EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA ġ L.S.123.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.12
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
8 ta’ Diċembru, 1981
L-AVVIŻ LEGALI 130 ta’ l-1981.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika ta’ l-Awstrja.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Repubblika ta’ l-Awstrja sabiex jingħata ħelsien
minn taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-
liġijiet tar-Repubblika ta’ l-Awstrja:
(i) it-Taxxa fuq l-Income;
(ii) it-Taxxa ta’ Korporazzjoni;
(iii) it-Taxxa fuq id-Diretturi;
(iv) it-Taxxa fuq il-Kapital;
(v) it-Taxxa fuq il-Proprjetà  barra minn taxxa tal-
mewt;
(vi) it-Taxxa fuq Impriżi Kummerċjali u Industrijali,
magħduda t-taxxa miġbura fuq is-somma tal-
pagi;
(vii) it-Taxxa fuq l-Art;
(viii) it-Taxxa fuq l-Impriżi Agrikoli u ta’ Forestrija;
(ix) Kontribuzzjonijiet minn Impriżi Agrikoli u ta’
Forestrija għall-Fund for the Equalisation of
Family Burdens;
(x) it-Taxxa fuq il-valur ta’ Plots Vakanti; u
(b) huwa spedjenti li dawk l-arrangamenti jkollhom effett.
2 L.S.123.12 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
SKEDA
FTEHIM BEJN
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
U R-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
GĦALL-ĦELSIEN MLNN TAXXA DOPPJA
DWAR TAXXI FUQ INCOME
U FUQ IL-KAPITAL
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Awstrja, billi
jixtiequ jagħmlu Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja dwar taxxi fuq income u
fuq il-kapital ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-Istatl
Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il-ftehim japplika għal taxxi fuq l-income u fuq il-kapital imposti f’isem
kull wieħed mill-Istati Kontraenti jew mis-sotto-diviżjonijiet tiegħu jew mill-
awtoritajet lokali, hu li hu l-mod li bih jinġabru.
(2) Għandhom jitqiesu bħala taxxa fuq l-income u fuq il-kapital it-taxxi kollha
mposti fuq income totali, fuq kapital totali jew fuq elementi ta’ income jew ta’
kapital magħduda taxxi fuq qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli kif
ukoll taxxi fuq apprezzament ta’ kapital.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fl-Awstrja:
(i) it-taxxa fuq l-income (die Eikommensteuer);
(ii) it-taxxa ta’ korporazzjoni (die Korperschaftsteuer);
(iii) it-taxxa fuq id-diretturi (die Aufsichtsratsabgabe);
(iv) it-taxxa fuq il-kapital (die Vermongensteuer);
(v) it-taxxa fuq il-proprjetà  barra minn taxxa tal-mewt (die Abgabe
von Vermogen, die der Erbschaftsteuer entzogen sind); 
(vi) it-taxxa fuq impriżi kummerċjali u industrijali, magħduda t-taxxa
miġbura fuq is-somma tal-pagi (die Gewerbesteuer einschlieBlich
der Lohnsummensteuer);
(vii) it-taxxa fuq l-art (die Grundsteuer);
(viii) it-taxxa fuq l-impriżi agrikoli u ta’ forestrija (die Abgabe von
land und forstwirtschaftlichen Betrieben);
(ix) kontribuzzjonijiet minn impriżi agrikoli u ta’ forestrija għall-
Fund for the Equalisation of Family Burdens (die Beitrage von
land und forstwirtschaftlichen Betrieben zum Ausgleichsfonds fur
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA ġ L.S.123.12 3
Familienbeihilfen);
(x) it-taxxa fuq il-valur ta’ plots vakanti (die Abgabe vom Bodenwert
bei unbebauten Grundstucken);
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ l-Awstrja");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income u soprataxxa, inklużi ħlasijiet bil-quddiem ta’
taxxa sew jekk bi tnaqqis minn ras il-għajn jew xort’oħra
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
(4) Dan il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom li jiġu mposti wara d-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkunu għamlu fil-
liġijiet fiskali rispettivi tagħhom.
