti u r-risposta ta' l-
Eċċellenza Tiegħek f'dak is-sens għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ftehim
bejn iż-żewġ Gvernijiet f'din il-kwistjoni, li għandu jibda jseħħ fl-istess waqt bħalma
jidħol fis-seħħ il-Ftehim.''
Billi dawn il-proposti ta' hawn aktar qabel huma wkoll accettabbli għall-
Gvern of Malta, għandi l-unur nikkonferma li n-Nota ta' l-Eċċellenza Tiegħek u din
ir-risposta għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ftehim bejn iż-żewġ Gvernijiet
dwar din il-kwistjoni, li jidħol fis-seħħ fl-istess waqt bħalma jidħol fis-seħħ dan il-
Ftehim.
Nieħu din l-opportunità  biex inġeddidlek, Eċċellenza, l-ogħla stima tiegħi.
Ruma, 30 Ottubru 2000 Joseph Cassar
Ambaxxatur ta' Malta
