PROFITTI MILL-PRODUZZJONI TAL-PITROLJU 
(KIF JIĠI STABBILIT L-INCOME TOTALI) ġ L.S.123.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.13
REGOLI DWAR PROFITTI 
MILL-PRODUZZJONI TAL-PITROLJU 
(KIF JIĠI STABBILIT L-INCOME TOTALI)
1 ta’ Jannar, 1982
L-AVVIŻ LEGALI 19 ta’ l-1982, kif emendat bl-Avviż Legali 48 ta’ l-
1991.
Titolu.
Produzzjoni tal-Pitrolju (Kif jiġi stabbilit l-Income Totali).
L-income totali 
minn ċerti 
operazzjonijiet fil-
produzzjoni tal-
pitrolju.
Kap. 123.
2. Meta persuna tikseb qligħ jew profitti minn għejjun
imsemmija fil-paragrafu (ii) tal-proviso għall-artikolu 14(1) ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, allura safejn għandhom x’jaqsmu
l-qligħ u l-profitti miksuba minn dik il-persuna taħt kuntratt dwar
il-qsim tal-produzzjani ta’ pitrolju, l-income totali għandu jiġi
stabbilit bil-mod provdut f’dawn ir-Regoli.
Kif jinħadem l-
income totali u 
valutazzjoni tal-
pitrolju.
3. L-income totali ta’ persuna li tikseb qligħ jew profitti kif
imsemmi fir-regola ta’ qabel din ikun daqs il-valur tal-pitrolju li,
skond il-kuntratt li taħtu jitmexxew l-operazzjonijiet, dik il-persuna
jkollha jedd għalih bħala s-sehem tagħha minn dik il-kwantità  ta’
pitrolju li tibqa’ wara li jitnaqqas mill-produzzjoni netta ta’ pitrolju
l-cost recovery petroleum, liema valur jiġi wkoll stabbilit skond l-
imsemmi kuntratt:
Iżda meta l-valur tal-cost recovery petroleum għal xi sena
kalendarja inkluż kull kost attwali rekuperabbli għal dik is-sena
kalendarja inkluż kull kost rekuperabbli miġjub ’il quddiem l-
income totali stabbilit kif intqal qabel għandu jkompli jiżdied
b’ammont li jkun daqs il-valur tas-sehem minn dak il-cost recovery
petroleum żejjed li għalih dik il-persuna jkollha jedd taħt il-
kuntratt.
L-income totali 
minn ċerti 
kuntratti.
Sostitwit:
A.L. 48 ta’ l-1991.
4. Minkejja d-dispozizzjonijiet tar-regola 3, il-qligħ jew
profitti miksuha minn persuna għal xi sena kalendarja minn
kuntratt dwar il-qsim tal-produzzjoni tal-pitrolju magħmul fl-
ewwel jum ta’ Jannar, 1991, jew wara għandhom jiġu stabbiliti billi
jitnaqqas mit-total tal-cost recovery petroleum u s-sehem ta’ profit
petroleum li jakkumulaw lil dik il-persuna għal dik is-sena taħt l-
imsemmi kuntratt, il-kost rekuperabbli kif stabbilit taħt il-kuntratt,
u li ma jkunx għadu ġie rekuperat għal kollox mill-imsemmija
persuna. Meta wara dak it-tnaqqis ikun għad baqa’ xi bilanċ ta’
kost rekuperabbli mhux assorbit, l-ammont ta’ dak il-kost mhux
assorbit għandu jinġieb ’il quddiem għas-sena suċċessiva u għandu
jiżdied mal-kost rekuperabbli għal dik is-sena u jsir parti minnu.
Din il-proċedura għandha tkompli ssir fis-snin sussegwenti.
Għejjun separati 
ta’ income.
Miżjud:
A.L. 48 ta’ l-1991.
5. Għall-fini ta’ dawn ir-Regoli, kull kuntratt dwar il-qsim
tal-produzzjoni tal-pitrolju għandu jitqies li hu għajn ta’ income
separat u distint u kull persuna li tikseb qligħ jew profitti minn
iktar minn kuntratt wieħed bħal dak tkun suġġetta għat-taxxa
daqslikieku kienet persuna separata dwar kull kuntratt bħal dak.
Meta tiġi skoperta iktar minn żona kummerċjali waħda tal-pitrolju
2 L.S.123.13 ħ
PROFITTI MILL-PRODUZZJONI TAL-PITROLJU 
(KIF JIĠI STABBILIT L-INCOME TOTALI)
f’area ta’ kuntratt li dwarha xi persuna tidħol f’kuntratt dwar il-
qsim tal-produzzjoni tal-pitrolju fl-ewwel jum ta’ Jannar, 1991, jew
wara, il-qligħ jew profitti minn kull żona bħal dik ikunu suġġetti
għat-taxxa daqslikieku kull żona tikkostitwixxi għajn ta’ income
separat u distint li jinqala’ minn persuna separata, hekk iżda li l-
imsemmija persuna jkollha d-dritt li tidentifika ż-żona jew żoni fl-
imsemmija area fejn il-kost ta’ operazzjonijiet ta’ esplorazzjoni
għandu jittieħed in konsiderazzjoni fl-iffissar tal-qligħ jew profitti
relattivi.