(5) Meta l-Ftehim jipprovdi li income li jinqala’ fi Stat Kontraenti għandu jkun
ħieles minn taxxa f’dak l-Istat, sew f’kollox sew f’parti, u, taħt il-liġi li tkun iseħħ fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-taxxa b’riferenza għall-
ammont kollu tiegħu li jintbgħat lil jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat l-ieħor u mhux
b’riferenza għall-ammont kollu tiegħu allura l-ħelsien li għandu jingħata fl-Ewwel
Stat imsemmi jkun japplika biss għal dak l-income li jintbagħat lil jew jiġi ricevut fl-
Istat l-ieħor.
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet ġenerali
(1) F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Awstrja" tfisser ir-Repubblika ta’ l-Awstrja;
(b) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta, u, meta wżata f’sens
ġeografiku, l-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-Gżejjer l-oħra ta’ l-
Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjali tagħhom, u kull area barra l-ibħra
territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi internazzjonali, hi msejħa jew aktar ’il quddiem
tista’ tissejjaħ, taħt il-liġijiet ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali, bħala area li fiha
jistgħu jiġu eżerċitati drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi
naturali tagħhom;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru l-Awstrja
jew Malta skond ma teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija jew xi korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti u mpriża mmexxija minn persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) dwar l-Awstrja, kull individwu li jkollu n-nazzjonalità  ta’ l-Awstrja u
4 L.S.123.12 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
kull persuna, soċjetà  jew assoċjazzjoni ġuridika li tikseb dak l-istat
tagħha bis-saħħa tal-liġi fis-seħħ fl-Awstrja;
(ii) dwar Malta, kull ċittadin ta’ Malta kif provdut fil-Kapitolu III tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta u fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, u kull
persuna, soċjetà  jew assoċjazzjoni ġuridika li tikseb dak l-istat tagħha
bis-saħħa tal-liġi fis-seħħ f’Malta;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport bil-vapur jew b’inġenju
ta’ l-ajru mħaddem minn impriża li jkollha l-post tal-maniġġ effettiv tagħha fi Stat
Kontraenti, ħlief meta l-vapur jew bastiment ikun mħaddem biss bejn postijiet fl-
Istat Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ ta’ l-Awstrja, il-Ministru Federali tal-Finanzi;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma
tkunx xort’oħra mfissra għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kllem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat
Kontraenti dwar it-taxxi li huma s-suġġett ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 4
Domiċilju Fiskali
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti" tfisser kull persuna li, taħt il-liġi ta’ dak l-Istat, tkun suġġetta għat-
tassazzjoni hemmhekk minħabba d-domiċilju, ir-residenza jew il-post tal-maniġġ
tagħha jew xi kriterju ieħor dwarha ta’ din ix-xorta. Il-frażi ma tinkludix kull
persuna li jkollha tħallas taxxa f’dak l-Istat Kontraenti biss dwar income minn
għejjun li jkunu hemmhekk jew kapital sitwat f’dak l-Istat.
(2) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) individwu jkun persuna
residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istat tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) Dan għandu jitqies bħala persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih
għandu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu. Jekk dan għandu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati Kontraenti, dan
għandu jitqies li hu persuna residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti li miegħu
r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-iktar marbuta
(ċentru ta’ nteressi vitali).
(b) Jekk l-Istat Kontraenti li fih għandu ċ-ċentru ta’ nteressi vitali ma jkunx
jista’ jiġi stabbilit, jew jekk dan ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu
dar permanenti f’xi wieħed mill-Istati Kontraenti, dan għandu jitqies li
hu persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi.
(ċ) Jekk dan ikollu post fejn soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati Kontraenti jew
ma jkollu f’ebda wieħed minnhom, dan għandu jitqies li hu persuna
residenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun nazzjonali.
(d) Jekk dan ikun nazzjonali taż-żewġ Stati Kontraenti jew ta’ ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jippruvaw jiddeċiedu bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura għandha titqies li hi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA ġ L.S.123.12 5
residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat il-post ta’ maniġġ effettiv
tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
fiss ta’ negozju li fih jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, barriera jew post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżorsi naturali,
inkluż sit ’il barra mill-kosta fejn isir tħaffir;
(g) sit tal-bini jew kostruzzjoni jew proġett ta’ immuntar jew attivitajiet ta’
sorveljanza in konnessjoni magħhom, meta dak is-sit, proġett jew
attività  jkompli għal aktar minn 12-il xahar.
(3) Il-frażi "stabbiliment permanenti" ma għandhiex titqies li tinkludi:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew għall-ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ reklam, għall-
għoti ta’ tagħrif, għal tiftix xjentifiku jew għal attivitajiet bħal dawn li
jkunu ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja, għall-impriża.
(4) Persuna li taġixxi fi Stat Kontraenti f’isem impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor - li ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu (5) -
għandha titqies li tkun stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk
ikollha, u abitwalment teżerċita f’dak l-Istat, awtorità  li tikkonkludi kuntratti f’isem
l-impriża, kemm-il darba l-attivitajiet tagħha ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oġġetti
jew merkanzija għall-impriża.
(5) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għaliex biss tkun qed tmexxi negozju f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi
aġent ieħor bi status indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors
ordinarju tan-negozju tagħhom.
(6) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti
tikkontrolla jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi
waħda mill-kumpanniji stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
6 L.S.123.12 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income minn proprjetà  immobiljari jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fih dik il-proprjetà  tkun qegħda.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiIjari" għandha tiġi mfissra skond il-liġi ta’ l-Istat
Kontraenti li fih tkun qegħda dik il-proprjetà . Il-frażi għandha f’kull każ tinkludi
proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobiljari, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew li jkunu fissi bħala kumpens
għall-ħdim ta’, jew għad-dirtt li jinħadmu, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra
naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi professjonali.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-
Istat kemm-il darba l-impriża ma tkunx tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li jinqalgħu minn dak l-istabbiliment
permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3) meta mpriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem l-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem għal
kollox separatament mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
(3) Meta jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis spejjeż li jsiru għall-iskopijiet ta’ l-istabbiliment permanenti
magħduda spejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru, sew jekk fl-Istat li fih
l-istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk isiru band’oħra.
(4) Safejn ikun soltu li fih Stat Kontraenti jiġu stabbiliti l-proftti li għandhom
jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti totali ta’
l-impriża fuq il-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu (2) ma għandha
ttellef lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbillxxi l-profitti li għandhom jiġu ntaxxati
skond dak it-tqassim kif soltu jsir. Il-metodu tat-tqassim li jiġi wżat għandu,
b’danakollu, ikun hekk li r-riżultat ikun skond il-prinċipji stabbiliti f’dan l-Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA ġ L.S.123.12 7
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jaffettwax id-disposizzjonijiet tal-
liġi ta’ Stat Kontraenti dwar l-intaxxar ta’ profitti minn impriża ta’ assigurazzjoni.
(8) Il-frażi "profitti" kif użata f’dan l-Artikolu tinkludi l-profitti miksuba minn
soċju mis-sehem tiegħu f’soċjetà  u, fil-każ ta’ l-Awstrja, minn sehem fi sleeping
partnership (Stille gesellschaft) li jinħoloq taħt liġi ta’ l-Awstrja.
(9) F’każ li profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, id-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma jiġux
imfixkla bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Shipping u Trasport bl-Ajru
(1) Profitti miksuba mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat il-post tal-
maniġġ effettiv ta’ l-impriża.
(2) Jekk il-post tal-maniġġ effettiv ta’ impriża tal-baħar ikun fuq vapur jew
dgħajsa, allura għandu jitqies li jkun sitwat fl-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat il-
port tal-pajjiż tal-vapur jew tad-dgħajsa jew, jekk ma jkunx hemm dak il-port tal-
pajjiż, fl-Istat Kontraenti fejn l-operatur tal-vapur jew tad-dgħajsa jkun residenti.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għal profitti
mill-parteċipazzjoni f’pool, f’negozju joint jew f’aġenzija ta’ operazzjoni
internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti u mpriża ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kieku ma kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-
impriżi, iżda, minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu
jiġu inklużi fil-profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
8 L.S.123.12 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
(2) Iżda dawk id-dividendi jistgħu wkoll jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġi ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti fl-Awstrja lil
residenti ta’ Malta, it-taxxa ta’ l-Awstrja hekk intaxxata m’għandhiex
tkun iżjed minn 15% ta’ l-ammont gross tagħhom;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpanniji residenti f’Malta lil
residenti ta’ l-Awstrja:
(i) it-taxxa ta’ Malta ma għandhiex tkun iżjed minn dik dovuta fuq il-
kumpannija li qed tħallas id-dividendi dwar il-profitti hekk
distribwiti, u f’kull każ ma għandhiex tkun iżjed minn 32.5 fil-
mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi;
(ii) minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (i), it-taxxa ta’
Malta ma għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont
gross tad-dividendi jekk dawk id-dividendi jitħallsu minn qligħ
jew profitti li jkunu nqalgħu f’xi sena li dwarha l-kumpannija
tkun qed tirċievi benefiċċji ta’ taxxa taħt id-disposizzjonijiet dwar
għajnuna lill-industriji f’Malta, u l-azzjonista jibgħat prospetti u
kontijiet lill-awtoritajiet tat-taxxa f’Malta dwar l-income tiegħu
suġġett għat-taxxa ta’ Malta għas-sena ta’ stima relattiva;
(iii) ebda soprataxxa li xort’oħra jkollha titħallas taħt il-liġi ta’ Malta
ma għandha tinġabar fuq dividendi.
Dan il-paragrafu ma għandux jolqot it-tassazzjoni tal-kumpannija dwar il-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet jouissance jew drittijiet jouissance, azzjonijiet f’minjieri,
azzjonijiet tal-fondaturi jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fi profitti kif ukoll income minn drittijiet korporati oħra li huwa
meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond l-liġi dwar it-
taxxa ta’ l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi d-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi
permezz ta’ stabbillment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li tkun taqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk u l-
holding li dwaru d-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ, għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi, u
ma jistax jissuġġetta l-proftti mhux imqassma tal-kumpannja għal taxxa fuq profitti
mhux imqassma, ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma
jikkonsistu għal kollox jew f’parti minn profitti jew ma jtellfux lill-Istat. Id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma jtellfux lil dak l-Istat l-ieħor milli jintaxxa
dividendi mħallsa lil residenti ta’ dak l-Istat jew dividendi dwar holding li jkollu
effettivament x’jaqsam ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit miżmum
f’dak l-Istat l-ieħor minn residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA ġ L.S.123.12 9
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġi ta’ dak l-Istat, iżda it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn
5 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imgħax.
(3) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u, b’mod partikolari, income minn
securities tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums u
premjijiet annessi ma’ bonds jew debentures. Drittijiet ta’ penali għal ħlas li jkun
dam ma jitqiesx bħala imgħax għall-fini ta’ dan l-Artikolu.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor fejn jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment permanenti
hemmhekk, jew jagħmel servizzi professjonali f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi
stabbilit hemmhekk u d-dritt għal dejn li minnu jitħallas l-imgħax ikollu
effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit.
F’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-każ.
(5) L-imgħax għandu jitqies li nqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallsu jkun
dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li miegħu
jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru tħallas l-imgħax, u dak l-imgħax ikun ir-
responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dak l-imgħax għandu jitqies
li nqala’ fI-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti.
(6) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax li tħallas, meta jitqies
id-dritt għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn minn iħallas u minn jirċevih fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’dak il-każ, dik il-parti żejda fuq il-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġi
ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor jekk ir-
royalties ikunu jikkonsistu fi ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta li jkunu riċevuti bħala
kumpens għall-użu jew għall-jedd ta’ l-użu ta’ kull dritt ta’ l-awtur ta’ xogħol
letterarju, artistiku jew xjentifiku.
(2) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk ir-
royalties jikkonsistu fi ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta riċevuti bħala kumpens għall-
użu ta’ jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ films ċinematografiċi jew tapes għat-televiżjoni
jew xandir, ta’ kull invenzjoni, trade mark, disinn, mudell, pjan, formula sigrieta jew
proċess sigriet, tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku jew informazzjoni
10 L.S.123.12 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika. Iżda, dawk ir-royalties
jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti minn fejn jinqalgħu, u skond il-liġi ta’
dak l-Istat, iżda t-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ dawk ir-royalties.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
min jirċievi r-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi negozju
fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jekk ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizzi
professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarha jitħallsu r-royalties ikollha x’taqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
(4) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ l-Istat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti li dwaru jkun sar l-obbligu li jitħallsu r-royalties u dawk ir-royalties
ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dawk ir-royalties
għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed l-istabbiliment
permanenti.
(5) Meta, minħabba r-relazzjoni speċiali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties imħallas, meta jitqies l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa jkun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġi ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Qligħ Kapitali
(1) Qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  immobbli, kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih dik il-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lil bażi
stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi professjonali inkluż dak il-qligħ
mill-bejgħ ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat l-ieħor. Iżda, qligħ mit-
tneħħija ta’ proprjetà  mobbli tax-xorta msemmija fil-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 22
għandu jiġi ntaxxat biss fl-Istat Kontraenti li fih dik il-proprjetà  mobbli tkun
taxxabbli skond l-imsemmi artikolu.
(3) Qligħ mill-bejgħ ta’ kull proprjetà  barra minn dik imsemmija fil-paragrafi
(1) u (2) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar servizzi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA ġ L.S.123.12 11
professjonali jew dwar attivitajiet indipendenti oħra bħal dawn għandu jiġi ntaxxat
biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-persuna ma jkollhiex bażi stabbilit li hi tista’ tuża
regolarment fl-Istat Kontraenti l-ieħor sabiex taqdi l-attivitajiet tagħha. Jekk ikollha
dak il-bażi stabbilit, l-income jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor iżda sa dak
l-ammont biss li jkun attribwibbli għal dak il-bażi stabbilit.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi, b’mod speċjali, attivitajiet
indipendenti xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll
attivitajiet indipendenti ta’ physcians, avukati, inġiniera, periti, dentisti u
accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 20, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix eżerċitat fl-Istat
Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens li jinkiseb
minnu jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li
jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti
l-ieħor ikun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk -
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux iktar minn 183 ġurnata fis-sena kalendarja li tkun, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx għall-karigu ta’ stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li min iħaddem ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu,
kumpens dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat il-post ta’
maniġġ effettiv ta’ l-impriża .
ARTIKOLU 16
Drittiiiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinqalgħu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi jew korp bħal dan
ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi ntaxxata f’dak
l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li
jinqala’ minn min jagħmel spettakoli pubbliċi ta’ divertiment, bħal artisti tat-teatru,
tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, u mużiċisti, u minn atleti,
mill-attivitajiet personali tagħhom bħala hekk jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fihom dawk l-attivitajiet jiġu eżerċitati.
(2) Meta income dwar attivitajiet personali bħal dawk ta’ min jagħmel
spettakoli jew ta’ atleta ma jmurx għal dak li jagħmel spettakoli jew għal atleta
12 L.S.123.12 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
innifsu iżda għal persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-
Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fihom l-attivitajiet ta’ min
jagħmel spettakoli jew ta’ l-atleta jiġu eżerċitati.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
Pensjonijiet u rimunerazzjoni oħra simili mħallsa lil residenti ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni mħallsa minn Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni
politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-
Istat, jew sotto-diviżjoni jew awtorità  lokali tiegħu tista’ tiġi ntaxxata biss f’dak l-
Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jekk is-servizzi li jingħataw f’dak l-Istat u min jirċeviha jkun residenti ta’ dak
l-Istat Kontraenti l-ieħor li -
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jaqdi dawk is-servizzi.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni dwar servizzi mogħtija dwar kull negozju mmexxi minn Stat
Kontraenti, minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1)(a) għandhom l-istess japplikaw għal
rimunerazzjoni mħallsa, taħt programm ta’ għajnuna għal żvilupp ta’ Stat
Kontraenti, sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, minn fondi maħruġa
esklużivament minn dak l-Istat, dawk is-sotto-diviżjonijiet politiċi jew awtoritajiet
lokali tiegħu, lil speċjalista jew voluntier sekondat lill-Istat Kontraenti l-ieħor bil-
kunsens ta’ dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 20
Għalliema, Studenti u Trainees
(1) Rimunerazzjoni li professur jew għalliem li hu, jew li minnufih qabel kien,
residenti ta’ Stat Kontraenti u li jżur l-Istat Kontraenti l-ieħor għal perijodu ta’ mhux
iżjed minn sentejn sabiex jagħmel studju avvanzat jew jagħmel riċerki jew sabiex
jgħallem f’università , kulleġġ, skola jew istitut edukattiv ieħor jirċievi għal xogħol
bħal dak ma jkunx taxxabbli f’dak l-Istat l-ieħor, jekk dik ir-rimunerazzjoni tinkiseb
minnu minn barra dak l-Istat l-ieħor.
(2) Individwu li kien residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma żar l-Istat
Kontraenti l-ieħor u li jkun temporanjament preżenti f’dak l-Istat l-ieħor biss bħala
student f’università , kulleġġ, skola jew istituzzjoni edukattiva oħra simili f’dak l-
Istat l-ieħor jew bħala apprendist ta’ negozju għandu, mid-data ta’ l-ewwel wasla
tiegħu f’dak l-Istat l-ieħor dwar dik iż-żjara, jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-
ieħor -
(a) fuq il-ħlasijiet kollha ta’ barra l-pajjiż għall-fini tal-manteniment,
edukazzjoni jew taħriġ tiegħu; u
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA ġ L.S.123.12 13
(b) fuq kull rimunerazzjoni għal impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor
għal perijodu ta’ mhux iżjed minn 183 jum fis-sena kalendarja għall-fini
tat-taħriġ prattiku tiegħu.
(3) Individwu li kien residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma żar l-Istat
Kontraenti l-ieħor u li jkun temporanjament preżenti f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor
biss għall-fini ta’ studju, riċerki u taħriġ bħala riċevitur ta’ għotja, allowance jew
award minn organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew ta’ karità  jew taħt
programm ta’ assistenza teknika magħmula mill-Gvern ta’ Stat Kontraenti għandu,
mid-data ta’ l-ewwel wasla tiegħu f’dak l-Istat l-ieħor dwar dik iż-żjara, jkun eżenti
mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor -
(a) fuq l-ammont ta’ dik l-għotja, allowance jew award; u
(b) fuq il-ħlasijiet kollha ta’ barra l-pajjiż għall-fini tal-manteniment,
edukazzjoni jew taħriġ tiegħu.
ARTIKOLU 21
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim ikunu jistgħu
jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbilment permanenti sitwat hemmhekk, jew jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk u d-
dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallas l-income jkollu effettivament x’jaqsam ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
KAPITOLU IV
Tassazzjoni ta’ Kapital
ARTIKOLU 22 
Kapital
(1) Kapital rappreżentat bi proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-paragrafu (2) ta’
l-Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn dik il-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Kapital rappreżentat bi proprjetà  mobbli li tifforma parti mill-proprjetà  ta’
negozju ta’ stabbiliment permanenti ta’ impriża, jew minn proprjetà  mobbli li
tappartjeni lil bażi stabbilit użat għall-qadi ta’ servizzi professjonali, jista’ jiġi
ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit ikun
sitwat.
(3) Bastimenti u inġenji ta’ l-ajru mħaddma fuq traffiku internazzjonali, u
proprjetà  mobbli li tappartjeni lit-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti u inġenji ta’ l-ajru,
għandhom jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li fih il-post tal-maniġġ effettiv ta’ l-
impriża jkun sitwat.
(4) L-elementi l-oħra kollha tal-kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
14 L.S.123.12 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
KAPITOLU V
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 23
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jikseb income jew ikollu kapital li jista’
jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, l-
Istat l-ewwel imsemmi għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’
dan l-Artikolu, jeżenta dak l-income jew dak il-kapital minn taxxa iżda jista’, meta
tiġi kalkolata t-taxxa fuq l-income jew il-kapital l-ieħor ta’ dik il-persuna, japplika t-
taxxa li kieku kienet tapplika jekk l-income jew il-kapital eżentat ma kienx hekk
eżentat.
(2) Fejn residenti ta’ Stat Kontraenti jikseb income li jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat
Kontraenti l-ieħor skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ kull wieħed mill-
Artikoli 10, 11 u 12 ta’ dan il-Ftehim, l-Istat l-ewwel imsemmi għandu jħalli bħala
tnaqqis mit-taxxa fuq l-income ta’ dik il-persuna ammont li jkun daqs it-taxxa
mħallsa fuqu fl-Istat l-ieħor. Fl-Awstrja dak it-tnaqqis ma għandux, iżda, jkun iżjed
minn dik il-parti tat-taxxa tagħha kif maħduma qabel ma jingħata it-tnaqqis xieraq
għall-income miksub minn Malta u fil-każ ta’ Malta, it-tnaqqis għandu jiġi maħdum
skond id-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-allowance ta’ kreditu kontra it-
taxxa ta’ Malta dwar it-taxxa ta’ barra.
(3) Fejn dividendi jiġu mqassma minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil
kumpannija li tkun residenti ta’ l-Awstrja, dak id-dividend għandu jkun eżenti mit-
taxxa ta’ korporazzjoni u mit-taxxa tan-negozju fl-Awstrja jekk il-kumpannija
Awstrjaka li tirċievi d-dividendi tikkontrolla mhux inqas minn 25 fil-mija tas-saħħa
tal-vot tal-kumpannija Maltija.
(4) Għall-finijiet tal-paragrafu (2), it-taxxa ta’ Malta għandha titqies li tkun
taxxabbll kif ġej:
(a) fil-każ ta’ imgħax, bir-rata ta’ 5 fil-mija;
(b) fil-każ ta’ royalties, bir-rata ta’ 10 fil-mija;
(ċ) fil-każ ta’ dividendi msemmija fil-paragrafu (2)(b)(ii) ta’ l-Artikolu 10,
bir-rata taxxabbli taħt il-paragrafu (2)(b)(i) tiegħu,
ta’ l-ammont gross ta’ l-income f’kull każ.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 24 
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu l, in-nazzjonali ta’ Stat
Kontraenti, sew jekk ikunu residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti sew jekk le,
ma jkunux suġġetti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew ħtieġa li
għandhom x’jaqsmu magħha, li tkun ta’ piż ieħor jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u
ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li għalih in-nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-
istess ċirkostanzi huma jew jistgħu jkunu suġġetti.
(2) It-tassazzjoni ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA ġ L.S.123.12 15
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar bi żvantaġġ f’dak l-Istat l-
ieħor għat-tassazzjoni miġbura minn impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-istess
attivitajiet.
Din id-disposizzjoni ma għandhiex titqies li tobbliga Stat Kontraenti li jħalli
lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi allowances personali, ħelsien u tnaqqis
għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istat ċivili jew minħabba responsabilitajiet tal-
familja jew ta’ xi ċirkostanzi personali oħra li dan iħalli lir-residenti tiegħu.
(3) Ħlief meta japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu (6)
ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 12, imgħax, royalties u nfieq
ieħor imħallas minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor għandu, sabiex jiġu stabbiliti l-profitti taxxabbli ta’ dik l-impriża, ikun jista’
jitnaqqas taħt l-istess kundizzjonijiet bħallikieku kienu tħallsu lil residenti ta’ l-Istat
l-ewwel imsemmi.
Bl-istess mod, kull debitu ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor għandu, sabiex jiġi stabbilit il-kapital taxxabbli ta’ dik l-
impriża, jitnaqqas daqslikieku ngħata lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Imprizi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, minn
residenti wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ewwel imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li tkun ta’ piż ieħor jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom
x’jaqsmu magħha li għalihom impriżi bħal dawk fl-Istat l-ewwel imsemmi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti.
(5) F’dan l-Artikolu l-frażi "tassazzjoni" tfisser tassazzjoni ta’ kull xorta u
deskrizzjoni.
ARTIKOLU 25
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ wieħed mill-
Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li jiġi ntaxxat mhux skond
dan il-Ftehim, hu jista’, minkejja r-rimedji provduti bil-liġijiet nazzjonali ta’ dawk l-
Istati, jippreżenta l-każ tiegħu lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
jkun residenti jew, f’xi każ imsemmi fil-paragrafu (ċ) ta’ l-Artikolu 24, għal dak ta’
l-Istat Kontraenti li fih hu nazzjonali. Dan il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet
snin mill-ewwel notifika ta’ l-azzjonijiet li jagħtu lok għal tassazzjoni mhux skond
dan il-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidher li tkun
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni xierqa, li
tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti
l-ieħor, bil-hsieb li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Kull
ftehim li jintlaħaq għandu jiġi mplimentat minkejja kull limiti ta’ żmien fil-liġijiet
nazzjonali fl-Istat Kontraenti.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li
jiddeċiedu bi ftehim reċiproku kull diffikultajiet jew dubji li jinqalgħu dwar l-
interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu wkoll jikkonsultaw lil
xulxin fuq il-ħelsien minn taxxa doppja f’każijiet li mhux provdut għalihom fil-
Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
flimkien direttament sabiex jilħqu ftehim, fis-sens tal-paragrafi ta’ qabel dan.
16 L.S.123.12 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex iseħħ dan il-Ftehim u l-liġijiet domestiċi ta’ l-
Istati Kontraenti dwar taxxi milquta b’dan il-Ftehim sakemm it-tassazzjoni skond
dawk il-liġijiet taqbel ma’ dan il-Ftehim. Kull informazzjoni hekk mibdula għandha
tiġi trattata bħala sigrieta u ma tistax tingħata lill-persuni kollha jew awtoritajiet
inklużi qrati barra minn dawk li għandhom x’jaqsmu mal-likwidazzjoni jew mal-ġbir
tat-taxxi li huma suġġett ta’ dan il-Ftehim jew mal-prosekuzzjoni ta’ reati li
għandhom x’jaqsmu magħhom.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (l) jiftiehmu
bħala li jimponu fuq xi wieħed mill-Istati Kontraenti l-obbligu -
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jkunux skond il-liġijiet jew il-
prattika amministrattiva ta’ dak l-Istat jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti dawk il-partikolaritajiet li ma jkunux jistgħu jinkisbu skond il-
liġijiet jew fil-kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat
Kontraenti jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, negozju,
industrija jew professjonali jew xi proċess tal-kummerċ, jew
informazzjoni, li l-kxif tagħha huwa kontra l-interess pubbliku.
ARTIKOLU 27
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’
uffiċjali diplomatiċi jew konsulari taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali jew
taħt id-disposizzjonijiet ta’ ftehim speċjali.
KAPITOLU VII
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 28
Bidu fis-Seħħ
(1) Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat u d-dokumenti tar-ratifikazzjoni
għandhom jiġu mibdula fi Vjenna kemm jista’ jkun malajr.
(2) Il-Ftehim għandu jibda jseħħ 60 jum wara t-tibdil tad-dokumenti ta’
ratifikazzjoni, u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom effett -
(a) dwar taxxi fuq l-income miksuba fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar,
1977;
(b) dwar taxxi fuq kapital miġbura mill-ewwel ta’ Jannar, 1977.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ għal żmien mhux stabbilit iżda kull
wieħed mill-Istati Kontraenti jista’, fit-tletin jew qabel it-tletin ta’ Ġunju ta’ xi sena
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRJA ġ L.S.123.12 17
kalendarja li tibda wara li jgħaddi ż-żmien ta’ tliet snin mid-data tal-bidu fis-seħħ
tiegħu, jagħti lill-Istat Kontraenti l-ieħor, permezz tal-mezzi diplomatiċi, avviż ta’
terminazzjoni bil-miktub u, f’dak il-każ, il-Ftehim ma jibqax iseħħ -
(a) dwar taxxa fuq l-income miksuba fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar,
fis-sena kalendarja li jkun imissha tiġi wara s-sena li fiha ingħata avviż
ta’ terminazzjoni;
(b) dwar taxxi fuq kapital miġbura mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena li tiġi
wara s-sena li fiha ingħata avviż ta’ terminazzjoni.
B’XIEHDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss, iffirmaw dan il-
Ftehim.
MAGĦMUL f’Bonn, illum 29 ta’ Mejju, 1978 in duplikat fl-ilsien Ġermaniż u fl-
ilsien Ingliż, iż-żewġ testi huma t-tnejn awtentiċi.
E. ATTARD BEZZINA
Għar-Repubblika ta’ Malta
FRANZ PEIN
Għar-Repubblika ta’ l-Awstrja
